Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – akkużi maħruġa b’rabta mal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm osservaw illegalitajiet u kemm inħarġu akkużi u f'liema lokalitajiet saru, mis-46 pulizija f'Malta u d-9 pulizija f'Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 għal kull ġurnata tal-21 jum tal-istaġun li fetaħ mill-10 ta’ April sat-30 ta’ April minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru, matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023, il-Pulizija li koprew id-doveri relatati, osservaw l-ammont ta’ illegalitajiet kif elenkati fit-tabella hawn taħt. Fl-istess perjodu nħarġu l-ammont ta’ akkużi għall-illegalitajiet li kien hemm fil-lokalitajiet, kif indikati fl-istess tabella. Data Illegalitajiet osservati Numru tal-akkużi maħruġa 10 April - - 11 April 1 - Ħal Far (Birżebbuġa) 1 - Xagħjra 1 -Żurrieq - 12 April - - 13 April 1 - Rabat 1 - Santa Luċija 1 - Mtaħleb (Rabat) 1 – Każir-Rabat 1 – każSanta Luċija 14 April - - 15 April - - 16 April - - 17 April 1 - Xgħajra - 18 April 1 - San Ġwann 1 - Każ San Ġwann 19 April 1 - Fawwara (Siġġiewi) 20 April 1 - Dingli 1 - Baħrija (Rabat) 1 - Rabat 1 – Każ Ħad Dingli 21 April - - 22 April 1- Delimara (Marsaxlokk) 1 - Siġġiewi 1 -Mġarr 1 - Mġarr 1 – Każ -Mġarr 23 April 1- Qrendi 1 - Baħrija (Rabat) 1 -Żurrieq 1 - Santa Luċija 1 - Bidnija 1 - Għar Lapsi (Siġġiewi) 1 – Każ-Qrendi 1 – Każ-Baħrija (Rabat) 24 April - - 25 April 1 - Siġġiewi - 26 April 1 - Qrendi 1 - Qrendi 1 - Rabat 1 - Rabat 1 – Każ-Qrendi 1 – Każ-Qrendi 27 April 1 - Xgħajra 1 – Każ - Xghajra 28 April 1 - Rabat 1 – Każ -Rabat 29 April - 30 April 1 - Dingli 1 – Każ- Ħad-Dingli

Domestic Violence Unit — Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru ta' pulizija fi ħdan id-Domestic Violence Unit żdiedx minn 44 għal 60, kif ġie mwiegħed?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’konformità mal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni tal-Pulizija (2020-2025), f’Ottubru 2020 twaqqfet il-Gender-Based & Domestic Violence Unit. Fuq parir tal-esperti, kif ukoll tal-GREVIO (Group of Experts on Action against Violence against Women and Domestic Violence), din it-taqsima tikkonsisti f’uffiċjali speċjalizzati u mħarrġa sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-vittmi kollha tal-vjolenza domestika. Fil-preżent il-GB&DV Unit żdiedet għal 48 uffiċjal u bħalissa hemm sejħa interna għall-uffiċjali li jixtiequ jingħaqdu ma’ din it-taqsima, bil-għan li r-riżorsa umana ta’ din il-Unit tkompli tissaħħaħ. Sabiex il-GB&DV Unit ma tibqax iċċentralizzata fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, bħalissa għaddejja ħidma sabiex l-Għassa ta’ Santa Luċija tinbidel fl-ewwel hub, li se jilqa’ fih il-vittmi li jagħmlu rapport relatat mal-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru. Apparti l-uffiċjali tal-Pulizija, fil-hub se jkun hemm ukoll preżenza ta’ social workers. Ukoll, hemm ħidma biex ikun hemm hub ieħor f'żona oħra ta' Malta. Sabiex joperaw żewġ hubs huwa stmat li hemm bżonn madwar 60 uffiċjal.

Santa Luċija – għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-għassa tal-Pulizija ta' Santa Luċija biex isir ċentru għall-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8435. Ninsab infurmat illi bħalissa qed jiġu evalwati l-offerti sottomessi minn kumpaniji li offrew li jaħdmu fuq tibdiliet strutturali u tekniċi li hemm bżonn, biex l-għassa tal-Pulizija ta' Santa Luċija tkun trasformata f’hub għall-vittmi tal-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru.

LESA – fondi għall-użu f’kampanji edukattivi kontra l-vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex allokat il-fond ta' €1 miljun mill-fondi tal-LESA biex jintużaw għas-sentejn li ġejjin f'kampanji edukattivi kontra l-vjolenza domestika? Jista' jgħid min huma l-entitajiet u l-assoċjazzjonijiet li se jidħlu partnership f'dawn il-kampanji edukattivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija LESA kkommettiet is-somma ta’ miljun ewro sabiex jintużaw għall-finijiet tal-kampanja kontra l-vjolenza domestika. Preżentement qed isiru l-preparamenti neċessarji. Ukoll, il-Kummissjoni fuq il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika qed tipprovdi t-taħriġ li ġej sabiex tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha f’dik li hi prevenzjoni, waħda mill-erba’ kolonni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Taħriġ minn diversi aġenziji lill-professjonisti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika fosthom lill-uffiċjali tal-pulizija, professjonisti varji fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam legali u fil-qasam soċjali, kif ukoll lill-edukaturi; taħriġ lill-ġurnalisti li jaħdmu fil-PBS dwar it-tfassil etiku, dinjituż u riċerkat ta’ rappurtaġġ u dokumentazzjoni ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Il-Kummissjoni qiegħda tipprepara biex isir seminar għall-membri tal-ġudikatura li ser jittratta suġġetti saljenti. Qed issir ukoll kampanja kontinwa ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni sabiex teduka lill-pubbliku u twassal messaġġ kontra l-vjolenza domestika b’diversi modi u li tindirizza persuni varji fis-soċjetà bħal student fl-iskejjel, żgħażagħ u adulti. Qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex din il-kampanja tkompli tikber u tissaħħaħ.

Il-Belt Valletta – passi legali dwar tfixkil tal-funzjonijiet reliġjużi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8003, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija investigawx il-possibilità tat-teħid ta' passi a tenur tad-dispożizzjonijiet applikabbli skont il-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta, inkluż l-artikolu 165 tal-istess Kap., dwar l-allegat tfixkil tal-funzjonijiet reliġjużi fit-toroq tal-Belt Valletta matul il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ din is-sena, wara diversi rapporti li dehru fil-midja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Selection process for the post of Assistant Commissioner with the Police Corps” datat 28 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar il-każ indikat mill-Onor. Membru, il-Korp tal-Pulizija aderixxa fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman fejn ħareġ din is-sejħa fil-5 ta’ Novembru 2021 li fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ġiet irtirata. Sejħa oħra reġgħet ħarġet nhar is-17 ta’ Frar 2023, li għalqet fit-3 ta’ Marzu 2023 u li għadha fil-proċess t’evalwazzjoni.

Pulizija assenjati fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-uffiċjali tal-pulizija kollha (pc number) skjerati sabiex ikunu fil-kampanja jissorveljaw l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 skont ir-Regolament Qafas S.L. 549.57 li jitlob seba’ pulizija ma' kull 1,000 liċenzja tal-kaċċa tar-rebbiegħa maħruġa, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar? Peress li l-istaġun tal-kaċċa din ir-rebbiegħa kien miftuħ għal 21 jum bejn l-10 ta' April sat-30 ta' April, jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma għal kull jum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi rigward il-mistoqsija 8689, in-numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, b’xi assistenza minn Membri tal-Forzi Armati, li għamlu xogħol ta’ sorveljanza fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma nħossx li dettalji personali oħra, u ċjoè n-numri li bih jiġu identifikati l-uffiċjali tal-Korp li għamlu dan ix-xogħol, għandhom ikunu ppubblikati, u dan fl-aħjar interess tal-istess membri. Data Numru ta’ uffiċjali 0500-1500 10 April 53 11-Apr 57 12-Apr 55 13 April 61 14 April 62 15 April 57 16 April 59 17 April 56 18 April 57 19 April 57 20 April 56 21 April 57 22 April 55 23-April 58 24-April 56 25 April 57 26 April 56 27 April 57 28-Apr 55 29 April 58 30 April 61

Rapporti dwar vittmi tat-traffikar uman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati vittmi tat-traffikar uman (human trafficking victims) għal kull sena, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? X'inhi l-identità tal-ġeneru ta' kull vittma? X'inhi n-nazzjonalità ta' kull vittma?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Każ dwar inkjesta pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' azzjoni konkreta ttieħdet wara l-inkjesta pubblika mill-Imħallef Emeritus Geoffrey Valencia fuq il-qtil tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sabet li l-istat u l-istituzzjonijiet fallew u qed ifallu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza immedjatament bdew ħidma sabiex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta tal-Imħallef Emeritus Geoffrey Valencia, filwaqt li l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika ntalbet sabiex tkun il-kordinatur ta’ din il-ħidma. Bħala parti mill-ħidma tal-Korp tal-Pulizija sabiex jitwettqu r-rakomandazzjonijiet tal-Inkjesta tal-Imħallef EmeritusValenzia dwar il-vjolenza domestika, riċentament il-Korp ippubblika Standard Operating Procedure (SOP) intern aġġornat għall-membri kollha tiegħu, li jiddefinixxi linji gwida ċari dwar il-proċeduri li għandhom jintużaw meta l-membri tal-Korp tal-Pulizija jirrispondu għal rapporti relatati ma’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. F'dan il-proċess, intalbet l-opinjoni professjonali ta’ diversi esperti fis-settur u t’entitajiet oħrajn. L-SOP tindirizza l-irwoli u r-responsabbiltajiet li għandhom il-pulizija meta jirrispondu u jitkellmu mal-vittmi tal-imsemmija każijiet. Id-dokument jiggwida wkoll lill-pulizija, fost oħrajn rigward verifiki u azzjonijiet relatati ma’ protezzjoni temporanja; ordni ta’ protezzjoni; u ordni ta’ trażżin. L-SOP titratta wkoll dwar taħriġ speċjalizzat li jingħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex jibqa’ jiġi provdut servizz tal-ogħla kwalità. F’konformità mal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni tal-Pulizija (2020-2025), f’Ottubru 2020 twaqqfet il-Gender-Based & Domestic Violence Unit. Fuq parir tal-esperti, kif ukoll tal-GREVIO (Group of Experts on Action against Violence against Women and Domestic Violence), din it-taqsima tikkonsisti f’uffiċjali speċjalizzati u mħarrġa sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-vittmi kollha tal-vjolenza domestika. Fil-preżent il- GB&DV Unit żdiedet għal 48 uffiċjal u bħalissa hemm sejħa interna għall-uffiċjali li jixtiequ jingħaqdu ma’ din it-taqsima, bil-għan li r-riżorsa umana ta’ dan il-Unit tkompli tissaħħaħ. Sabiex il-GB&DV Unit ma jibqax iċċentralizzat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, bħalissa għaddejja ħidma sabiex l-Għassa ta’ Santa Luċija tinbidel fl-ewwel hub, li se jilqa’ fih il-vittmi li jagħmlu rapport relatat mal- Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru. Apparti l-uffiċjali tal-Pulizija, fil-hub se jkun hemm ukoll preżenza ta’ social workers. Il-Kummissjoni fuq il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika qed tipprovdi t-taħriġ li ġej sabiex tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha f’dik li hi prevenzjoni, waħda mill-erba’ kolonni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Taħriġ minn diversi aġenziji lill-professjonisti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika fosthom lill-uffiċjali tal-pulizija, professjonisti varji fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam legali u fil-qasam soċjali, kif ukoll lill-edukaturi; taħriġ lill-ġurnalisti li jaħdmu fil-PBS dwar it-tfassil etiku, dinjituż u riċerkat ta’ rappurtaġġ u dokumentazzjoni ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Il-Kummissjoni qegħda tipprepara biex isir seminar għall-membri tal-ġudikatura li ser jitratta suġġetti saljenti. Qed issir ukoll kampanja kontinwa ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni sabiex teduka lill-pubbliku u twassal messaġġ kontra l-vjolenza domestika b’diversi modi u li tindirizza persuni varji fis-soċjetà bħal student fl-iskejjel, żgħażagħ u adulti. Qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex din il-kampanja tkompli tikber u tissaħħaħ. Ukoll fl-aħħar jiem imnedija linja nazzjonali għas-sapport tal-vittmi ta’ kriminalità – 116006. Din il-linja nazzjonali toffri informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u kif taċċessa servizz ta’ appoġġ filwaqt li sservi ta’ gwida għal diversi servizzi mhux biss mill-Aġenzija għas-Sapport tal-Vittmi tal-Kriminalità iżda anke minn entitajiet oħrajn, kemm tal-istat u anke minn għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji. Tagħti spazju wkoll lill-vittmi biex jitkellmu b’mod kunfidenzjali ma’ professjonisti fl-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità u daqstant ieħor tirreferihom skont il-bżonnijiet tagħhom. Offruti wkoll servizz ta’ sapport emozzjonali; gwida legali u aċċess għal informazzjoni jew aġġornamenti dwar rapporti li jsiru lill-pulizija. Dan is-servizz tat-telefon bla ħlas beda jopera mit-Tnejn sal-Ħadd bejn is-7.30 ta’ filgħodu u s-7.30 ta filgħaxija. Id-diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ser jibqgħu jaħdmu sabiex ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-imsemmija inkjesta jkomplu jiġu attwati fl-intier tagħhom. Din l-informazzjoni tinkludi biss miżuri mittieħda mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8349 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6783 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fid-diversi awtoritajiet u entitajiet fi ħdan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ġew impjegati numru ta’ ħaddiema minn Marzu 2022 sal-lum. Dawn il-ħaddiema daħlu flok xi wħud li rtiraw jew inkella biex jipprovdu servizzi ġodda, inkluż fil-Korpi dixxiplinati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella tal-informazzjoni mitluba li tinkludi informazzjoni sal-10 ta’ Mejju 2023.

Qasam tal-edukazzjoni u soċjali – għoti ta’ fondi mill-Aġenzija Komunità Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8250 , jista' l-Ministru jagħti l-ammonti totali li kull organizzazzjoni rċeviet, skont id-dokument imqiegħed mal-istess mistoqsija, flimkien mal-ammonti li kull donatur ikun ta lil kull organizzazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni aġġornata sal-10 ta' Mejju 2023, mitluba mill-Onor. Interpellant hija skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni ma tinkludix informazzjoni dwar għaqdiet li setgħu għażlu li jagħtu lura d-donazzjoni fl-aħħar jiem.

Pajjiżi klassifikati sikuri għal ritorn ta’ asylum seekers

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' pajjiżi klassifikati bħala "safe" biex jiġu ritornati asylum seekers u failed asylum seekers? Jista' wkoll jipprovdi lista ta' pajjiżi klassifikati bħala "mhux safe"?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Membru għal dak provdut fl-Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali, Kap. 420 tal-Liġijiet ta' Malta, li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Asylum seekers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn asylum seekers li l-post tal-oriġini tagħhom huwa klassifikat "safe"? Jista' jgħid kemm hawn asylum seekers li l-post tal-oriġini tagħhom huwa klassifikat "mhux safe"?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali (Kap. 420) jipprovdi l-lista ta' pajjiżi klassifikati bħala siguri, filwaqt li ma teżistix lista ta' pajjiżi ta' oriġini mhux siguri. Infurmat li n-numru ta’ asylum seekers li l-pajjiż tal-oriġini tagħhom huwa klassifikat bħala sigur fl-imsemmija lista huwa ta’ 102.

Failed asylum seekers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn failed asylum seekers li l-post tal-oriġini tagħhom huwa klassifikat "safe"? Jista' jgħid kemm hawn failed asylum seekers li l-post tal-oriġini tagħhom huwa klassifikat "mhux safe"?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali (Kap. 420) jipprovdi l-lista ta' pajjiżi klassifikati bħala siguri, filwaqt li ma teżistix lista ta' pajjiżi ta' oriġini mhux siguri. Infurmat li n-numru ta' failed asylum seekers minn pajjiżi klassifikati bħala siguri li attwalment għandhom dokument tal-Pulizija hu ta’ 91. Fir-rigward ta’ dawn il-persuni għaddejja ħidma mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom, bl-istess mod li ġew ritornati diversi persuni li ma kinux intitolati għall-protezzjoni fl-aħħar ftit żmien.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm 2,634 ħaddiema li huma First Aiders, filwaqt li 288 ħaddiema oħra se jieħdu t-taħriġ matul din is-sena.

Financial Crimes Investigations Department — crypto

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Financial Crimes Investigations Department huwa attrezzat biex jinvestiga u jieħu azzjoni kontra reati relatati ma’ cryptocurrencies?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Blockchain Analysis Unit fi ħdan l-Financial Crimes Investigations Department tal-Pulizija għandha l-għodda neċessarja u uffiċjali kwalifikati biex jindirizzaw reati relatati ma’ cryptocurrencies li jużaw approċċi multidixxiplinari biex jinvestigaw u jieħdu azzjoni dwar dan. Dawn jinkludu kompetenzi teknoloġiċi u analitiċi, barra minn għarfien legali u regolatorju, li l-uffiċċjali nvestigattivi dejjem jaġġornaw ruħhom magħhom, biex iżommu mal-konfini legali waqt l-investigazzjonijiet. Dan flimkien ma' ħiliet fil-qasam ta’ kontabilità forensika kif ukoll bil-kollaborazzjoni u kuntatti kontinwi ma' servizzi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u dawk internazzjonali skond il-bżonn.

Każijiet ta’ serq minn residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq minn residenzi privati (appartamenti, djar eċċ.) ġie rrappurtat, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sad-data ta’ meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każi ta’ serq minn residenzi li ġew irrappurtati fis-sistema tal-Pulizija xahar b’xahar, bejn Jannar 2021 sal-aħħar ta’ Marzu 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri fis-sistema jinkludu kull tip ta’ residenza, inkluż dawk mikrija, kif ukoll residenzi li jintużaw bħala djar tal-anzjani, kif jidher taħt il-kategoriji indikati fl-intestatura fl-istess tabella. Residenza - minn barra Residenzi – Okkupati Residenzi – Mhux okkupati Serq minn residenzi bejn Jannar 2021 u Marzu 2023 2021 January 13 19 15 February 10 31 11 March 7 41 7 April 10 33 3 May 14 39 4 June 6 41 5 July 9 31 2 August 10 48 4 September 4 30 3 October 8 29 8 November 9 23 8 December 10 25 3 2022 January 12 31 7 February 10 26 7 March 6 16 5 April 6 28 7 May 10 28 8 June 8 25 5 July 11 26 6 August 7 38 8 September 4 20 5 October 9 25 10 November 12 20 3 December 8 26 10 2023 January 5 28 15 February 3 24 3 March 12 22 5

Il-Pietà – Triq ix-Xatt – rapporti ta’ nuqqas ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar dwar nuqqas ta' sigurtà fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà u x'azzjoni ttieħdet sabiex jiġi assigurat li kemm ir-residenti kif ukoll il-ħwienet kummerċjali jkunu jistgħu jgħixu f'serħan il-moħħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul il-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u l-aħħar ta’ Marzu 2023 kien hemm ħames rapporti li saru mal-Pulizija, dwar reati kkonsidrati li huma konnessi ma sigurtà, fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Bħal dejjem il-Pulizija tieħu kull azzjoni sabiex jiġi assigurat li kemm ir-residenti kif ukoll il-ħwienet kummerċjali jkunu jistgħu jgħixu f'serħan il-moħħ, u dan permezz ta’ rondi, inkluż dawk li jsiru b’vetturi fost mezzi oħra, speċjalment meta l-analiżi juru li f’xi parti ta’ dawn il-gżejjer jiżdiedu ir-reati, kif ukoll permezz ta’ investigazzjonijiet biex jiġu identifkati persuni suspettati. Kategorija 2023 Attentat ta’ serq 1 Feriti fuq il-persuna 1 Hsarat 0 Serq 3 Total 5

Gwardjani fil-Ħabs — rekwiżiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti li jiġu assigurati biex persuna tidħol taħdem bħala gwardjan fil-ħabs?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi r-rekwiżiti tal-eleġibbiltà biex tidħol bħala Uffiċjal Korrettiv fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu: · ċittadini ta’ Malta; · kapaċi jikkomunikaw (kemm b’mod orali kif ukoll bil-kitba) bil-lingwa Maltija u dik Ingliża; · ikollhom ċertifikati f’żewġ (2) suġġetti f’Livell Ordinarju (mhux inqas minn Grad 5 jew C) jew kwalifika komparabbli f’Livell 3 tal-MQF, fil-Malti u l-Ingliż; L-applikanti li ma jkollhomx ċertifikati f’Livell Ordinarju (mhux inqas minn Grad 5 jew C) fil-Malti u fl-Ingliż, iridu joqogħdu għal eżami bil-miktub fis-suġġett/i meħtieġ/a (il-Malti u/jew l-Ingliż) Jew · ikollhom Ċertifikazzjoni mill-Iskola f’Livell 1 tal-MQF, li temmew b’suċċess il-Ħames Sena Sekondarja u jkollhom xi esperjenza ta’ xogħol, preferibbilment bħala mastrudaxxa, ħaddied, dawl u ilma, mekkanik, bennej u fil-ħjata. Ser tingħata preferenza lill-applikanti li jkollhom ċertifikati f’Livell Ordinarju fi Grad 7 jew ogħla u/jew bil-liċenzji neċessarji fis-sengħa rispettiva. Ser tingħata wkoll preferenza lil dawk li jkollhom liċenzja ta’ gwardjan tas-sigurtà. Jew · li jkunu servew f’Korp Dixxiplinat (jiġifieri, Navali, Militari jew tal-Ajru, Korp tal-Pulizija, Servizzi Korrettivi, Protezzjoni Ċivili jew Servizz ta’ Detenzjoni) għal mhux anqas minn erbgħa u għoxrin (24) xahar, u li jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikat ta’ mertu tas-servizz maħruġ mill-Kap tal-Korp Dixxiplinarju rispettiv; · ikunu għalqu t-tmintax-il (18) sena imma mhux l-erbgħin (40) sena sad-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet; · ta’ mhux inqas mit-tul minimu meħtieġ, jiġifieri 1.57m għall-irġiel u 1.52m għan nisa, u ta’ bilanċ aċċettabli bejn il-piż u t-tul tal-persuna; · ta’ kondotta li hi xierqa għall-pożizzjoni li l-persuna qed tapplika għaliha. L-Applikanti jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita` oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji; u · eliġibbli li jieħdu l-ħatra tagħhom, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet imma wkoll fid-data tal-ħatra · jew awtorità oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji; u · eliġibbli li jieħdu l-ħatra tagħhom, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet imma wkoll fid-data tal-ħatra.