Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja tal-Kalkara li huma identifikati bħala illitterati jew għandhom problema fil-qari u l-kitba? X'qed isir sabiex dawn il-problemi jittaffew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja tax-Xagħjra li huma identifikati bħala illitterati jew għandhom problema fil-qari u l-kitba? X'qed isir sabiex dawn il-problemi jittaffew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tikkonferma l-Ministru li qed ikun hemm nuqqas ta’għalliema fl-iskejjel primarji tal-Gvern? Tikkonferma ukoll li hemm pjan biex dawk li bħalissa qed jgħallmu il-physical education fil-primarji se jiddaħħlu biex jgħallmu fil-klassijiet bħala class teachers fil-primarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jimpjega Supply Teachers biex jimlew il-vakanzi li jkun hemm fis-settur primarju. Ma jirriżultax li hemm xi pjan biex jitneħħew xi għalliema mis-servizzi peripatetiċi inkluż dak tal-Edukazzjoni Fiżika biex jintbagħtu jgħallmu fl-iskejjel primarji. Bħalissa qed joħorġu sejħiet interni għal għalliema biex jagħtu servizz f’oqsma varji inkluż fis-settur peripatetiku fl-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel primarji.
Tista’ l-Ministru tara li malajr kemm jista' jkun jintgħażel Kap ta’ skola għal Junior Lyceum Carlo Diacono fiż-Żejtun? Taf li l-iskola ilha mingħajr tmexxija adegwata għal diversi xhur u b’hekk qed tbati l-amministrazzjoni u it-tmexxija ġenerali tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kap tal-Liċeo tal-Bniet, Kulleġġ San Tumas More, Żejtun, intagħżlet u diġa bdiet tmur l-iskola biex tieħu l-handing over.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull istitut tal-MCAST kemm għad fadlilha lecturers neqsin u f'liema suġġetti? Meta se jiġu reklutati dawn il-lecturers u f'liema oqsma qed ikun hemm l-iżjed diffiklutajiet biex jinstabu l-lecturers meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-MCAST m’hemm l-ebda lecturers neqsin u diġa’ beda l-proċess tal-ippjanar ta’ reklutaġġ għas-sena li ġejja.
Is-suġġetti li għalihom hu ferm diffiċli biex jinstabu l-
lecturers
meħtieġa huma l-
Accounts
, l-
Electronics
u l-IT.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-bidliet meħtieġa fil-liġi tal-Edukazzjoni, regolamenti u statut tal-Università biex din tkun tista' titmexxa b'mod iżjed effiċjenti, tkun tista' tiffinanzja lilha nnifisha minn sorsi finanzjarji non-pubbliċi u jkun jista' jkollha baġit mill-gvern li jkopri 3-4 snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddejja l-ħidma fuq l-emendi fil-liġi tal-Edukazzjoni dwar is-settur tal-edukazzjoni ogħla u avvanzata. Dawn l-emendi jinkludu proposti ta’ bdil fit-tmexxija tal-Universita’ kif ukoll il-finanzjament ta’ din l-istituzzjoni. Huwa mistenni li l-abbozz ta’ dawn l-emendi jitressqu quddiem il-Parlament qabel tmiem din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2008 u Jannar 2009 kemm kien hemm testi teatrali li ġew sottomessi lill-bord taċ-ċensura? Kif ġew klassifikati dawn it-testi? Kemm minnhom u liema ġew projbiti li jittellgħu u x'kienu r-raġunijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tikkonferma l-pjanijiet li Biaggio Steps fil-Belt jiġi konvertit f'mużew? Jekk fl-affermattiv, hemm xi data meta jista' jinbeda x-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nikkonferma li ġie deċiż li Biagio Steps fil-Belt jiġi konvertit f’mużew dwar il-fortifikazzjonijiet. Dan hu proġett bejn il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet kif dan il-mużew se jiġi żviluppat u mmexxi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħaddiema ta' Heritage Malta li ħadmu biex ilestu l-mużew tal-gwerra ma ġewx mistiedna fil-ftuħ uffiċjali ta' l-istess mużew? Għalfejn minflok ġew mistiedna f'ġurnata oħra? Ma kienx ikun aktar għaqli li jiġu mistiedna fl-istess ġurnata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħaddiema ta Heritage Malta, flimkien mal-familji tagħhom, ġew mistiedna għall-preview organizzat speċjalment għalihom qabel infetaħ dan il-mużew għall-pubbliku u ingħataw ukoll token bħala ringrazzjament waqt ir-riċeviment.
Arrears of revenue — persuna li taħdem bil four day week
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8639, tista' l-Ministru tikkonsidra li dawn l-arrears of revenue li ilhom iktar minn 13-il sena u li l-persuna ma kenitx infurmata dwarhom jinħafru minħabba li fil-preżent dan il-persuna qed taħdem bil-'four day week' minħabba li l-fabbrika fejn qed taħdem intlaqtet ħażin u l-familja se jkollhom tarbija għalhekk mhumiex f'pożizzjoni finanzjarja li jistgħu iħallsu dan l-ammont finanzjarju? Ma taħsibx li fiċ-ċirkustanzi li tinsab fihom din il-familji kien insensittiv li tintbagħat din l-ittra legali wara 13-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8639. Mhux korrett li jingħad li l-persuna li għaliha qegħda ssir riferenza f'din il-mistoqsija ma kienitx infurmata dwar l-ammont li kellha trodd lura lill-ITS li kienet irċeviet bħala stipendju. Kull student jingħata kopja tar-Rules and Regulations ta' l-ITS. Barra minn hekk intbagħtu diversi ittri lill-istess individwu li qatt ma nisslu l-ebda reazzjoni mill-persuna msemmija. Kien biss meta nħarget ittra legali li kien hemm reazzjoni permezz ta' l-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kif il-ġnien li kien jagħmel parti mill-bini storiku tal-Armerija fi Triq il-Kbira f'Ħal Qormi, għadda f'idejn il-privat biex sussegwentement ingħata permess għall-bini fis-sena 2007 u issa sar l-iżvilupp?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Ħal Qormi — Armerija tal-Kavallieri - Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali
Question
B'riferenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 8032 dwar l-Armerija tal-Kavallieri f'Ħal Qormi, fejn intqal li fl-2005 is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet ġibdet l-attenzjoni tad-Direttorat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-importanza storika u arkitettonika tal-binja msemmija fil-mistoqsija parlamentari, is-Sovrintendenza rrakkmandat illi din il-proprjetà storika għandha tiġi protetta. Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjoni sħiħa li s-Sovrintendenza tat lill-Awtorità fis-sena 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkomandazzjoni li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet tat lill-Awtorità tal-Ambjent u tal-Ippjanar fis-sena 2005 dwar l-iskedar protettiv ta’ bini li jinsab eżatt maġenb l-għassa tal-pulizija ta’ Ħal Qormi.
Ħal Qormi — Armerija tal-Kavallieri - post storiku u kulturali
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Amerija li ġiet mibnija fi żmien il-Kavallieri f'Ħal Qormi u li parti minnha llum hija għassa tal-pulizija, se tkun skedata bħala post ta' patrimonju storiku u kulturali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet għamlet l-ewwel rakkomandazzjoni għall-iskedar ta’ propjeta` storika fiż-żona ta’ l-Armerija ta’ Ħal Qormi fil-2005.
Din ir-rakkomandazzjoni tirrigwardja l-propjeta li fuqha kien hemm l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp PA03261/04 u PA03263/04. Din hija l-propjeta li tmiss ma’ l-Għassa ta’ Ħal Qormi.
Preżentement is-Sovrintendenza qed iġġedded r-rakkomandazzjoni għall-iskedar tal-propjeta` storika f’din iz-zona, inkluza il-binja magħrufha bħala l-Armerija, hekk kif provdut fl-Att dwar il-Patrimonju Kulturali u l-Att dwar l-Ippjanar.
Madankollu, l-proċess tal-iskedar huwa mmaniġjat mill-Awtorita` dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Għaldaqstant il-mistoqsija dwar jekk u meta din il-propjeta` se tiġi skedata għandha tiġi referita lil din l-Awtorita’.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tieħu l-passi kollha neċessarji biex il-bini storiku tal-Armerija tal-Kavallieri f'Ħal Qormi jkun protett milli jiġġarraf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tirrikonoxxi li l-binja magħrufa bħala l-Armerija ta’ Ħal Qormi hija ta’ valur storiku u arkitettoniku, u għandha tiġi protetta skond il-ligi.
Għaldaqstant is-Sovrintendenza qed tipprepara rakkomandazzjoni għall-iskedar ta’ din il-binja li issa tintuża bħala Għassa tal-Pulizija.
Is-Sovrintendenza qed tipprepara wkoll rakkommandazzjoni sabiex iż-żona fejn tinsab l-‘armerija’ tiddaħħal ġewwa l-konfini taż-Żona tal-Konservazzjoni Urbana.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3603, tista' l-Ministru tgħid jekk id-direttur repsonsabbli minn school audit hux qed jokkupa xi pożizzjoni oħra part-time li minħabba fiha jkun jeħtieġlu jsiefer waqt il-ħin tax-xogħol minn żmien għal żmien biex jagħti lectures f'universitajiet barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttur tal-Quality Assurance ma jokkupax pożizzjoni oħra part-time li minħabba fiha jkollu jsiefer biex jagħti lectures f’universitajiet barranin.
Unjoni Ewropea — Inizjattivi u proġetti f'pajjiżna
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema iniżjattivi/proġetti tal-Unjoni Ewropea qed jieħu sehem pajjiżna bħalissa? X'inhuma r-raġunijiet li m'aħniex nieħdu sehem fl-Università Ewro-Mediterranja (EMUNI) u fil-proġett Euromed magħruf bħala Qantara?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — kummisjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7671 u tgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kummissjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura Żgħażagħ u Sport, u kemm minn dawn il-Kummissjonijiet iltaqgħu huma hekk:
ISEM IL-KUMMISSJONI LAQGĦAT
Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni
Ogħla Iva
Maltese National Commission for UNESCO Iva