Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 95 u jgħid fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) kemm saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawn it-toroq u kemm hi l-area f’metri kwadri li għadha bil-base course?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li ngħataw base course biss huma Triq tal-Ħanaq, Triq Franġisk Portelli, parti minn Triq ta’ Sdieri, Triq l-Imgħallem, Triq Daħlet Qorrot u Triq l-Imġarr. Ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej u se jingħataw il-wearing course daqt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-triq li mix-Xagħra tagħti għall-Bajja tar-Ramla f'Għawdex itteħdux il-prekawzjonijiet kollha biex jitneħħa l-periklu li xi ħadd jaqa' bil-karozza fil-wied u dan peress li hemm partijiet miċ-ċnut li jagħtu mit-triq għal wied, neqsin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq qed issir rikostruzzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ u infurmat li l-kuntrattur qed jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct order? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu lesti l-faċilitajiet tal-ground tal-futbol fin-Nadur? Jista' jgħid jekk dawn hux ser ikunu lesti fil-ħin qabel jibda l-istaġun kalċistiku 2022/2023? Jista' jgħid ukoll jekk il-faċilitajiet li kien hemm ħdejn l-istess ground, hux ser isiru kif kienu qabel jew hux ser isiru oħrajn ġodda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq is-sit tal-grawnd tal-futbol tan-Nadur li saru bħala parti mill-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Imġarr ivarjaw minn bini mill-ġdida tar-retaining wallu l-infil materialta’ wara dan il-grawnd, u jinkludu xogħol ieħor strutturali u infrastruttura bħal sistema ġdida ta’ dawl, drenaġġ u stormwater systems.
In-Nadur/l-Imġarr — Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin - pagamenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru pagamenti sa issa fuq Triq l-Imġarr u Triq Sant'Antnin u ċjoè t-toroq li min-Nadur iwasslu sal-Imġarr? Jista' jagħti dettalji ta' xiex saru dawn il-pagamenti s'issa, lil min saru u jekk sarux wara tender, talba għal kwotazzjonijiet jew wara direct order?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru €8,888,972.31 f’pagamenti relatati ma’ kostruzzjoni f’dawn t-toroq u saru wara proċess ta’ tender. Wara li kien hemm bżonn isiru xi tibdiliet max-xogħol, saret negotiated procedure biex jiġu inklużi xogħlijiet addizzjonali li kien hemm bżonn li jsiru.
Ix-Xagħra Għawdex — Triq Ta' Stellini - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jsir ix-xogħol fuq Triq ta' Stellini fix-Xagħra, Għawdex li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li għal għexieren ta’ snin din it-triq kienet bla drenaġġ, ftit tax-xhur ilu sar id-drenaġġ. Aktar 'il quddiem issir ukoll bit-tarmak kif suppost.
Ministeru għal Għawdex — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għal Għawdex — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 291 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 358 - chairpersons ta' Bordijiet - spiza fuq safar, mobiles u fuel.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser idum barra mis-servizz ir-raba' vapur tal-Gozo Channel? Jista' jgħid għaliex qiegħed barra mis-servizz? Jista' jgħid fejn sar ix-xogħol li kien neċessarju fuq dan il-vapur? Jista' jgħid sa meta huwa l-kuntratt għall-kiri ta' dan ir-raba' vapur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapur Nikolaos daħal id-drydocks ta’ Chalkida l-Greċja biex isirulu ispezzjonijiet annwali. Il-vapur wasal lura Malta nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju u beda jopera mill-ġdid dakinhar stess.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat li ġejjin mis-Servizz jew Settur Pubbliku huwa ta’ 12-il persuna, filwaqt li hemm 3 persuni bħala Persons of Trust.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat li ġejjin mis-Servizz jew mis-Settur Pubbliku huwa ta’ 12-il persuna, filwaqt li hemm 3 persuni bħala persons of trust.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Triq l-Imġarr u Triq Sant Antnin - pjanijiet fuq junction
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet dwar il-Junction li ser issir bejn Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet dwar il-junction li se ssir bejn Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin hija skont il-permess tal-Awtorita tal-Ippjanar PA/00522/21.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) kemm saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawn it-toroq u kemm hi l-area f’metri kwadri li għadha bil-base course?
Response (CAMILLERI, CLINT)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.