Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi second hand — dazju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4105, 3151, 2507, 1802 u 1391 u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5201.

Spiża tal-karozzi tad-dipartiment tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4631 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm intnefqu spejjeż fi fuel għall-karozzi li jużaw id-Dipartimenti tal-Gvern, dipartiment, dipartiment minn Diċembru 2007 sa Diċembru 2008? Kemm użaw fuel il-karozzi tal-istaff personali ta' kull ministru fl-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa fi fuel mill-1 ta’ Diċembru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008 (13-il xahar) kienet ta’ €140,290.55 maqsumin dipartment dipartiment kif murija hawn taħt. Ministeru €26,403.00 Treasury Department € 5,903.73 Vat Department €12,308.58 Inland Revenue Department €10,221.39 Contracts Department € 5,411.00 Taqsima Proprjetà tal-Gvern €18,201.94 Notary to Government € 404.86 Divizjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni € 7,375.08 Tax Compliance Unit € 1,223.00 Economic Policy Division € 4,579.22 Commerce Division € 8,834.00 Dipartiment tad-Dwana €38,654.75 FIAU € 770.00 Wieħed biss mill-istaff personali tiegħi hu intitolat għall-ħlas ta’ petrol mill-Ministeru. Dan uża 170 litru (fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2008). L-uffiċċjali l-oħra fis-segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari jirċievu car allowance li tkoprilhom il-fuel li jikkonsmaw.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għandu erbgħa awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob, l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards u l-Awtorita’ ta’ l-Istatistika ta’ Malta. Il-membri ta’ dawn l-awtoritajiet u r-renumerazzjoni tagħhom huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Twaqqiegħ ta' bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi ta' twaqqiegħ ta' bini fuq art tal-gvern fid-diversi nħawi ta' Malta? Fejn saru dawn l-interventi? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn u kemm kien hemm okkazjonijiet fejn minkejja l-fatt li kien hemm permessi għall-bini min-naħa tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xorta waħda twaqqa' dan il-bini?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fabbriki — Nuqqas ta' ordnijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki jew kumpanniji li kellmu jew infurmaw lill-Gvern li qed ikollhom diffikultajiet minħabba nuqqas ta’ ordnijiet u li qed jaħsbu li jnaqqsu l-ħaddiema tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5643, 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumitat tal-Mediċinali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Mediċinali? X'inhuma t-terms of reference tiegħu? Kemm-il każ ta' mediċina li allegatament kienet qed tinbiegħ bl-għoli investiga? Kemm-il mediċina nstabet li qed tinbiegħ bi prezz ogħla mill-medja Ewropea? X'passi ttieħdu f'kull każ? Il-kumitat hux qed isegwi l-passi li jkun ħa biex jara li verament l-prezz ikun traħħas u sakemm għandu żmien jiffunzjona dan il-kumitat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament kienet ta’ €170,616.95.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Karozzi second hand — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4581, 4105, 3151, 2507, 1802 u 1391 u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-riforma fir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-klassi M1, kif imħabbra fil-budget f’Novembru 2008 inkludiet ukoll il-vetturi second hand li jiġu mpurtati u reġistrati għall-ewwel darba ġewwa Malta. Permezz ta’ din ir-riforma gawdew dawk il-vetturi zgħar u aktar ġodda u li għalhekk iħammġu anqas l-ambjent. Dawn raħsu sostanzjalment. Hemm każijiet fejn vetturi akbar u li jniġġsu aktar ser iħallsu aktar dazju fuq l-importazzjoni. Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għall-Abbozz ta’ Liġi numru 18 ippublikat fil-Gazetta tal-Gvern fit-12 ta’ Diċembru, 2008 u li daħal fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar, 2009.

EKO-Kontribuzzjonijet fuq il-liċenzji tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4583 u 4030 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid fuq liema proġett sejra tintuża' l-eko-kontribuzzjoni li ddaħħlet din is-sena fil-budget li permezz tagħha għolew il-liċenzji tal-vetturi kollha? Jista' jgħid kif dan il-proġett li għandu sejjer jaffettwa pożittivament l-ambjent u allura permezz t'hekk jonqos il-mard li huwa semma bħall-ażma u l-kanċer?

Response (FENECH, TONIO)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant għandu f’moħħu l-liċenzja ta’ ċirkolazzjoni li għandha titħallas kull sena fir-rigward ta’ liċenzji ta’ vetturi bil-mutur. Huwa fatt magħruf li iktar ma teqdiem vettura iktar tarmi emissjonijiet fl-arja u li dawn jikkawżaw dannu fl-ambjent. Għaldaqstant, iktar ma vettura tkun ġdida u għalhekk tarmi livell ta’ CO2 relattivament baxx, anqas teħel liċenzja ta’ ċirkulazzjoni. Fil-każ tal-vetturi b’magni diesel , il-livell ta’ particulate matter , jiġifieri dak id-duħħan iswed li joħroġ mill-magna, huwa fattur ieħor determinanti ta’ kemm trid titħallas liċenzja u għalhekk iktar ma’ dan ikun ta’ livell baxx anqas titħallas liċenzja. B’dan il-mod inkunu dejjem qed innaqqsu t-tniġġis fl-arja u b’hekk jonqos il-mard bħall-ażma u l-kanċer.

Eco-Tax fuq proġetti favur l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4628 u jagħti lista ta' prodotti li għandhom l-eco-tax fuqhom? Kemm hija din it-taxxa fuq kull prodott? X'qiegħed isir minn din it-taxxa? F'liema proġetti qed tintuża favur l-ambjent? Hemm xi ħsieb li din il-lista tal-prodotti li għandhom eko-kontribuzzjoni tiżdied?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4628.

Pensjoni tat-Teżor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-Pensjoni tat-Teżor? Kemm kien l-ammont li tħallas fl-2008 f'Pensjoni tat-Teżor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jieħdu l-pensjoni tat-Teżor hu ta’ 14,611, u l-ammont li tħallas fl-2008 kien ta’ €80,229,887.97 u hu kif ġej: € Gratuities 15,336,612.44 Pensions 61,622,944.97 Widows orphans 475,372.11 Personal Injury Scheme 52,016.94 MP's 1,249,389.01 Special 39,903.22 Bonus MP's 98,679.17 Widows Bonus 1,202,826.72 Pensions Bonus 152,143.39 80,229,887.97

Good Causes Fund — fondi mqassma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Lil min ingħataw u l-ammont li ngħata f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.