KM Malta Airlines – Miri u sitwazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kotba finanzjarji tal-kumpanija KM Malta Airlines Ltd humiex juru li l-miri ta' stabbilità kenux fattibbli sa Frar 2025? Jekk le, x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja attwali tal-kumpanija tal-ajru KM Malta Airlines Ltd?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba tagħlaq is-sena finanzjarja u jsiru l-verifiki tal-kotba, l-kumpanija tkun qed tippublika l-accounts tagħha skond kif jistipulaw ir-regoli.
MFSA — Kopji żbaljati ta’ liċenzji ta’ subject persons
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba u liema kienu d-drabi fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) uriet kopja żbaljata tal-liċenzja ta’ subject person fuq is-sit elettroniku tagħha mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema subject persons kellhom kopja żbaljata tal-liċenzja murija fuq is-sit elettroniku tal-MFSA?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u kemm kien l-ammont tal-multi li nħarġu mis-sena 2019 sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat li l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha.
Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li japplika politiki u miżuri nklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellanza su referita.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) kien hemm membri li ħarġu mil-laqgħa fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021u għal liema raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, normalment joħorġu mill-laqgħat meta jiddikjaraw konflitti ta’ interess relatati ma’ punti speċifiċi fuq l-aġenda.
F’każijiet oħra, membri jistgħu jkunu assenti jew skużati milli jattendu ċerti laqgħat għal raġunijiet amministrattivi, ta’ safar jew personali.
Jista’ l-Ministru jgħid min jappunta l-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA jiġi appuntat skont l- artiklu 6 (2) ta’ l att -Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta:
“(2) Il-Bord tal-Gvernaturi jkun magħmul minn dawn li ġejjin:
(a) Chairman maħtur mill-Prim Ministru li jaġixxi skont il-parir tal-Kabinett tal-Ministri;
(b) Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni;
(ċ) ħames membri oħra jew aktar maħtura mill-PrimMinistru minn fost persuni li jkunu distinti fil-kummerċ, attivitajiet finanzjarji, il-professjonijiet, is-servizzi pubbliċi jew fil-ħajja akkademika li fil-fehma tiegħu jkunu jistgħu jirrappreżentaw il-mod kif jaħsbuha l-industrija u l-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji.
Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel deputat Chairman mill-Membri tal-Bord.”
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill Onor. Interpellant għal-line item ta’ hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġa’ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-komposizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi hu skont il-“Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis’, li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24481.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25664, jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li xorta waħda hemm bżonn ta’ intervent leġislattiv wara li ssir konsultazzjoni pubblika wiesa’ tenut kont tal-fatt li hu evidenti li m’hemmx qbil unanimu fost il-membri tal-ġudikatura fir-rigward tal-validità kostituzzjonali tal-poteri li skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330 għandha l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) biex timponi penalitajiet amministrattivi, dan meta wieħed iqis li almenu ħames Imħallfin differenti taw sentenzi fl-ismijiet:
i. Phoenix Payments Ltd versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et per A. Demicoli deċiża fit-30 ta’ Marzu 2023;
ii. Insignia Cards Limited versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et per L. Mintoff deċiża fl-24 ta’ Mejju 2023;
iii. Lombard Bank Malta plc versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et per G. Mercieca deċiża fil-5 ta’ Ġunju 2023;
iv. XNT Ltd versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et per J. Vella Cuschieri deċiża fit-13 ta’ Lulju 2023;
v. Dr. Roderick Caruana versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et per T. Abela deċiża fit-28 ta’ Settembru 2023 kif ukoll Truevo Payments Ltd versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et, u Vivareo Ltd versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja et (per T. Abela) deċiża fis-27 ta’ Ġunju 2024,
fejn fis-sustanza sabu li l-poteri tal-FIAU skont il-Kap 330 kienu bi ksur tal-Kostituzzjoni, u fejn allura mhux esklussiv li fil-futur anke l-istess Qorti Kostituzzjonali possibbilment diversament komposta wkoll tasal għall-istess konklużjoni? Tenut kont ta’ din ir-realtà, ma jqisx il-Ministru li hemm ħtieġa serja li jkun hemm intervent leġislattiv biex tiġi indirizzata darba għal dejjem din l-inċertezza qawwija dwar ir-rwol u l-poteri tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diga’ ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25664, sentenzi mill-Prim’Awla, Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), dejjem jistgħu jiġu appellati mill-partijiet fil-kawża.
Di fatti, is-sentenzi hawn fuq suċċitati f’din il-mistoqsija kollha ġew appellati quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, kemm mill-Korp u anke l-Avukat tal-Istat.
Għalkemm il-maġġoranza tal-imsemmija kawżi għadhom sub-judice, tnejn minnhom, ċjoè Pheonix Payments Ltd vs. FIAU et. u XNT Ltd vs. FIAU et., ġew deċiżi mill-Qorti Kostituzzjonali. F’dawn id-deċiżjonijiet il-Qorti Kostituzzjonali, li hija l-ogħla qorti tal-Pajjiż, qalbet dak li kien deċiż mill-Prim’Awla, Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u konsistentiment pronunzjat li l-poteri tal-FIAU hekk kif mogħnija permezz tal-Kap. 373, i.e., il-kapitolu tal-liġi li jirregola u jagħti l-poteri lill Korp, ma jiksrux il-Kostituzzjoni. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan kollu, sal-ġurnata ta' din it-tweġiba, ma jirriżulta li hemm l-ebda inċertezza dwar l-irwol u l-poteri tal-FIAU.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li rriżenja mill-kariga tiegħu mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), intgħażilx wara sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta ġiet ippubblikata tali sejħa pubblika; fejn ġiet ippubblikata u kemm kien hemm applikazzjonijiet għal tali applikazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu kkonċernat, ġie maħtur bħala Kap Ezekuttiv tal-MFSA wara proċess ta’ ħatra mwettaq mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ dak iż-żmien.
Fil-fatt ġie iffurmat sub-kumitat tal-istess Bord sabiex jevalwa l-applikazzjoni ta’ dan l-individwu. Sussegwentament, il-Bord approva l-ħatra tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le?
Jista' jgħid ukoll:
(a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad?
(f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24110.
Ministeru għall-Finanzi — Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22673 u 24060 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24110.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva li taqa’ taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandha data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 hija s-segwenti:
Direttiva
Skadenza
Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-re¿iljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju
17/01/2025
Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.
Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji reġistrati f'Malta sal-aħħar tal-2024 m'għandhomx kont bankarju f'Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejj il-proċess biex Malta jkollha National Risk Assessment ġdid.
Bħala parti minn dan il-proċess, ser tkun qed tiġi riveduta u aġġornata l-istatistika mill-NRA preċedenti, inkluz dawk rigward kumpaniji registrati f'Malta, li m'għandhomx kont bankarju f'Malta.
F'dan l-istadju, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta, peress li l-paragun bejn iż-żewġ sorsi ta’ data għadu jrid isir.