Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġbir ta' taxxa mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li nġabru mill-Value Added Tax matul is-sena 2008 maqsuma xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Diċembru 2008, id-Diaprtiment tal-VAT ġabar €553,956,549 bħala taxxa tal-VAT kif elenkat hawn taħt. € Jannar 48,338,736 Frar 32,550,102 Marzu 51,206,025 April 53,391,629 Mejju 31,742,327 Gunju 48,138,476 Lulju 50,834,093 Awissu 36,632,745 Settembru 53,996,450 Ottubru 59,149,466 Novembru 37,560,331 Diċembru 50,416,169 553,956,549

Pilot survey dwar in-nefqa fi btala f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4953, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala f’Għawdex kif ukoll kopja tal-istatistika dwar it-turiżmu f’Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li peress li r-rapport li talab l-Onor Membru li kien intiż biex jiġbor tagħrif dwar il-turiżmu domestiku f’Għawdex għad irid jiġi diskuss ma’ Eurostat, ma jistax jingħata għax għadu meqjus bħala rapport intern.

Kiosk — Tneħħija ta' mwejjed u siġġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħew l-imwejjed u siġġijiet li kellha kiosk li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta tali negozju kellu wkoll il-permessi mad-Dipartiment tal-Artijiet mħallsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet flimkien mall-Pulizija ħa azzjoni ta’ żgumbrament u dan skond ma dak li hemm provdut fil-Kap 228 tal-Liġijiet ta’ Malta. Id-Dipartiment kien ittermina l-encroachment ta’ dan il-kiosk. Mid-dokumentazzjoni fotografika meħuda qabel ma nbdiet l-azzjoni hemm evidenza ċara li l-kundizzjonijiet tal- encroachment kienu qed jiġu miksura sfaċċatament. Għal kull bon fini, qed jiġi ribadit li permess ta` encroachment huwa minn natura tiegħu wieħed ta` mera tolleranza u għalhekk il-Kummissarju ta` l-Artijiet għandu diskrezzjoni jittermina tali permessi anke meta ma jkunx hemm ksur tal-kundizzjonijiet tiegħu, aħseb u ara f’dan il-każ fejn kien hemm ksur sfaċċat u sostazzjali tal-kundizzonijiet.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5272 u jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5272.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dar Malta — Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 5340, 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħlas ta' dazju fuq karozzi ta' persuni li jgħixu barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni Maltin li jkunu jigħixu barra minn Malta għal madwar 40 sena jistgħux iġibu karozza magħhom bla ħlasijiet ta' dazju? Jekk le, x'tip ta' dazju jew taxxa jridu jħallsu aktar u aktar meta l-karozza li jkunu se jniżżlu magħhom tkun ilha reġistrata fuqhom barra minn Malta għal aktar minn 8 snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm il-karozza tkun ilha reġistrata f’ismu u jkun ilu jużaha barra minn Malta għal aktar minn sentejn qabel it-tibdil fir-residenza, ikun eżentat mill-ħlas ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni. Din l-eżenzjoni għandha tapplika għal mhux aktar minn vettura waħda li tkun tappartjeni lill-persuna li tkun qiegħda titrasferixxi r-residenza tagħha.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-riforma tar-reġistrazzjoni tal-vetturi kif imħabbra fil-budget nhar it-3 ta’ Novembru 2008, inkludiet ukoll il-muturi b’żewġ u erba’ roti. Muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar ma ġewx inklużi.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.