Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kompilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2023? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
It-tabella li tindika l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet pendenti sal-aħħar tas-sena 2023 kif ukoll l-ammont ta' kumpilazzjonijiet deċiżi matul is-sena 2023 kemm fil-Qorti ta' Malta kif ukoll fil-Qorti t'Għawdex tinsab hawn taħt:
Kumpilazzjonijiet
pendentiKumpilazzjonijiet
deċiżi
Qorti ta’ Malta2841850
Qorti ta’ Għawdex55104
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi, fejn il-pieni inflitti kienu dawk ta’ community service orders, probation u sentenzi sospiżi matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
It-tabella li tindika kemm kien hemm sentenzi matul is-sena 2023 fejn il-pieni inflitti kienu ta’ community service orders, probation u sentenzi sospiżi kemm fil-Qorti ta’ Malta kif ukoll fil-Qorti ta’ Għawdex tinsab hawn taħt:
Community Service
Probation
Sentenzi sospiżi
Qorti ta’ Malta
29
204
305
Qorti ta’ Għawdex
0
12
14
Preliminary Market Consultation – L-aħħar żviluppi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-Preliminary Market Consultation (PMC) li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati ‘Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court’ li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2023? Jista’ jgħid ukoll jekk il-proposti mitfugħa ġewx evalwati u jekk tħejjiex rapport fuq dawn il-proposti u jekk iva, iqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Xogħol ta' kostruzzjoni – Sistema ġdida għal appelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema l-ġdida li tirregola l-proċess meta jkun hemm appell dwar xogħol ta' kostruzzjoni li kien ħabbar il-Prim Ministru fid-19 ta' Settembru 2023, u li kellha twassal biex ix-xogħol ta' kostruzzjoni jiġi sospiż sakemm jgħaddi l-proċess kollu tal-appell, daħlitx fis-seħħ? Jekk iva, meta u b'liema mod u għal liema appelli tapplika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal clearance mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li għadhom ma ġewx deċiżi fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li ilhom aktar minn sentejn, ilhom bejn sena u nofs u sentejn, ilhom bejn sena u sena u nofs, ilhom bejn sitt xhur u sena, ilhom bejn tliet xhur u sitt xhur u li ilhom tliet xhur li ġew sottomessi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanet li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li tressqu l-Qorti fuq xi akkuża, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023, u kemm minnhom instabu ħatja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhux disponibli mis-sena 2013. Waqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9078 għall-informazjoni tas-snin 2020,2021 u 2022, ninforma li matul l-2023 kien hemm 137 minuri li tressqu l-Qorti li minnhom kien hemm 50 li nstabu ħatja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' divorzju f'Malta u f’Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena:
i. Bejn koppji Maltin;
ii. Bejn koppji barranin;
iii. Bejn koppji magħmula minn persuna Maltija u persuna barranija; u
iv. Bejn koppji LGBTIQ+?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Waqt li nirreferri l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15224, ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx kif qed jiġi mitlub minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' separazzjoni f'Malta u f’Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena:
i. Bejn koppji Maltin;
ii. Bejn koppji barranin;
iii. Bejn koppji magħmula minn persuna Maltija u persuna barranija; u
iv. Bejn koppji LGBTIQ+?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbdew kawżi quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jipprovdi lista ta' dawn il-kawżi, bid-dettalji tar-rikorrenti u tal-intimati u jgħid f'liema minn dawn il-kawżi l-Kummissjoni diġà tat is-sentenza tagħha? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi twaqqfu mir-rikorrenti u liema minn dawn il-kawżi għadhom qed jinstemgħu mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi qed jistennew li tingħata s-sentenza u jgħid, għal kull waħda minn dawn il-kawżi, kemm ilhom pendenti biex tingħata s-sentenza mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17750, jista’l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti rendikont u lista sħiħa ta’ kulma ġie nieqes mill-istrong room tal-Qorti mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 14332 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet lill-ġenituri minħabba l-assenteiżmu fis-snin 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14333 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm kien hemm ġenituri li ġew imħarrka biex jitilgħu quddiem it-tribunal minħabba l-assenteiżmu fis-snin 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kulma ġie nieqes mill-istrong room tal-Qorti ta’ Malta mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jagħti lista sħiħa ta’ dawn l-oġġetti li ġew nieqsa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn iċ-ċirkostanzi l-Pulizija tiġi nfurmata u tinfetaħ inkjesta maġisterjali.
Ċertament l-aktar każ notevoli jibqa’ dak tal-1993 meta nsterqu numru ta’ esebiti mill-istrongroom tal-Qorti, inkluż sub-machine gun li kellu jintuża bħala evidenza f’ġuri fuq qtil.
Dawn is-sitwazzjoni għandhom jittieħdu bis-serjeta’ u kien għalhekk li ħtart bord amministrattiv biex jwettaq reviżjoni dwar il-kustodja ta' oġġetti li jkunu ġew esebiti fi proċeduri legali u jagħmel l-eżaminazzjoni kollha meħtieġa, kif tħabbar fl-istqarrija tal-Gvern numru 240369.
Indipdentament minn dan il-proċess, fl-aħħar xhur l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati kienet f’diskussjonijiet biex isaħħaħ is-sistemi interni, nkluż b’investiment f’sistema ta' RFID.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13920 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13973.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati Energy Performance Certificates (EPCs) għall-ewwel darba fis-sena 2023, maqsuma bejn bini jew installazzjonijiet privati, pubbliċi u kummerċjali? Jista’ jgħid kemm skadew EPCs fis-sena 2023, maqsuma bejn bini jew installazzjonijiet privati, pubbliċi u kummerċjali u kemm minn dawk li skadew reġgħu ġew imġedda u kemm minn dawk li skadew għadhom skaduti? Jista' jgħid ukoll kemm mir-rakomandazzjonijiet li saru fiċ-ċertifikati li saru fl-ewwel ċertifikat ġew implimentati sakemm saret iċ-ċertifikazzjoni sussegwenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ EPCs reġistrati fis-sena 2023 kienu 9652, filwaqt li fl-istess sena skadew 139.
Iċ-ċertifikati ma jindikawx il-binjiet humiex propjetà privata jew pubbliċi, filwaqt li ċertifikati li qegħdin jinħarġu fuq bini li preċedentement kellu ċertifikat li skada ma għandux obbligu jindika iċ-ċertifikat ta' qabel. Informazzjoni fuq kemm mir-rakomondazzjonijiet ġew implimentati ma tinġabarx.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17066 u jgħid meta kienet inħatret bħala responsabbli mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ħatra tagħha u jgħid liema Ministru ffirma din il-ħatra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ġiet maħtura bħala chairperson tal-Awtorita’ għall-Bini u l-Kostruzzjoni fil-31 ta’ Mejju 2022, hekk kif ġie ippublikat b’avviż numru 663 fil-gazzetta tal-Gvern numru 20,874 datata 10 ta’ Ġunju 2022.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom f’dawn l-aħħar għaxar snin maqsumin snin sena b’sena u skont kull età? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn xtraw il-proprjetà waħedhom jew inkella ma’ xi ħadd?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.