Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern, esklużi fondi mill-Unjoni Ewropea, f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa ta' fondi mill-Unjoni Ewropea matul l-istess snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dilettanti tal-karnival — pjani għal rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex id-dilettanti tal-karnival ikunu jistgħu jiġu rilokati f'post alternattiv għal dak ta' Sant' Iermu fejn għadhom fil-preżent?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Liċenzja ta' negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tista' tbigħ il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, skond il-liċenzja ta' negozju li għandha? Jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex qed tmexxi l-attività kummerċjali tagħha skond kif permessa li tagħmel b'din il-liċenzja? Jista' jgħid jekk din il-persuna meta qed tarma l-vann, hux qed iżżomm id-distanza skond il-liġi mill-istabiliment l-iktar viċin tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Billi l-proġett tal-Crafts Village ta' Ta' Qali mhux ser jitwettaq, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jimxi 'l quddiem bil-konvenji li ffirma mal-operaturi tal-Ħadd fl-istess Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Accounts Nazzjonali ilhom joħorġu u jiġu preżentati skond il-European System of Accounts (ESA 1995) mill-1995 kif rakkomandat mill-Eurosat. Dawn l-accounts huma ibbażati fuq l-accrual accounting.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? Jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4926.

Good Causes Fund — fondi mqassma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Lil min ingħataw u l-ammont li ngħata f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport illi poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 2 ta’ Marzu 2009 fejn għandu jsib l-informazzjoni mitluba.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4926.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’każ ta’ proprjetà kummerċjali t-trasferiment tat-titolu tal-kera irid isir wara sejħa għall-offerti skond il-provedimenti tal-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268). Pero’, jista’ isir ftehim bejn min attwalment ikollu t-titolu tal-kera u terzi persuni dwar l-avvjament skond proċedura stabbilità mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dawn it-terzi persuni jkollhom id-dritt għall-ewwel rifjut fl-għoti tal-offerta.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5643, 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4926.

Kordin Business Incubation Centre — tkabbir

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi pjanijiet jeżistu għat-tkabbir tal-Kordin Business Incubation Centre? Meta hu meħtieġ li jsir dan it-tkabbir u f'liema oqsma hu mistenni li topera l-parti miżjuda tal-Kordin Business Incubation Centre? X'esperimentazzjoni qiegħda ssir bħalissa f'dan iċ-ċentru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-esperjenza pożittiva u b’suċċess li l-Malta Enterprise kellha bil-Business Incubation Centre (KBIC) serviet ta’ instigazzjoni biex il-Malta Enterprise tapplika għall-fondi Ewropej taħt il-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) sabiex titkabbar il-faċilita`. Bħalissa jinstabu 25 start-up ġewwa il-kumpless li minnhom, 12 daħlu fl-2008. L-iskop tal-BIC huwa li tiġi iffaċilitata il-krejazzjoni ta’ kumpaniji lokali innovattivi bl-intenzjoni li jikbru u jinternazzjonalizzaw il-prodotti taghħom. Il-KBIC jiffoka fuq dawn il-gruppi industrijali: · Engineering Design and Development of Equipment Systems; · Riżorsi ta’ Enerġija alternattiva; · Proġetti Bioteknoloġiċi; u · Proġetti oħra innovattivi. Oriġinarjament l-intenzjoni kienet li l-kumpless jitkabbar f’Kordin stess. Wara aktar analiżi u studji tas-sitwazzjoni ekonomika u tal-bżonnijiet ta’ l-industrija ġie deċiż li il-pjan ta’ tkabbir bi spazju ta’ 4500sqm ikun aħjar rilokat fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Il-ftuħ ta’ BIC ġdid ġewwa San Ġwann huwa intenzjonat li jkun qrib il-Life Sciences Centre li huwa ppjanat u li ukoll ser ikun ikkofinanzjat mill-FEŻR. Hekk, il-klijenti li jiggradwaw mill-BIC ta’ San Ġwann jistgħu jkunu ikkunsidrati biex jiġu lokati permanentement ġewwa il-Life Science Centre. Dan il-vantaġġ jista` jirriżulta kemm f’sinerġija bejn iż-żewġ proġetti kif ukoll jippermetti li ż-żewġ BICs jiffukaw fuq target sectors differenti. L-esperimentazzjoni li qed isseħħ ġewwa il-KBIC hija ta’ natura kummerċjali minn klijenti li jħallsu biex jużaw is-servizzi offruta; għalhekk din l-informazzjoni hija ta natura kunfidenzjali li ma tistax tiġi mogħtija kif inhu dikkjarat fil-liġi nazzjonali DPA.

Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif tħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Frar 2009 u kif tħabbar fid-dettal mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Artijiet fis-26 ta’ Frar 2009 f’konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Iskema li kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002 li biha l-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment li huma wżati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet ta’ villeġġatura u li fl-2004 kienet estiża wkoll għal proprjetajiet simili tal-Gvern li qabel ma kinux jappartjenu lil xi Entitajiet Ekkleżjastiċi, b’effett mid-29 ta’ Jannar 2009 ġiet temporanjament sospiża u sa ma joħroġ avviż ieħor mhux ser jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għal dan l-iskop. Dan qiegħed isir sabiex it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tkun tista’ tirriorganizza u tipproċessa dawk l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti. Fl-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet ser ikun hemm tibdil fil-kundizzjonijiet sabiex jiġi evitat li ssir spekulazzjoni mill-proprjeta’ msemmija. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Direttiva Ministerjali maħruġa għal dan il-għan. Bħalissa hemm madwar 3,000 applikazzjoni pendenti u t-tibdil fil-kundizzjonijiet huwa immedjat u għalhekk japplika għal kulħadd.

Liċenzja ta' negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tista' tbiegħ il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, skond il-liċenzja ta' negozju li għandha? Jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex qed tmexxi l-attività kummerċjali tagħha skond kif permessa li tagħmel b'din il-liċenzja? Jista' jgħid jekk din il-persuna meta qed tarma l-vann, hux qed iżżomm id-distanza skond il-liġi mill-istabbiliment l-iktar viċin tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tintalab tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5840 u jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5840.

SME — One Stop Shop

Question

Jista' l-Ministru jara li titwettaq aktar simplifikazzjoni tal-liġijiet marbuta man-negozju? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir one-stop-shop biex l-SMEs jingħataw kull għajnuna meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Better Regulation Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed jaħdem sabiex jidentifika regoli żejda u piżijiet amministrattivi eċċessivi. Fit-tlettax ta’ Frar is-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said ħabbar il-bidu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni biex jiġi identifikat fejn u kif jistgħu jitnaqqsu dawn il-piżijiet fuq in-negozji. Il-Ministeru tal-Finanzi qiegħed ukoll jara xi provvedimenti favur in-negozji jista jdaħħal fl-Att dwar in-Negozji z-Zgħar (Small Business Act), u qiegħed jikkordina it-tibdiliet meħtiega mid-Direttiva dwar is-Servizzi. Dan l-ezerċizzju fih innifsu ser jirriżulta f’simplifikazzjoni ta’ liġijiet. Bħala parti minn dan l-istess ezerċizzju ser jinħoloq ‘Point of Single Contact’ elettroniku biex minn sit wieħed, persuna tkun tista’ tesegwixxi il-formalitajiet kollha meħtieġa biex jiġi liċenzjat biex joffri servizz. Dan għandu jilħaq parti mill-għan tal ‘one stop shop’ biex itejjeb l-ambjent li fih jadmu in-negozji tagħna.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Divizjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni — reklamar qarrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċiviet ilemnti d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, dwar reklamar qarrieq u reklamar komparattiv li jmur kontra l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjoni dwarhom ġiet konkluza? X'kienu deċizjonijiet li ttieħdu dwar il-każi konklużi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2007 id-Diviżjoni irċeviet erba’ ilmenti fuq reklamar qarrieqi u wieħed fuq reklamar komparattiv. Wara li ġew investigati l-każijiet il-partijiet konċernati segwew il-pariri li ngħataw mid-Diviżjoni u kien hemm konformita’ volontarja. Kien hemm każ wieħed li kien inamissibbli u ieħor fejn l-ilment ma kienx sostanzjat. Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2007 l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378) ġie emendat permezz ta’ l-Att ta’ l-2008, u bhala riżultat ta’ tali emendi l-artikoli 48, 49 u 50 ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li kienu rispettivament dwar reklami qarrieqa, tifsira ta’ reklamar komparattiv u reklamar permess, ġew mħassra u ġew introdotti fil-Kodiċi tal-Kummerċ. Il-Kodiċi tal-Kummerċ (Art 37) jistipola illi dak il-kummerċjant danneġġjat jista’ jfittex id-danni u imgħaxijiet, jew kif jagħżel hu stess għal penali. Hemm provdimenti oħra fl-istess artiklu illi wieħed jista’ jutilizza.