Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħlu nies l-emerġenza jbatu minn hypotermia matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2011 u Jannar u Frar 2012? Jista' jagħti statistika ta' kemm kien hemm anzjani li batew minn din il-kundizzjoni fil-komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mit-tagħrif miġbur permezz tas-sistemi Hosptial Activity Analysis u A&E Module, in-numru ta’ pazjenti li daħlu l-emerġenża jbatu minn hypothermia (kodiċi ICD-10 T68 u R68.0) matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2011 u Jannar u Frar 2012 jinsab irrapurtat fit-tabella hawn taħt:
Xahar
Numru ta' Każijiet
Ottubru 2011
3
Novembru 2011
3
Diċembru 2011
9
Jannar 2012
22
Frar 2012
25
In-numru għal- Frar 2012 huwa proviżorju. Il-maġġoranża tal-pazjenti li żgħaru l-emerġenża jbatu minn hypothermia iżżamew l-isptar għal-iżjed kura.
Id-dipartiment m’għandux statistika dwar anzjani li setgħu batew minn hypothermia u m’attendewx fl-isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew is-smoking area shelters fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntrattur issottometta l-kont relattiv għax-xogħlijiet li għamel fuq l-ismoking shelters. Bħal issa dan qed jiġi ivverifikat mit-tekniċi tal-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant l-ammont finali ta’ kemm ġew jiswew dawn l-smoking shelters ma jistax jingħata għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid min bena s-smoking area shelters tal-Isptar Mater Dei u jekk kienx hawn sejħa pubblika qabel ma ntgħażel il-kuntrattur aħħari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kienet ippublikata sejħa għall-offerti għall-bini ta’ external smoking shelters fis-27 ta’ Lulju 2011 taħt ir-referenza PD58/11. It-tender ingħata lill-Messrs Building Management System.
Peress li s-Sativex u Bedrocan huma uħud mill-mediċini derivati mill-kannabis li wieħed jista' jsib fi Stati Ewropej, jista' l-Ministru jgħid kif jista' l-konsumatur Malti jixtri din il-mediċina jekk tiġi preskritta lilu mit-tabib? Il-gvern lest li jipprovdi din il-mediċina?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li biex prodott mediċinali jiġi wżat f’Malta jeħtieġ li ssir applikazzjoni mid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni fuq is-Suq tal-prodott biex dan jiġi reġistrat f’Malta. S’issa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar tal-Mediċini ma irċeviet l-ebda applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-imsemmijin prodotti Sative®x u Bedrocan®. Qabel ma’ tinħareġ licenzja, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jiġu evalwati mill-Awtorità tal-Mediċini.
Kemm
Sativex®
kif ukoll
Bedrocan®
ma jinstabux fil-Formularju tal-Gvern u l-anqas m’hemm applikazzjoniet biex jiġu nklużi fil-Formularju tal-Gvern.
Minn informazzjoni li ġbarna minn onkoliġisti Maltin jidher li pazjenti tal-kanċer Maltin fl-Ingilterra ġieli jingħataw xi tip ta' kannabis medika, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u evalwazzjoni xierqa dwar jekk din għandhiex tibda tiġi provduta lill-pazjenti tal-kanċer f'pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ebda forma ta’ kannabis mediċinali ma hija liċenzjata f’Malta jew tinstab fil-Formularju tal-Gvern. Evalwazzjoni xierqa issir meta ssir applikazzjoni biex mediċina liċenzjata f’Malta tddaħħal fil-Formularju tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'kull inċident serju tat-traffiku jsirx toxicology report fuq dawk involuti? Jekk iva, x’perċentwali minn dawn instabilhom livell ta’ alkoħol ogħla minn dak stipulat mil-liġi tas-sewqan? Kemm minn dawn kienu fatali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fid-dipartiment tal-emerġenza eżamijiet tossikoloġiċi isiru għal skopijiet mediċi u mhux mediko-legali. Dawn l-eżamijiet isiru fuq il-pazjenti kollha li jkunu mitlufin minn sensihom, konfuzi jew juru sinjali oħra newroloġiċi jew ikun hemm suspetti kliniċi oħra li l-pazjent jista jkun taħt effett ta' xi sustanza. Dawn l-eżamijiet għaldaqstant isiru f'dawk l-inċidenti tat-traffiku fejn il-pazjenti jkollhom dawn is-sinjali.
Id-dipartiment tal-emerġenza ma jzommx dawn il-perċentwali. Ir-riżultati ta' dawn l-eżamijiet ikunu mehmuzin fil-file mediku tal-individwu.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32402 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — riżultat tas-CT Scans aċċessibli
Question
Peress li r-riżultati tas-CT Scans li jsiru f'Għawdex huma aċċessibbli mill-isptar f'Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn ir-riżultati ma jiġux rapportati f’Għawdex taħt is-superviżjoni online f’Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tal-Pietà — Skola Primarja - kmamar mogħtija lilhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid hux jikkonsidra li l-kmamar li kienu jagħmlu parti mill-Iskola għal Persuni b'Diżabilità u li llum qed jintużaw minn xi impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa, li jgħaddihom lura lill-Iskola Primarja ta' Tal-Pietà fejn jistgħu jiġu użati għal skopijiet edukattivi? Jekk iva, meta dawn il-kmamar se jgħaddu lill-iskola u jekk le, għaliex, fil-kuntest ta' xi pjanijiet li jista' jkollu l-istess dipartiment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kmamar li jagħmlu parti mill-kantina tal-Iskola Primarja tal-Pietà qegħdin jintużaw mis-sezzjoni tal-manutenzjoni tal-isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech. Dan ix-xogħol huwa parti mill-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fis-swali ta’ dan l-isptar. Nista’ nikkonferma li kien hemm diskussjoni bl-għan ta’ trasferiment tal-Unit mill-iskola għall-isptar, liema diskussjonijiet iridu jiġu konklużi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni li qed jingħataw is-servizz ta' home help f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali? Ma' din l-informazzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti minn persuni li jixtiequ/għandhom bżonn dan il-home help u li għandhom applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32825 u jgħid kemm sigħat ta' okkupanza ta' sodod li ma ġewx utilizzati fl-Isptar Mater Dei s-sena l-oħra? Fost dawn kien hemm minnhom li huma single rooms?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din l-informazzjoni li qed tintalab ma tistax tingħata skont in-numru ta’ siegħat li s-sodod ma ġewx okkupati fl-Isptar mater Dei is-sena l-oħra. L- informazzjoni li tista’ tingħata hija tal- average percentage bed occupancy, li hija ta’ 91% għas-sena 2011. Din l- istatistika ma’ tinkludix sodod li jintużaw għall- day cases.
Din l-informazzjoni ma tistax tingħata għall-‘
single rooms
’.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li hemm rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm minn dawn il-pazjenti m'għandhomx il-karta tal-identità maqluba fuq l-istess residenza? Kemm kien in-numru ta' persuni rikoverati f'din ir-residenza, u li marru jivvotaw fid-diversi lokalitajiet li kellhom l-elezzjoni tal-kunsill lokali nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, 2012? Kemm marru jivvoaw f'kull lokalità u b'liema mezzi ta' trasport inġarru dawk li fil-fatt ivvotaw barra mir-residenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta' pazjenti li hemm rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule jammontaw għal-elf mija u sebgħa u erbgħin sodda, (1,147) maqsuma bħala tlett mija u erba’ u tletin irġiel (334), tmien mija u erba nisa (804) u disa’ sodod respite.
Meta teskludi id-disa’ sodod
respite
peress li dawn il-pazjenti jidddaħlu ġewwa San Vinċenz għal perjodu definit u stipulat minn qabel, mill-aħħar Reġistru Elettorali li kien ippublikat kien hemm wieħed u disgħin (91) persuna li m'għandhomx il-karta tal-identità maqluba fuq l-istess residenza.
Mill-wieħed u disgħin (91) persuna eliġibli, kien hemm tlieta u tletin (33) persuna li marru jivvotaw fid-diversi lokalitajiet li kellhom l-elezzjoni tal-kunsill lokali nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, 2012, u erba (4) minn dawn il-persuni kienu meħuda mill-qraba tagħhom filwaqt li l-persuni l-oħrajn ittieħdu bit-trasport ta’ San Vinċenz.
Peress li r-residenza San Vinċenz tinbidel f’post ta’ votazzjoni u tkun regolata lill-Kummisjoni Elettorali, l-informazzjoni ta’ kif jivvotaw u fejn ikunu jivvotaw jinzammu mill-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kif jista' riċerkatur lokali jġib kannabis medical-grade għal riċerka medika?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li biex issir riċerka medika, ir-riċerkatur għandu japplika għall-permess meħtieġ skont l-Avviż Legali 490 tal-2004 “Regolamenti tal-2004 dwar Provi Kliniċi” kif emendat b’Avviż Legali 248 tal-2007. Jekk il-permess għal prova klinika jinħareġ, ir-riċerkatur irid japplika lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika biex jinħarġulu il-permessi relattivi biex tkun tista’ tiddaħħal f’Malta l-ammont ta’ kannabis meħtieġ għall-iskop tar-riċerka. Biex jinħarġu dawn il-permessi is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jkollha bżonn titlob kwota għall-kwantita’ ta’ kannabis meħtieġa mill-International Narcotics Control Board fi Vienna, li huwa bord indipendenti tal-Ġnus Magħquda li jirregola l-moniteraġġ tal-konvenzjonijiet internazzjonali ta’ kontroll tad-drogi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tieghu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi tas-saħħa jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw fuq il-professjonijiet fil-qasam tas-saħħa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23965, jista' l-Ministru jgħid jekk l-apparat magħruf bħala 24 Hour Telemetry EEG System issa hux qed jintuża jew le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li teknikament is-servizz issa jista’ jinbeda wara li ġew indirizzati id-diffikultajiet li kien hemm fis-sistema tat-teknoloġija tal-informatika.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24016, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel u tieni mistoqsijiet u cioè: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23890 u jgħid kemm hija l-ispiża fid-Dipartiment tal-OPU għal saqajn artificjali mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena? Kemm-il sieq saret u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ħlasijiet kollha li saru għal kull tip ta’ prosthetic services matul il-perjodu indikat hija kif tidher hawn taħt. Mhuwiex possibli li tinġabar l-informazzjoni dwar ħlasijiet għal prosthetic legs biss.
Sena
Spiża
2008
€ 226,316.30
2009
€ 281,365.65
2010
€ 163,671.76
2011
€ 322,069.84
Mhuwiex possibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar kemm saqajn artifiċjali saru bejn is-sena 2008 u l-2009.
Matul is-sena 2010 saru 124 sieq ġdida.
Matul is-sena 2011 saru 126 sieq ġdida. Numru ta’
amputees
li għamlu użu mid-Dipartiment matul is-sena 2011 kien ta’ 241. Matul is-sena 2011 saru mat-877 appuntament.
Applikazzjoni pendenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, ilha tliet snin u nofs applikata għar-Residenza San Vinċenz de Paul għax tbati mid-dementia u kienet tgħix waħedha; imma qatt ma ġiet admitted fir-Residenza minkejja li tqegħdet fuq il-waiting list u mill-informazzjoni li ngħatat suppost il-każ tagħha huwa high priority? Jista' jgħid x'se jagħmel dwar din l-istess anzjana li kellha tiddaħħal f'home privata u issa wara li ilha tliet snin u nofs tħallas mal-€1000 fix-xahar għal board and lodging biss u spiċċawlha l-flus? Se jieħu l-passi meħtieġa biex din l-anzjana jew tiġi ssusidjata fl-istess home, kif ġieli sar ma' anzjani oħra, jew inkella tiġi admitted fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Oncology u s-Science Centre — xogħol ta' kostruzzjoni
Question
Filwaqt li għaddejja l-attività ta' kostruzzjoni fl-Oncology and s-Science Centre, jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex is-servizz tal-helicopter li jwassal pazjenti li jeħtieġu servizz mediku ta' emerġenza mill-gżira ta' Għawdex għall-Isptar Mater Dei jibqa jingħata? X'qed issir/jew sar biex tiġi assigurata s-sigurtà tal-pazjenti kif ukoll dik tan-nurses meta wieħed jikkunsidra li l-attività ta' kostruzzjoni fl-Oncology and Science Centre qed tinkludi l-użu ta' cranes?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kif jista jara kulħadd fil-madwar tal-Isptar Mater Dei qegħdin isiru numru ta’ proġetti nazzjonali fosthom dak taċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija, kif ukoll dak tal-Life Sciences Park.
Kif isir f’kull proġett ieħor ta’ kostruzzjoni ta’ dan it-tip hemm in-neċċessita’ li jittellgħu numru ta’
tower cranes
fuq is-siti ta’ dawn iż-żewġ proġetti nazzjonali - jiġifieri fuq is-sit taċ-ċentru tal-onkoloġija; kif ukoll fuq is-siti tal-
life sciences park -
li dawn tal-aħħar jinsabu ftit metri l-bogħod mill-Isptar Mater Dei. Il-
helipad
li tinsab ġewwa l-Isptar Mater Dei, għalhekk, ser ikollha numru ta’
tower cranes
fil-viċinanzi tagħha.
Sabiex tiġi eliminata kompletament kull possibilita’ ta’ riskju li qatt jista’ jinqala’ waqt titjiriet lejn l-Isptar Mater Dei minn
helicopters
użati mill-Forzi Armati ta’ Malta waqt l-attivita’ ta’ kostruzzjoni, ittieħdet id-deċiżjoni, flimkien mal-istess Forzi Armati ta’ Malta, li b’ mod temporanju titjiriet tal-
helicopter
jibdew jiġu operati mill-
helipad
li tinsab ġewwa l-Isptar San Luqa. Għal dan il-għan qegħdin isiru arranġamenti sabiex din il-
helipad
terġa tiġi
reinstated
. Sa ftit tas-snin ilu din il-
helipad
kienet tintuża u jien infurmat li ma hemmx wisq xogħol li jrid isir sabiex din il-
helipad
terġa titħaddem.
Is-servizz tal-
helicopter
li jwassal pazjenti li jeħtieġu servizz mediku ta’ emerġenza qiegħed jissokta lejn l-Isptar Mater Dei; u ser ikompli jissokta bla ebda waqfien sakemm il-
helipad
ġewwa l-Isptar San Luqa tkun
reinstated
.
Tajjeb li nerġa nfakkar wkoll li l-
helipad
ġewwa l-Isptar San Luqa ser tkun qed tintuża b’ mod temporanju sakemm il-
helipad
il-ġdida ġewwa l-Isptar Mater Dei tkun lesta. Kif kelli l-okkażżjoni li ntenni f’diversi okkażżjonijiet oħra, nerġa nfakkar li ser tinbena
helipad
ġdida fuq Block D1 fl-Isptar Mater Dei - u dan minħabba l-massa ta’ żvilupp ta’ bini għoli li ser ikun hemm fil-madwar tal-Isptar Mater Dei.
It-
tender
għall-proġett tal-bini tal-
helipad
il-ġdida ġewwa l-Isptar Mater Dei jinsab fi stadju avvanzat ta’ aġġudikazzjoni.
Residenza San Vincenz de Paul — anzjani li daħlu bil-lejl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew admitted anzjani fir-Residenza San Vincenz de Paul bil-lejl, bejn Jannar 2012 u it-8 ta' Marzu 2012, ġurnata b'ġurnata? Għaliex ġew admitted bil-lejl u mhux matul il-ġurnata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.