Legislature:
Category:
Reset
Active:

Numru ta' karozzi, muturi u trakkijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5824 u jgħid kemm kien in-numru: a) ta' karozzi ġodda b) ta' muturi ġodda ċ) ta' trakkijiet u heavy plants ġodda oħra reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2008? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5824.

Ta' Qali Crafts Village — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5506 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru rapporti fuq il-Crafts Village ta' Ta' Qali mis-sena 1987 sal-lum? Jista' jgħid minn min saru u x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Isla — Dock 1 - asbestos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5504 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex minnu li fl-ewwel żewġ imħażen lejn in-naħa tal-Isla, f'Dock 1 hemm midfun, fuq wara, ammont ta' asbestos liema asbestos intradam f'dan il-post ħafna snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5840 u jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta — Suq tal-Belt - ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5843 u jgħid kemm-il ħanut fis-Suq tal-Belt hu mikri u qiegħed jopera b'mod regolari? X'inhu l-ġeneru tan-negozju ta' kull ħanut?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5843.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Karrijiet tal-mejtin — liberalizzazzjoni - charges

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm tnaqqsu ċ-charges tal-ħlasijiet għall-użu tal-karrijiet tal-mejtin waqt il-funerali minn meta saret il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur? Kemm-il darba nġabret, mid-diviżjoni tal-konsumatur, jew xi diviżjoni oħra, din l-informazzjoni marbuta ma' dan ix-xogħol mil-liberalizzazzjoni sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara d-deċiżjoni li ttieħdet li jiġi lliberalizzat dan is-settur, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni mmedjatament bdiet bl-analiżi tas-suq in kwistjoni sabiex jiġi evalwat għall-konformita’ ma’ l-Att tal-Kompetizzjoni u dik tal-Konsumatur kif ukoll ġew avviċinati għadd ta’ entitajiet u operaturi li b’xi mod jew ieħor huma involuti.

Selmun Palace Hotel — rapport fuq il-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numru ta' persuni full-time li jaħdmu fis-Selmun Palace Hotel? Jekk dak li ġie rapportat fil-gazzetti u cioè li ħadd ma wera interess biex jixtri din il-lukanda, huwa minnu, x'inhu mistenni li jsir minn din l-istess lukanda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa il-kumpannija Selmun Palace Hotel Co Ltd għandha 73 ħaddiem 'full-time' fuq kuntratt indefinit jew definit. Kif intqal kemm il-darba, l-Air Malta, li għandha l-ishma kollha ta' din il-kumpannija, ser tiddisponi minn dawn l-ishma. Kif dan ser isir għadu qiegħed jiġi studjat.

Kumpanniji Maltin — esportazzjoni ta' materjal rriċiklat - fuel issussidjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi skemi biex kumpanniji Maltin li jesportaw materjal riċiklat għandhomx xi sussidju fuq il-fuels? Jista' jgħid jekk hemmx xi skema fejn kumpanniji ikollhom fuel issussidjat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise m’għandha l-ebda skema ta’ sussidju fuq fuel. L-Att Dwar il-Promozzjoni Ta’ Negozji (Business Promotion Act), jagħti għajnuna f’forma ta’ ghotja lill-kumpanniji tal-manifattura Għawdxija. Dan sabiex ikopru l-ispejjeż attwali, addizzjonali u meħtieġa għat-trasport li jkunu ħallsu dawn il-kumpaniji biex jittrasportaw bejn iż-żewġ gżejjer makkinarju, impjant, materjal, merkanzija jew prodotti li huwa meħtieġ għall-attivitajiet tagħhom f’Għawdex.

Każ ta' applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid jekk hux ser ikun hemm xi żviluppi f'dan il-każ u każijiet oħra simili?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-Gvern fuq il-proprjetà li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk il-Gvern trasferixxa din l-proprjetà lil min ġiet trasferita u taħt liema titolu?

Response (FENECH, TONIO)

Il-proprjetà li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant tifforma parti minn blokk bini li l-Gvern kien iddikjara meħtieġ għal-skop pubbliku taħt titlu ta’ Pussess u Użu. Din il-proprjeta’ ġiet trasferita taħt titlu ta’ kera residenzjali. Ma tistax tinagħta informazzjoni dwar individwi mingħajr il-kunsens tagħhom.

Servizzi tad-Dwana u tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed jingħataw is-servizzi tad-Dwana u tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni fil-yacht marina ta' Ta' Xbiex ladarba l-post minn fejn kien qed jingħata dan is-servizz ġie magħluq? Huwa minnu li dawn is-servizzi m'għadhomx jingħataw minn dan is-sit iżda mill-Baggage Room tal-Belt? Jaħseb li b'dan il-mod qed tiġi preġudikata s-sigurtà tal-yacht marina?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-servizzi tad-Dwana qed jingħataw mill-Baggage Room tal-Belt 24 siegħa kulljum. Is-sigurtà tal-yacht marina qatt ma kienet responsabbiltà tad-Dwana. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tal-VAT — Kontijiet ta' reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li meta ssir investigazzjoni mid-Dipartiment tal-VAT għal xi snin partikolari, meta ssir reviżjoni jintbagħtu kontijiet għar-revizjoni biex jitħallsu għal aktar snin minn dawk investigati? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm saru investigazzjonijiet tal-VAT għar-revizjoni tal-kontijiet? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet kienu pożittivi u kemm kienet iż-żieda ta' flus bħala VAT dovuta wara r reviżjoni li kellha titħallas? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm daħħal VAT sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta issir investigazzjoni mid-Dipartiment tal-VAT, l-proċedura hi li tinħareġ stima proviżorja għall-perjodu investigat u jekk fi żmien tletin ġurnata minn meta l-istima proviżorja tiġi servuta, il-persuna jew entita’ investigata titlob reviżjoni, l-istima proviżorja tiġi riveduta qabel ma’ tinħareġ l-istima finali. Jekk waqt ir-reviżjoni ta’ l-istima proviżorja, jigu assessjati perjodi oħra minn dawk oriġinalment investigati, trid tinħareġ stima proviżorja għal dawn il-perjodi qabel ma tinħareġ stima finali. (l-istima finali ma’ tistax tinħareġ fuq perjodi li għalihom ma’ tkunx nħarġet stima proviżorja). Bejn is-snin 2004 u 2008 saru 5,768 investigazzjonijiet. Minn dawn l-investigazzjonijiet, 2,228 irriżultaw f’istima u t-taxxa dovuta, li riżultat minn dawn l-istimi kien ta’ €22,064,985. Id-dħul net mill-VAT matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif gej : 2004 €329,770,184 2005 €392,105,372 2006 €406,787,601 2007 €421,774,817 2008 €455,136,416

Ħlas lura lis-sidien

Question

B'referenza għall-files, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid meta s-sidien tal-art li ġiet esproprijata se jitħallsu, fiex waslu l-proċeduri u kemm hu l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuni li dwarhom qed tintalab l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom bil-miktub.

refund tal-Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jintbagħtu r-refund fuq ħlas tal-Income Tax tas-Sinjura li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Tnaqqis fuq imgħaxijiet

Question

Meta kienu telgħu l-imgħaxijiet ta' banek, sar għagħa kbir, issa li tnaqssu, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qegħdin jiffrankaw familji li għandhom loans mal-banek? Ċifra medja tkun biżżejjed biex tagħti idea.

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi peress li data li qed jitlob hi ta’ natura kummerċjali, din trid tinġabar mingħand il-Banek li huma privati. Għaldastant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.