B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25980, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, l-aħħar ftehim settorjali li jappartjeni għat-tobba mingħajr l-informazzjoni ta’ dak li huwa qed iqis bħala kummerċjalment sensittiv?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-kontenut tal-Ftehim huwa fl-intier tiegħu kummerċjalment sensittiv.
Ħaddiema temporanji — Pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26456, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-ħaddiema temporanji kollha mal-Gvern, qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess xogħol jew simili?
DIER — Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25973 u 26457 u jibgħat rapport dettaljat tal-ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili li ressqu lmenti li mhumiex qed jitħallsu u jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol kif stipulat fil-Liġi dwar Paga Ugwali għal Xogħol Ugwali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi jħoss li ma jkunx għaqli li jagħti informazzjoni fuq kwalunkwe ilment li jista' jirċievi; dan peress li tali informazzjoni hija sensittiva u kunfidenzjali u tista’ tippreġudika r-relazzjonijiet industrijali li jeżistu bejn il-ħaddiema, il-unions u min iħaddem.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-Parlament Malti jingħaqad mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll meta saret il-proposta li Malta testendi l-ftehim ta’ Partnership for Peace tan-NATO, kellux pariri legali li dawn iż-żewġ passi ma jmorrux kontra l-Kostituzzjoni jew jiksru l-istatus ta’ newtralità? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali pariri legali?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Kannabis li qed tiġi pprovduta
Question
Wara li kellmuni xi persuni li huma mħassba, jista’ l-Prim Ministru jagħti dettalji u jgħid minn fejn qed tiġi l-Kannabis li qed tiġi pprovduta mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Ittestjar tal-Kannabis
Question
Wara li kellmuni xi persuni li huma mħassba, jista’ l-Prim Ministru jgħid hux qed isir ittestjar tal-kannabis? Jekk iva, jista’ jgħid min qed jagħmel l-eżaminazzjoni tas-sustanza u xi proċedura qed tintuża biex dawk li qed jagħmlu użu jkollhom sustanza li hija eżaminata u ċċertifikata?
Wara li kellmuni xi persuni li huma mħassba, fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, jista’ l-Prim Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-data definittiva ta’ meta ser isir it-twaqqigħ tal-proġett li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li nbena illegalment f’sit li jinsab tul parti mix-Xatt tal-Gżira u Ta' Xbiex u li l-ispazju jingħata lura liċ-ċittadini u jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku, u dan ġaladarba nhar id-19 ta' Frar 2025 il-Qorti tal-Appell (Kompetenza Inferjuri) irrevokat id-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-31 ta’ Ottubru 2024 peress li l-imsemmi żvilupp mhux permess u għalhekk il-Qorti ddikjarat li l-permess PA 680/22 “huwa bla siwi u għalhekk null fil-liġi”?
Response (ABELA, ROBERT)
Fil-każ tal-konċessjoni ta’ marina fuq ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex, magħrufa bħala Gardens Marina, u li ngħatat wara sejħa pubblika fl-2020, l-Awtoritajiet qegħdin jevalwaw d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, anki billi għadu qed jiddekorri t-terminu li fih tista’ tiġi intavolata ritrattazzjoni mill-imsemmija deċiżjoni tal-Qorti, li għalhekk għadha mhux definittiva.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal- Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista' tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata taghħa.Intenni illi l-Gvern jibqa' kommess li japplika politiki u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħħaħ l-istatus ta’persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellenza fuq referita.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mas-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mas-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tiegħu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tiegħu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-Segretarjat tal-Prim Ministru huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fl-Uffiċċju u fis-Segretarjat tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time x'imkien ieħor?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25972 u jgħid jekk il-ħaddiema kollha tal-aġenziji tal-impjiegi li huma impjegati indirettament mal-gvern permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess jew f’xogħol simili?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema temporanji ta’ aġenziji tal-impjiegi huma koperti mid-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenziji. Din id-Direttiva teżiġi trattament ugwali fil-kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol bejn il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u l-ħaddiema komparabbli li huma mpjegati direttament mal-intrapriża utenti.
L-impenn tal-Gvern ċar anke bl-introduzzjoni tal-Avviż Legali 128 tal-2024 fuq l-Equal Pay for Work of Equal Value li llum ġiet estiża wkoll għas-settur privat.
DIER – Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25973 u jibgħat rapport dettaljat tal-ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili li ressqu lmenti li mhumiex qed jitħallsu u jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol kif stipulat fil-Liġi dwar Paga Ugwali għal Xogħol Ugwali?