Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi xogħlijiet maħsuba li jsiru għar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex fl-2009-2010? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn ix-xogħlijet? Kemm hija stmata l-ispiża kull sena għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6059 u jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6059.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jieħu il-ground tal-football ta’ Xgħajra Tornado Football Club? X’mistenni jiġi żviluppat minfloku?
Response (FENECH, TONIO)
It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandha l-ebda talba biex jittieħed il- ground tal-football tax-Xgħajra Tornado Football Club biex minfloku jsir xi żvilupp. Madanakollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha żewġ talbiet pendenti, waħda sabiex l-amministrazzjoni ta’ dan il-ground tal-football u l-faċilitajiet anċillarji tiegħu jgħaddu f’idejn il-Kunsill Malti għall-Isport skond id-dispożizzjoni tal-Att dwar l-Isports (Kap 455), kif ukoll, talba mill-Kunsill Lokali Xgħajra għad-devoluzzjoni ta’ biċċa art imdaqqsa li tinkludi wkoll dan il-football ground, sabiex fiha jsir żvilupp ta’żona rekreattiva u jsir xogħol ta’ tisbieħ fl-inħawi, liema proġett huwa kopert bil-permess tal-MEPA.
European Union Cohesion Fund u l-European Union Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-European Union Cohesion Fund 2004-2006 u l-European Union Structural Funds 2004-2006 u jgħid:
X’kien l-ammont ta’ kull pagament, maqsum f’fondi ta’ Malta u fondi tal-Unjoni Ewropea;
Lil min tħallsu u fejn hi r-residenza ta’ min irċieva l-pagament: Malta, Għawdex jew xi pajjiż barrani;
Kif kien maqsum kull pagament: xogħlijiet, servizzi, tagħmir, materjal, eċċ. li pprovda min irċieva l-pagament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Interpellant rigward kif inhuma mqassma x-xogħolijiet, servizzi, tagħmir, material jew xi ħaġa oħra, hi umananent impossibbli għaliex trid tiġi minngħand kull Project Manager li kien qed jieħu ħsieb ix-xogħol.
Ghaldaqstant jekk l-Onor. Interpellant jeħtieg aktar informazzjoni specifika dwar xi progett jew għotja l-Ministru ma jsib l-ebda oġġezzjoni li jagħti tali informazzjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' l-Ministru jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-Gvern beħsiebu joħroġ it-tender għat-tmexxija tad-Dragonara Casino, partikolarment wara li din it-tender suppost li ħarġet f'Ottubru tas-sena l-oħra? Għalfejn qed ikun hemm dan id-dewmien fil-ħruġ tat-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tender qed jiġi imħejji u jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx is-sejħa sabiex jintefgħu offerti għat-tmexxija tal-Casino? Jekk fin-negattiv, hemm il-ħsieb li jsir dan, u meta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5537.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — każijiet fuq titoli tal-art
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġu trattati dawk il-każi fejn persuni li għandhom titoli fuq art, jew bini tal-Gvern fil-kampanja li applikaw għal xi permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li nħareġ, iżda d-Dipartiment tal-Artijiet jew ma kienx infurmat jew fejn għalkemm kien infurmat, ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tiegħu għal dik l-applikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-permessi għall-iżvilupp li jinħarġu mill-MEPA għandhom kundizzjoni li tgħid li l-applikant irid jikseb il-kunsens ta’ sid l-art qabel ma jinbeda x-xogħol. Meta l-art tkun proprjetà tal-Gvern, l-applikant għandu l-obbligu li jibgħat kopja tal-permess flimkien mall-pjanti approvati lid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjetà. Jekk l-art fejn ser isir l-iżvilupp tkun mikrija għand l-applikant, jiġi vverifikat jekk il-permess maħruġ mill-MEPA huwiex konformi mall-kundizzjonijiet tal-kirja li għandu, u jekk dan ikun il-każ, jinħareġ permess mid-Dipartiment tal-Artijiet li jkopri dan l-iżvilupp.
F’każ li l-permess maħruġ ma jkunx konformi mall-kundizzjoni tal-kirja tal-applikant, id-Dipartiment jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu. Madanakollu l-applikant xorta jista’ jitlob li l-permess li kiseb jiġi kkunsidrat skond id-disposizzjoni tal-Att dwar it-Trasferiment tal-Proprjeta’ (Kap268) u dan dejjem skond il-mertu tal-każ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5396 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5396.
Jista' l-Ministru jgħid kif jikkompara dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali Jannar 2008 ma' Jannar 2009? Qiegħed jara nuqqas mid-dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali fl-2009 meta kkomparat ma' l-2007 u l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Wara diversi drabi ta' intenzjoni ta' ħlas, jista' l-Ministru jagħti data ċerta ta' meta se jsiru l-aħħar pagamenti lil dawk in-nies li kellhom bank account mal-Bank Bical?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi diversi proċeduri ġudizzjarji qed iwwasslu għal dewmien fit-tqassim lid-depożitanti ta’ l-aħħar għoxrin fil-mija tal-kapital u l-interessi dovuti fuq id-depożitu kollu.
Il-Kontrollur qiegħed jagħmel dak kollu possibli fil-poter tiegħu biex din il-kwistjoni tiġi finalizzata fl-aktar żmien qasir sabiex l-likwidazzjoni tal-kumpaniji titkompla sal-finali u issir distribuzzjoni ta’ dak kollu dovut fl-iqsar żmien possibbli.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5701 u 5396 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5396.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal għajnuna minn kumpanniji quddiem il-Malta Enterprise biex jiftħu f’Malta jew f'Għawdex? X’tip ta’għajnuna ntalbet? Liema xogħol qed jiġi proġettat li jsir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise għandha 48 applikazzjoni li qegħdin fil-proċess ta’ evalwazzjoni. L-għajnuna li qed tiġi mitluba tinkludi
- Fabbriki
- Art
Is-setturi huma varji u jinkludu: Riċiklaġġ, soluzzjonijiet ambjentali, ikel, farmaċewtika, għamara u tiswija ta’ karozzi.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5946 u jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.