Jista' l-Ministru jgħid kemm hu in-numru ta' liċenzji tal-kummerċ li jiġu pproċessati kull sena? Liema hi l-aħħar sena sħiħa li ġiet ipproċessata u x'kien l-ammont ta' flus li daħħal il-Gvern f'dik is-sena partikolari? Liema kien l-aħħar xahar li ġie pproċessat mis-sena 2008?
Jaf li sidien ta' postijiet tal-kummerċ li bagħtu l-ħlas tal-liċenzja tal-kummerċ tagħhom f'Ottubru li għadda għadhom ma rċevewx il-liċenzja mġedda/l-irċevuta? Jista' jispjega għaliex dan id-dewmien fid-dħul tal-Gvern u jieħu passi biex dan id-dewmien ma jkomplix b'detriment għall-istess Gvern u wkoll għas-sidien ta' postijiet tal-kummerċ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numri ta' applikazzjonijet għal-liċenzi jvarja minn sena għall-oħra.
Statistika globali għal dawn l-aħħar erba' snin hija kif ġej:
2005
Jan - Dec
1126
2006
Jan - Dec
1209
2007
Jan - Dec
1137
2008
Jan - Dec
870
Din tinkludi applikazzjonijiet għal-liċenzi għal postijiet kummerċjali, għal attivitajiet freelance, bejjiegħa tat-toroq, bejjiegħa ta' monti, buskers, fieri kummerċjali, car boot sales u trasferimenti.
L-ammont tal-flus li daħħal il-Gvern minn applikazzjonijiet għal-licenza fit-2008 kien ta' 545,601 Ewro.
L-aħħar xahar li ġie pproċessat mill-2008 kien Diċembru.
Minn Ottubru s'issa ġie rċevut il-ħlas ta' madwar 9200 "renewal".
Fadal biex jintbgħatilhom irċevuti mal-150 li daħlu f'Jannar 2009 u 150 oħra li għandhom xi problema li qegħdin jiġu kkuntatjati individwalment .
Hawnekk tajjeb nagħmel klarifika li is-sena 2008 ma kienitx bħal snin oħra fejn jidħlu "renewals".
Dan għaliex f’Ottubru 2007 tħabbru tariffi ġodda u orħos fil-ħlas tal-liċenzji tal-kummerċ fejn ma baqgħetx issir distinzjoni fuq il-lokalità u valur tal-kera ta’ l-istabbilment i¿da fuq il-metri kwadri ta’ kobor tas-sular terran ta’ dak l-istabbilment. Dan wassal biex bosta negozji zgħar gawdew minn roħs sostanzjali fil-ħlas tal-liċenzja u anke jekk kien hemm xi zidiet permezz ta’ dawn ir-rati ġodda l-liċenzjat jibqa’ jħallas dak li kien iħallas qabel sa kemm ma jsirx xi trasferiment jew bdil fil-ġeneru tan-negozju. Għawdex ukoll gawda minn dan it-tibdil għaliex kull liċenzja maħruġa fuq negozji għawdxin tgawdi minn roħs addizzjonali ta’ 25% fuq it-tariffa . Dan ir-roħs gawdew minnu kull min ħallas il-liċenzja fit-2008.
Biex id-detenturi tal-liċenza setgħu igawdu minn dan ir-roħs ġew mitluba jagħmlu dikjarazzjoni tal-metri kwadri tas-sular terran u jħallsu skond it-tariffi marbuta ma' dik l'
area.
Din it-tariffa flimkien ma spjegazzjoni ġiet mgħoddiha lilhom mat-talba għal-ħlas. Id-Divizjoni għall-Kummerċ opera ukoll servizz t'assistenza li bejn it-13 t'Ottubru u 14 ta' Novembru għen mal-2800 detentur.
Fl-aħħarnet nixtieq niġbed l-attenzjoni għal fatt li minkejja mhux mitlub mill-liġi kienet il-prassi li d-ditentur tal-liċenzja jirċievu flimkien ma l irċevuta dokument iġenerat mis-sistema awtomizzata li ukoll juri li l-liċenzja ġiet mħallsa. Filwaqt li kif għedt iktar qabel l-irċevuta intbgħatet lil- madwar 8900 detentur, id-dokument li tiġenera is-sistema ser jieħu ftit ta¿-¿mien biex jintbgħat il-kullħadd. Dan għaliex kontra snin imgħodija qabel jiġi ġenerat trid jiġi imdaħla fis-sistema l-informazzjoni li bagħat l-applikant. Dawn diġa intbgħatu mal-4500 u qegħdin jintbgħatu mal-150 kuljum.
Madanakollu jekk xi ħadd għandu bzonn xi assistenza jista jikkuntatja il Business Care Unit –tad- Divizjoni tal-Kummerċ fuq 21226688.
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet mhux responsabbli biex il-partijiet komuni jinżammu nodfa. Din hija responsabbilità kollettiva tar-residenti li lkoll huma responsabbli ugwalment għall-indafa.
Min ikollu ilment dwar akkumulazzjoni ta’ imbarazz fil-partijiet komuni jista’ jagħmel rapport billi jċempel l’uffiċċju tal-
Customer Care
fuq numru 22953238 jew jibgħat e-mail fuq customercare.gpd@gov.mt.
Fejn ikun hemm bżonn, id-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel spezzjonijiet u jieħu azzjoni kontra l-persuna/persuni responsabbli dwar l-akkumulazzjoni ta’ imbarazz jew sabiex ineħħu oġġetti jew affarijiet oħra li jkollhom fil-partijiet komuni tal-appartament.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar serq ta' 17-il amra tan-nar li kienu għadhom kemm waslu Malta u l-uffiċjali tad-Dwana minflok ma poġġew dawn l-armi f'post b'sigurtà adegwata, tħallew fil-Qasam Industrijali tal-Marsa? Peress li dawn l-armi kienu collectors' items u min seraqhom kienu jafu l-valur kbir tagħhom, jista' l-Ministru jgħid meta sidhom li ma jaħti xejn, sejjer jiġi kkumpensat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija u għaldaqstant mhux propizju illi tingħata xi tip ta’ informazzjoni illi tista’ tfixkel kull investigazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħanut fis-Suq tal-Belt hu mikri u qiegħed jopera b'mod regolari? X'inhu l-ġeneru tan-negozju ta' kull ħanut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tletin (30) ħanut fis-suq tal-Belt, li għandhom kirja mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dawn kollha jħallsu l-kera regolarment. Tlieta (3) minn dawn il-ħwienet huma mikrija lill-Dipartimenti tal-Gvern.
Minn dawn joperaw bħala ħwienet hemm 13 il-ħanut. Il-ġeneru tagħhom huwa: sitta ħwienet tal-laħam, tnejn tal-ħut, tnejn tal-merċa, tnejn tal-ħaxix u wieħed bil-prodotti varji ta’ l-ikel.
Jista' l-Ministru jindika:
1) ta' min hu t-titlu ta' ownership fuq il-Kon-katidral ta' San Ġwann? Jekk il-pussess qiegħed favur terz, b'liema titlu qiegħed dan it-terz igawdi l-pussess?
2) ta' min hu t-titlu ta' ownership tal-pjazza li tiġi eżattament quddiem il-Kon-katidral ta' San Ġwann?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann inkluż il-blokk li jdawwar il-Kon-Katidral, huma amministrati mill-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann wara ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta skond l-Att ta’ Fondazzjoni Numru 72 li sar fil-31 ta’ Lulju 2001.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjazza li tiġi quddiem il-Kon-Katidral hija proprjetà tal-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5228, jista' l-Ministru jgħid kif u meta ser jitħallas ir-refund tat-taxxa lil dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra ma jagħmlux użu mill-biljett tal-ajru li kienu bbukkjaw qabel l-ewwel ta' Novembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni li kienu bbukkjaw qabel l-ewwel ta’ Novembru 2008 u ghal xi raġuni jew oħra ma jagħmlux użu mill-biljett tal-ajru jistgħu japplikaw għar-refund tat-taxxa bħal ma jsir normalment f’każijiet bħal dawn minn linji tal-ajru.
Jista' l-Ministru jagħti b'kemm inbidel il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Exectuive Management Committee tal-istess Bank bejn l-2008 u l-2009? Jista' jgħid ukoll x'kien il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni ta' konsulent impjegat għal dawn l-aħħar erba' snin mad-Dipartiment tal-Ekonomija fil-Bank Ċentrali, u kemm tkun din r-remunerazzjoni wara li jiġġeded il-kuntratt tiegħu fl-2009?
Response (FENECH, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-riposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3218, u nikkonferma li l-pożizzjoni ma nbidlitx mit-tweġiba mogħtija għal dik il-Mistoqsija.
Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-konsulent li hu impjegat fid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta b’kuntratt ta’ erba’ snin b’seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2005 hi stabbilita fil-livell ta’ €76,869 + VAT kull sena. Hu ntitolat ukoll għall-użu ta’ karozza tal-Bank u għal biljett tal-ajru
economy
bir-ritorn għalih u l-mara lejn il-pajjiż tar-residenza tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid xi statistika tinżamm mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jżomm statistika għal-Għawdex fuq is-setturi tal-popolazzjoni, kultura, ekonomija, turiżmu, edukazzjoni, impjiegi, land use, trasport, energija, ilma, skart u household characteristics. Għal aktar informazzjoni jista’ jara l-website ta’ l-NSO: www.nso.gov.mt/site/page.aspx?id=165.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Mediċinali? X'inhuma t-terms of reference tiegħu? Kemm-il każ ta' mediċina li allegatament kienet qed tinbiegħ bl-għoli investiga? Kemm-il mediċina nstabet li qed tinbiegħ bi prezz ogħla mill-medja Ewropea? X'passi ttieħdu f'kull każ? Il-kumitat hux qed isegwi l-passi li jkun ħa biex jara li verament l-prezz ikun traħħas u sakemm għandu żmien jiffunzjona dan il-kumitat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat tal-Prezzijiet tal-Mediċinali twaqqaf f’Novembru 2006. It-terms of reference ta’ dan il-kumitat huwa li joħloq sistema li biha jista jiġi vverifikat li l-prezzijiet tal-mediċinali huma ġusti u raġjonevoli. Wara diversi laqgħat fi Frar 2007, intlaħaq ftehim, li l-prezz tal-mediċinali f’Malta jiġi mqabbel ma’ tnax-il pajjiż Ewropew. Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni li hija responsabbli mit-tħaddim ta’ din is-sistema, sabet 179 mediċinali li l-prezz tagħhom kien aktar mill-medja. Sar tnaqqis fuq 60 mediċinali waqt li qed isiru diskussjonijiet fuq il-mediċinali l-oħra. Id-Diviżjoni tagħmel numru ta’ spezzjonijiet fil-gimgħa biex tara li l-prezzijiet ikunu raħsu ma’ dawk miftehma. M’hemmx terminu definit ta’ kemm għandu jibqa jiffunzjona l-kumitat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi pjanijiet jeżistu għat-tkabbir tal-Kordin Business Incubation Centre? Meta hu meħtieġ li jsir dan it-tkabbir u f'liema oqsma hu mistenni li topera l-parti miżjuda tal-Kordin Business Incubation Centre? X'esperimentazzjoni qiegħda ssir bħalissa f'dan iċ-ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?
Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?
Applikazzjonijiet biex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, minn Għawdex taħt l-iskema biex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-Gvern u dan biex kull applikant li għandu dritt skond l-istess skema ikun jista' jiġi rrikonoxxut? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew ipproċessati u finalizzati? Jista' jinforma lill-Kamra meta se jkomplu jiġu ipproċessati l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’Għawdex biss kien hemm 3001 applikazzjoni taħt l-iSkema tal-Qbiela u li minnhom 34 applikazzjoni ġew ipproċessati u finalizzati. Huwa mistenni li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet pendenti ġewwa Għawdex jitkompla fil-futur qarib. Madanakollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2006, kull applikant li kien eleġibbli taħt l-iskema tal-Qbiela, nħariġlu ċertifikat li bih ġie rikonoxxut b’titolu prekarju fuq l-art li applika għaliha u dan sakemm jiġi rikonoxxut uffiċjalment bħala l-kerrej tal-art.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li, wara intervent tas-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet mal-Ministeru għal Għawdex il-ġimgħa l-oħra, huwa mistenni li l-Ministeru għal Għawdex jipprovdi post idoneu sabiex minn nofs Marzu li ġej uffiċjali tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet jibdew jitilgħu Għawdex kull ħmistax sabiex jiltaqgħu mal-applikanti u jsiru l-kuntratti relattivi. Appena l-Ministeru għal Għawdex jipprovdi dan is-sit, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet jibda l-finalizzar ta’ l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta beħsiebu jgħaddi l-flus lil Korp tal-Pulizija sabiex il-membri tal-istess Korp jitħallsu tax-xogħol li għamlu waqt l-elezzjoni ġenerali?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ftit pagamenti dovuti lill-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija, li għamlu xoghol in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni Ġenerali, li kien baqa' jitħallsu, ġew proċessati u mħallsa xahrejn ilu, jiġifieri, f'Diċembru li għadda.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5724, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-diffikultà biex iwieġeb il-mistoqsijiet imsemmija f’diversi mistoqsijiet parlamentari li saru?
Appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5833, 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5828 u 5562 u jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5562.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5824 u jgħid kemm kien in-numru:
a) ta' karozzi ġodda
b) ta' muturi ġodda
ċ) ta' trakkijiet u heavy plants ġodda oħra
reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2008? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?