Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ground li l-Iskola Primarja ta’ Bormla għandha preżentement, huwiex ser jiġi garantit fil-kostruzzjoni futura li ser issir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27893, 28049 u 28243 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-evalwazzjoni għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Educators (LSEs) neqsin mis-sistema edukattiva u kemm hemm studenti li qed jistennew li jingħataw LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan hu proċess kontinwu.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627, 27873, 28094 u 28437 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskola msemmija bħalissa qed topera minn skola temporanja f'Ħal Tarxien u għandha 15-il impjegat.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625, 27871, 28096 u 28435 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għaddej il-proċess neċessarju sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624, 27870, 28097 u 28434 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28821.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623, 27869, 28098 u 28433 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa m'hemm ħadd li qed jagħmel użu mill-iskola.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28462 u jgħid jekk jagħrafx l-importanza tal-Programm Edukattiv GEM16+, li ilu għaxar snin imwaqqaf, u li matul dan iż-żmien ta u offra tagħlim edukattiv b’impenn ħolistiku lill-istudenti li ġew imħarrġa fih? Jista’ jgħid ukoll jekk dan jistax ikompli jintlaħaq minn studenti li għandhom bżonn attenzjoni speċifika u individwali li jattendu l-Higher Secondary fejn dawn l-istudenti jispiċċaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jagħraf l-importanza tal-Programm Edukattiv GEM 16+ u dan ser jibqa' jopera fi struttura li hemm fil-Higher Secondary School bħala wieħed mill-programmi li jiġu offruti f'din l-istituzzjoni. B'hekk nassiguraw perkors edukattiv mill-aqwa lill-istudenti tagħna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28463 u jgħid x’kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn il-Programm Edukattiv GEM16+ ġie trasferit f’post ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ġie trasferit peress li jifforma parti minn sensiela ta' programmi oħra fil-livell post sekondarju fil-Higher Secondary School fejn ir-raġuni ewlenija hija l-ġid tal-istudenti.
Programm Edukattiv GEM16+ — Trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28464 u jgħid meta d-Dipartiment tal-Edukazzjoni beda jikkunsidra li l-Programm Edukattiv GEM16+ jiġi rrilokat mil-lokalità tal-Gżira biex jiġi integrat fil-Higher Secondary?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ġie diskuss matul din is-sena.
Programm Edukattiv GEM16+ — Deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28465 u jgħid għalfejn l-istaff edukattiv tal-Programm GEM16+ qatt ma ġie kkonsultat dwar id-deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor, ħlief għal meta ġew informati mingħand żewġ Diretturi Ġenerali mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mill-Prinċipal tal-Kulleġġ stess? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi forma ta’ konsultazzjoni mal-għalliema tal-Programm qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-GEM16+ mis-sena skolastika li jmiss ser jibda jiġi offrut fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School hekk kif imħabbar fil-prospett ta' din l-istituzzjoni edukattiva.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28466 u jagħti garanzija li l-istaff edukattiv li mexxa b’tant dedikazzjoni, impenn ġenwin u sens ta’ mħabba matul dawn l-aħħar snin il-Programm Edukattiv GEM16+, se jsib postu fi ħdan il-Higher Secondary, jekk din tkun ix-xewqa tal-għalliem rispettiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-edukaturi ser jingħataw l-opportunità sabiex japplikaw għal deployment skont il-proċeduri normali.
Programm Edukattiv GEM16+ — Filmat ta’ promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28467 u jgħid min ħa d-deċiżjoni biex ftit tal-jiem ilu, jiġi rrekordjat filmat ta’ promozzjoni minn servizz.gov dwar il-Programm GEM16+ fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira, meta l-programm kien qed jippromwovi l-faċilitajiet offruti minn din il-binja, ġaladarba d-Dipartiment kien jaf li ser isir għalxejn? Jista’ jgħid ukoll jekk id-deċiżjoni ttieħditx b’mod mgħaġġel u taħt pressjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm ĠEM16+ se jibqa' jiġi offrut u għalhekk sar filmat ta' promozzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetaħx il-kors għal Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jinkiseb iċ-ċertifikat neċessarju, il-ħaddiema minn Skala 13 jitilgħu għal Skala 12?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kors huwa ta' livell 4 u mhux ta' livell 2, infurmat li kull min temm dan il-kors jista' japplika għall-progression.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28890 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 26 għalliema, filwaqt li fl-aħħar ħames snin irriżenjaw 81 għalliem, matul l-aħħar ħames snin ġew ingaġġati 211 għalliem ġdid u 94 għalliema peripatetic
Jista’ l-Ministru jgħid kemm familji bi dħul baxx ibbenefikaw mill-inizjattiva ta’ internet bla ħlas waqt il-COVID 19?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox ibbenefikaw total ta’ 583 familja mill-inizjattiva ta’ internet bla ħlas. Tqassmu total ta’ 456 tablet, 130 laptops, u 240 apparat ta’ internet sabiex it-tfal ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom mid-dar waqt il-perjodu meta l-iskejjel kienu magħluqin.