Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ inqas minn €600 fix-xahar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €600, inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
21,069
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
8197*
Pensjoni Mhux Kontributorja
4,024
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7*
Total
33,297
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tat-8,197 persuna li qed ikunu kkwotati hawn fuq, illi għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx illi dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7709 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
154
42
9
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
86
7
46
Pensjoni Mhux Kontributorja
27
6
1
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7708 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
458
124
37
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
269
23
106
Pensjoni Mhux Kontributorja
58
23
2
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
3
2
0
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7706 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja,li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
127
39
7
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
75
3
24
Pensjoni Mhux Kontributorja
18
11
3
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7704 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
466
175
47
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
187
24
85
Pensjoni Mhux Kontributorja
125
49
9
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fid-Djar tal-Anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f’liema Dar tal-Anzjani minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali? Kemm kien hemm Djar tal-Anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, skont l-Att Numru XV tal- 2018. F’Jannar 2019, l-istess Awtorità, skont l-Avviż Legali numru 446 ta’ 2018 ġiet maħtura bħala l-entità li ser tkun qed tħares is-settur tal-anzjani u tara li l-iStandards stabiliti jiġu milħuqa. Matul l-ewwel xahar tal-2019, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet 45-il spezzjoni fid-djar tal-Anzjani permezz tad-9 assessuri li jaħdmu fit-tim tal-Ispezzjonijiet fl-istess Awtorità. Għal kull żjara l-Awtorità tibgħat żewġ assessuri biex nassiguraw li jkun hemm transparenza fil-proċess ta’ assessjar. Għal kull spezzjoni l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali żviluppat numru ta’ rakkomondazzjoniet lil minn jipprovdi is-servizz; liema rakkomandazzjonijiet ġew preżentati bil-miktub lid-djar ikkonċernati waqt li ser ikompli jsir monotiteraġġ tas-servizzi mgħotija sabiex naċċertaw ruħna li s-servizzi mgħotija ikunu ta’ kwalità għolja.
Għajnuna lill-persuni bi problema ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2567, bid-data tas-27 ta’ Novembru, 2017, jista’ l-Ministru jgħid illum minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 persuna li għandhom problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jitħallsu paga l-Home Helpers għal kull siegħa li jaħdmu mal-anzjani? Kemm hemm home helpers li huma Maltin u kemm hemm helpers li huma barranin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ Home Helpers (Social Assistants) impjegati mad-Dipartiment tal-Anzjanitá Attiva u Kura fil-Komunitá huwa ta’ 62. Dawn l-impjegati huma kollha ta’ Nazzjonalitá Maltija. Il-paga tal-Home Helpers impjegati mis-servizz pubbliku u għalhekk impjegati direttament mad-Dipartiment tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita’, hija dik ibbażata ma’ skala 18 fis-serizz pubbliku.
Il-kuntrattur illi qiegħed jipprovdi is-serivizz ta’
Home Helpers
, jimpjega miegħu 170-il
Home Helper
. Minn dawn, 153 huma ta’ Nazzjonalita` Maltija, filwaqt illi 17 oħra huma ta’ Nazzjonalita` barranija. Il-ħlas tal-
Home Helpers
impjegati mal-kuntrattur huwa skont iċ-ċirkulari 20/2018 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8364, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help u minn liema lokalità ġejjin? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx nuqqas ta’ home helpers sabiex jagħmlu dan ix-xogħol tant importanti għall-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ każijiet li għadhom qed jistennew biex jingħataw is-servizz tal-Home Help, jammonta għal 382.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hawn domanda kbira għal dan is-servizz, u liema sitwazzjoni qed tiġi ndirizzata.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant skont il-lokalita`.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu każijiet ta’ benefiċċji soċjali minħabba ksur ta’ provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfilhom dawn il-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7686 u ċjoè: B’referenza għall-INK Person Focused Inclusion Project li huwa ffinanzjat minn Fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm hija s-somma allokata għal dan il-programm u kemm huwa twil dan il-programm? Fiex jikkonsisti dan il-programm? u
b) meta beda jitħaddem dan il-programm? Bħalissa x'inhuwa n-numru ta’ parteċipanti fi ħdan dan il-programm u skont l-applikazzjoni, kemm huwa n-numru ta’ benefiċċjarji li ser jibbenefikaw minn dan il-programm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proġett INK – Person Focused Inclusion huwa intenzjonat li jservi sabiex jippromwovi l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà u jħejjihom sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, billi joffri taħriġ li jgħinhom biex l-esperjenza tax-xogħol tagħhom tkun waħda pożittiva, li toffrilhom indipendenza u ttejjeb il-kwalità’ tal-ħajja tagħhom. INK joffri taħriġ lill-persuni b’diżabilità, lill-ġenituri tagħhom, min iħaddem u anke professjonisti li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità. Il-proġett għandu wkoll il-kollaborazzjoni ta’ msieħba oħra kemm lokali, kif ukoll barranin: is-CRPD bħala regolatur u l-organizzazzjoni Irlandiża, KARE. Matul il-proġett huwa maħsub illi 80 parteċipant imorru l-Irlanda għal-study visits fejn jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-imsieħba tal-proġett ġewwa l-Irlanda u b’hekk ninkoraġixxu peer learning. Il-proġett joffri wkoll ‘INK Certification’. Dan huwa ċertifikat illi jingħata lill-entitajiet li jipparteċipaw f’disability audits. Il-proġett ser idum 3 snin u ser jiswa madwar €3.5 miljuni. Il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja permezz tal-Fond Soċjali Ewopew.
Il-proġett INK tnieda f’Jannar 2018. B’kollox il-proġett ser jilħaq il-ħsieb illi jimmira li jilħaq ’l fuq minn elf persuna, madwar 300 persuna b’diżabilità, madwar 300 employer, madwar 300 ġenitur ta’ persuni b’diżabilità u madwar 150 professjonist, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Sal-31 ta’ Diċembru 2018, kien hemm 93 parteċipant illi bbenefika mill-proġett.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf? Kemm huwa twil dan il-kors ta’ taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b’diżabilità? Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta’ dan il-kors? Kemm kien hemm parteċipanti s’issa li nstabilhom impjieg? X’kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Proġett JESS, Job Enhancing Skills Scheme, ġie mwaqqaf fl-2017 biex jipprovdi taħriġ u job placements lill-persuni b’diżabilità, fl-etajiet bejn is-16 u l-55 sena, li l-uniku dħul tagħhom ikun il-pensjoni tad-diżabilità. Dan il-proġett qiegħed jagħti ċ-ċans lill-individwu jkollu esperjenza ta’ xogħol, bl-għajnuna ta’ job coaches. L-impjiegi jistgħu ikunu f’dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, entitatjiet non-governattiv, kif ukoll f’kumpaniji privati.
Kull applikant, jiġi intervistat u assessjat dwar il-kapaċità tiegħu jew tagħha. Fi tmiem l-iskema, il-benefiċjarji jingħataw ċertifikat ta’ profeciency illi juri li temmew b’suċċess it-taħriġ u x-xogħol assenjat.
Dan il-programm huwa mifrux fuq 20 siegħa ta’ xogħol u taħriġ fil-ġimgħa għal massimu ta’ sentejn, jew 40 siegħa fil-ġimgħa għal massimu ta’ sena. Il-benefiċjarji jirċievu pagament ta’ €5.25 fis-siegħa, waqt il-perjodu ta’ taħriġ.
Fil-preżent hemm b’kollox 66 individwu li qed isegwu l-programm JESS. Dawn l-benefiċjarji qegħdin f’xogħol, li nstabilhom wara li ġie stabbilit x’inhuma ix-xewqat u l-abbilitajiet individwali tagħhom. Dawn jinkludu xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali, xogħol fi ħwienet security, operaturi f’fabbriki u xogħol ta’ receptionist, fost l-oħrajn.
Marsaskala – identifikar ta’ bankini bi problemi ta’ aċċessibilità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8519, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bankini identifikati fil-lokalità ta’ Marsaskala bi problemi ta’ aċċessibilità? Jista’ jgħid liema huma dawn it-toroq fejn kien hemm dawn il-bankini u jgħid jekk dawn il-bankini ġewx irranġati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Servizzi ta’ ħidma soċjali lill-persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8517, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid fiex jikkonsistu s-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali li qed jingħataw il-persuni b’diżabilità fil-komunità? Kemm hemm impjegati li qed jagħtu dan is-servizz tant importanti? Kemm ilhom jistennew il-143 benefiċjarji li huma fuq il-lista tas-stennija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7204, jista’ l-Ministru jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li qed jaħdmu fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali? Jista’ jgħid x’inhuwa l-irwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7737 u jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u s-sena 2018 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu benefiċjarji tal-In Work Benefit fis-snin imsemmija huwa kif ġej;
2017
2018
Nisa
1238
1482
Irġiel
2112
2822
Grazzi għal dan il-benefiċju ġdid, matul is-sena 2017 kien hemm total ta’ 3,350 persuna, li bbenefikaw. Matul is-sena 2018 kien hemm total ta’ 4,304 persuna li bbenefikaw, żieda ta’ 954 persuna fuq is-sena 2017.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex? Dan il-proġett fiex jikkonsisti? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 8507.