Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura – Triq Mater Boni Consgili u Triq Kent — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità dwar l-Ambjent fir-rigward l-art li tinsab il-Fgura bejn Triq Mater Boni Consigli u Triq Kent?

Response (FARRUGIA, AARON)

Peress lill-Onor. Interpellant ma tax id-dettalji relattivi għan-numru tal-applikazzjoni ġie preżunt li kien qed jirreferi għall-PA 783/20. Infurmat li l-ERA ġiet ikkonsultata mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-proċess tal-applikazzjoni għal permess u bħalissa qed tanalizza l-każ. Fi kwalunkwe każ bħala regolatur l-ERA ser tissottometti l-pożizzjoni tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar fiż-żmien stipulat.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija, fil-Ministeru, id-dipartimenti, id-dekasteru u l-awtoritajiet li llum jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi, ġew irrapportati lill-Pulizija ħames (5) serqiet. Dawn kienu waħda (1) fl-Awtorità tal-Ippjanar fl-2017 u erbgħa (4) f’Wasteserv (Malta) Ltd. fl-2019.

Studju ta’ Land Reclamation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12143 u jgħid min għamel l-istudju li sewa €11-il miljun għal-land reclamation? Jista’ jgħid kif intgħażel?

Response (FARRUGIA, AARON)

Jidher li l-Onor. Interepellant qed jagħmel referenza għal dak li kien irraportat li qal waqt program televiżiv l-Onor Dr Jose Herrera l-predeċessur tiegħi bħala Ministru tal-Ambjent, fir-rigward tar-rapport li kienet ippreparat l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi dwar ir-reklamazzjoni tal-baħar. Ninsab infurmat minn din l-istess Awtorità li sabiex tħejja r-rapport imsemmi hija għamlet użu estensiv mir-riżultati li kienu ħarġu minn numru ta’ proġetti li saru b’fomdi Ewropej li l-valur tagħhom kien iqarreb il-€11 il-miljun. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-proġetti bid-deskrizzjoni rispettiva.

Strategic Environment Assessment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12144 u jgħid kemm-il Strategic Environmental Assessment sar mill-2013 ’l hawn, min għamlu, kemm sewa flus u kif intgħażel?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 il-hawn, saru 6 Strategic Environmental Assessment li jinkludu proċċessi ta' screening. Dawn saru mill-awtoritajiet jew entitajiet rispettivi fil-każ ta' screening jew minn kumpaniji li tqabdu minn dawn l-awtoritajiet/entitajiet rispettivi. Kull ħlas ghal proċessi ta' Strategic Environmental Assessments huwa r-responsabiltà tal-awtorità rispettiva u mhux mingħand il-Focal Point ta' Strategic Environmental Assessment. Dettalji tal-awtoritajiet li għamlu proċessi għall-iskrutinizazzjoni tas-SEA jistgħu jinsabu fuq il-website tal-focal point fuq l-indirizz https://msdec.gov.mt/en/sea/Pages/ongoingProgrammes.aspx li kopja tal-iscreenshot qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Environment & Planning Review Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni sa meta se jiġi maħtur iċ-Chairperson tal-Environment & Planning Review Tribunal?

Response (FARRUGIA, AARON)

Niforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-ħatra ta’ Chairperson fuq it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, dehru notifikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Frar 2020 u l-20 ta’ Frar 2020. Kopja ta’ dawn in-notifikazzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nispjega li l-ħatra ta’ żewġ Chairpersons saret ai termini tal-Artiklu 4 tal-Att dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Kap. 551) li jipprovdi sabiex jiġu stabbiliti panels tat-Tribunal li jiġu assenjati kategoriji differenti ta’ każijiet.

Magħtab — raba' għal landfill

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi quddiem il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika r-raba' fil-Magħtab u l-madwar li l-Wasteserv qed tikkunsidra tieħu għal-landfill?

Response (FARRUGIA, AARON)

Peress li ghadu ghaddej ezercizzju komprensiv li ser jinkludi wkoll laqghat mal-Kunsill lokali m’inhix f’posizzjoni li naghti l-informazzjoni mitluba.

Waste electric and electronic equipment – collection volumes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11743 u jgħid kif jipparaguna pajjiżna ma' stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam ma' collection volumes ta' WEEE – Waste Electrical And Electronic Equipment? X’inhi l-figura tagħna ras għal ras?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-ahhar sena fejn il-kalkolu tal-WEEE li kellu jinġabar skont ir-regoli Ewropek kien ibba¿at fuq kilos per capita kien ghas-sena 2015 fejn Malta ġabret 3.75kilos ras ghall-ras meta l-obbligu kien ta’ 4kilos ras ghall-ras. Mill-2016 ‘l quddiem il-metodu ta’ kalkolu sar ibba¿at fuq il-persentagg ta EEE li jitpogga fuq is-suq, li jinġabar fejn il-mira hija ta’ 42%, 45%, 50% u 55% ghas-snin 2016 sal-2019 rispettivament. Ghas-snin 2016 u 2017 Malta lahqet 16% u 22% rispettivament. Id-data ghall-2018 ghada qed kun ikkalkulata sabiex tkun irrapurtata fl-2020. Jien infurmat ukoll li l-medja ta’ ġbir separat ta’ WEEE minn djar privati fl-Istati Membri m’hijiex disponibbli fir-rapporti li tippublika l-UE u ghalhekk ma jistax isir paragun. Jien mhux ser noqghod nomodha u rridu nammettu li fil-qasam tal-WEEE irid isir hafna izjed minn kullhadd, mill-Gvern u l-entittajiet tieghu, mill-produtturi u l-iskemi li jirraprezentawhom, mill-operaturi tal-iskart kif ukoll mill-familji Maltin. F’dan il-kuntest jien ser inkun qed nara li jsiru l-isforzi kollha necessarji li hemm bzonn sabiex ir-rata ta’ kollezzjoni titjieb.

Land Reclamation — studji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12141 u jgħid kemm-il studju dwar land reclamation sar u d-dettalji rispettivi (inkluż data, infiq għalih u jekk hux b’direct order jew le)? Jista’ jqiegħed kull wieħed minn dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li fil-fatt sar biss rapport wieħed dwar reklamazzjoni tal-baħar. Dan sar wara li l-predeċessur tiegħi l-Onor. Dr. Jose Herrera kien qabbad lill-ERA sabiex tipprepara rapport għall-użu tal-Gvern sabiex tidentifika numru ta’ siti li b’mod preliminari u min-naħa teknika jistgħu jkunu potenzjalment tajbin għal reklamazzjoni tal-baħar. Dan ir-rapport tlesta u ser jitressaq quddiem il-Kabinett sabiex jittieħdu deċiżjonijiet, jekk ikun il-każ, dwar liema siti għandhom ikunu studjati iktar u, dejjem jekk ikun il-każ, x’għandu jkun il-pass li jmiss. Peress li dan id-dokument sar għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett ma nistax inpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.

Ix-Xagħra Għawdex — - Eks Miżbla tal-Qortin - xogħlijiet ta’ titjib

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11400, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx it-tender u ġietx awarded biex isiru xogħlijiet ta' titjib fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex li jinkludi fih installazzjoni ta' pompi u xogħol relatat? Jekk le x'inhuma r-raġunijiet li t-tenders għadhom ma ħarġux u f’liema xahar u sena huma ppjanati li joħorġu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li t-tender ghal xoghol ta’ titjib kien gie ppubblikat fis-6 ta’ Awwissu u baqa’ fuq is-suq sal- 11 ta’ Settembru 2018. Minkejja dan, l-ebda kuntrattur ma kien issottometta offerta ghal dan il-progett. Ghal dan il-ghan, gie ppreparat tender iehor li kien jinkludi mizuri addizzjonali ta’ accessibilita ghal kulhadd. Dan it-tender rega’ gie vvettjat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Peress, li l-Awtorita’ tal-Ippjanar ghadha qeghda tikkonkludi l-ipprocessar ta’ l-applikazzjoni, jien infurmat li t-tender se jigi ppublikat hekk kif johrog il-permess.

Studju dwar il-barrieri f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11629 u jgħid jekk hux qed isir studju dwar il-barrieri f’Malta? Jista’ jgħid ukoll meta beda u minn min qed isir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-istudju in kwistjoni fil-fatt qed isir mill-ERA u beda f’Settembru 2019 bil-mira ewlenija tkun li tingabar informazzjoni dwar kull barriera biex ikun maghruf il-fond u l-kapacita ta’ volum li jistghu jilqghu fihom bhala materjal ta’ kostruzzjoni, kif ukoll kemm hemm minnhom ghadhom operattivi u kemm mhux jintuzaw. Mill-informazzjoni li ghandha f’idejha l-Awtorita qed jigi wkoll mistharreg x’permessi jezistu ghal kull barriera bhala kapacita’, kif ukoll qed isir ezercizzju flimkien ma l-Awtorita’ tal-Artijiet sabiex fejn hu possibbli jigi mistharreg x’koncessjonijiet hemm ezistenti u fhiex jikkonsistu

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miltuba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — social media advertising - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2414 u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Skart Lanfilled

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4965 u jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart, hu ta’ liema xorta hu, ġie landfilled fl-2014, 2015, 2016 u 2017?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Quality in Kgs - incoming to Landfill EWC Code 2014 2015 2016 2017 Total 257,693,260 278,177,720 264,206,132 290,528,843

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra

EPRT — Chairperson

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinħatar iċ-chairperson tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), peress li mingħajr Chairperson il-laqgħat ġew sospiżi u bosta minnhom skadilhom iż-żmien ta’ tliet xhur u għalhekk intilef id-dritt li jinstemgħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Emissjonijiet – ftehim bejn Malta u l-Bulgarija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim bejn Malta u l-Bulgarija dwar trasferiment ta’ allowances ta’ emissjonijiet taħt l-Effort Sharing Decision?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-ftehim huwa kunfidenzjali peress li l-informazzjoni fih tista tippregudika is-suq Ewropew tax-xiri ta allowances tal-effort sharing Decision hekk kif pprovdut f’artiklu 26 (2) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni numru 749/2014.

Iż-Żurrieq – Wied Fulija – riabilitazzjoni tal-landfill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li biex tiġi riabilitata u restawrata l-landfill ta' Wied Fulija fiż-Żurrieq, qiegħed jintefa’ ammont kbir ta' materjal tal-franka taħt is-saff ta' ħamrija b'riżultat li l-għoli tal-miżbla żdied b'ammont kbir mill-għoli li kienet qabel ma beda x-xogħol ta' riabilitazzjoni u restawr?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ir-rijabilitazzjoni tal-miżbla ta’ Wied Fulija qed issir skont il-permess ta’ żvilupp approvat li jinkludi xogħlijiet ta’ reprofiling u ta’ capping. L-eżerċizzju ta’ reprofiling huwa meħtieġ biex jassigura li l-għoljiet tal-miżbla jkunu stabbli, dan ibbażat fuq studju strutturali ta’ dawn l-għoljiet. Il-miżbla trid imbagħad tkun koperta minn saff ta’ materjal inert gradat biex tevita l-emissjonijiet tal-gass mill-landfill u l-ilma milli jidħol fil-landfill, li mbagħad jista’ jikkontamina l-ilma tal-baħar u dak tal-pjan. Għaldaqstant huwa ppjanat u mistenni li għad baqa’ ammont kbir ta’ materjal iggradat u speċifiku li għad irid jiġi mwassal Wied Fulija bħala parti minn rijabilitazzjoni normali ta’ miżbla. Rajna l-istess proċess jiġri fil-miżbla tal-Magħtab, il-miżbla ta’ Marsaskala u l-miżbla tal-Qortin f'Għawdex.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - terrapien fl-għelieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed jintefa’ kwantità kbira ta' terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - terrapien fl-għelieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa hux materjal ta' tqattigħ ta' blat fl-istess sit? Jekk hu hekk, jista' jgħid jekk hux ser jitneħħa mis-sit u fejn ser jintrema?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat