Jista’ l-Ministru jindika kemm-il ittra ta’ twissija dwar sospensjoni tas-servizz inħarġet mill-ARMS Ltd., fl-ewwel erba’ xhur tas-sena fuq kontijiet domestiċi u fuq kontijiet kummerċjali separatament? Jista' jindika kemm minn dawn it-twissijiet ġew esegwiti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, l-ARMS ħarġet 1,331 ittra ta’ twissija finali għal sospensjoni ta’ servizz fuq kontijiet domestiċi, u 398 fuq kontijiet kummerċjali. Minn dawn, kien hemm 1,128 kont domestiku u 280 kont kummerċjali li rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom jew daħlu f’arranġament għal ħlas mal-istess ARMS.
Jista’ l-Ministru jindika liema uffiċċju legali qed jagħmel ix-xogħol relatat mal-aspetti legali għall-kumpanija ARMS Ltd? Kif ġie magħżul dan l-uffiċċju legali u kemm qed jitħallas għal dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-uffiċji legali li qed jgħamlu xogħlijiet relatati ma ittri legali li jintbgħatu lill-konsumaturi, għal-kumpanija ARMS Ltd., huma:
· Aequitas Legal
· Dr. Anna Mallia
· Mifsud & Mifsud Advocates
· Rutter Giappone & Associates
Dawn l-entitajiet ġew mgħażula permezz ta’ proċess ta’
tendering
pubbliku li ġie mgħoti fil-bidu ta’ din is-sena. Ir-rati li bihom jitħallsu, huma skond ir-rati stipulati fit-tender. Kwalunkwe spejjeż oħra legali huma konformi mat-taxxa tal-qorti.
Fejn jidħlu konsulenzi xogħolijiet oħra simili u f’ċerti każi ta’ azzjoni għal ġbir ta’ djun, jintuża l-uffiċju legali ta’
Camilleri Preziosi Advocates
. Dawn jiġu mqabbda skond l-eżiġenzi ta’ dawn ix-xogħolijiet b’
direct order
.
Jista’ l-Ministru jindika kemm qed ikollhom complaints ta’ kuljum il-kumpanija ARMS Ltd relatati ma' nuqqas ta' qbil fuq il-kontijiet mibgħuta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ kuntatti li jkollha l-ARMS min-naħa tal-konsumaturi, dwar nuqqas ta’ qbil fuq kontijiet, huwa hekk kif ġej:
Medja ta’ 120 kuntatt kuljum fil-
Front Office Customer Care
.
Medja ta’ 149-il kuntatt kuljum fil-
Call Centre
.
Din l-istatisktika hija bbażata fuq il-
working days
tax-xahar ta’ April. Ta’ min jgħid illi l-maġġoranza ta’ dawn il-kuntatti jiġu riżolti bi spjega u / jew bil-mili ta’ formoli mill-klijent sabiex jaġġusta d-dettalji relattivi tal-kont tiegħu.
Xewkija — applikazzjoni mill-MEPA għall-Micro Enterprise Park
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-micro enterprise park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35205.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34470.
Jista' l-Ministru jinforma minn meta bdiet il-policy il-ġdida tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew fejn aġent jew partner Malti jkun mitlub joħroġ il-barra minn meeting meta jkun hawn il-prinċipali barranin tiegħu? Meta ġiet deċiża? Meta ġiet approvata mill-bord tad-diretturi u meta ġiet approvata mill-Ministeru? Kemm-il aġent intbgħat barra mill-meetings bħal dawn s'issa din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35456.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34783 u jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal fil-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32512.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34645 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35268.
Fir-rigward tal-iżvilupp tal-Manoel Island Yacht Yard wara l-privatizzazzjoni tagħha, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa fejn jimmarka eżattament l-medda tal-baħar li fiha se ssir il-yacht marina u l-medda ta' baħar li se tkun dedikata għalhekk? Fuq liema bażi legali se tingħata din il-medda? Saru konsultazzjonijiet ma' sidien tal-bċejjeċ tal-baħar tal-madwar fl-implimentazzjoni tal-proġett u biex jitħalla passaġġ adegwat għalihom?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33946 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35029 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35456.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34961 u 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34470.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitnaqqsu ħaddiema mal-Air Malta u meta se jispiċċaw dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid ukoll kemm idaħħlu ħaddiema ġodda jaħdmu mal-Air Malta matul ix-xhur ta'Jannar, Frar, Marzu u April 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imqabbda kuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet għall-Gozo Channel f'dawn l-aħħar xahrejn? X'kien it-tip ta' xogħol? Ħarġet tender jew direct order? Min tefa' l-offerti u min ħa x-xogħol? Kemm sewa dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħa s-servizz tal-ilma mir-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom xhur li applikaw sabiex dan jitneħħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma m’għandha l-ebda rikjesta biex jitneħħa dan is-servizz tal-ilma. Dan jista’ jitneħħa wara li ssir l-applikazzjoni meħtieġa ma’ l-ARMS Ltd minn sid is-servizz.
BWSC — informazzjoni dwar l-estensjoni tal-power station
Question
Jista l-Ministru jgħid x'riżultati nkisbu s'issa fit-testijiet tal-makkinarju fl-estensjoni tal-BWSC fil-power station ta' Delimara u minn mindu bdew isiru t-testijiet fl-estensjoni tal-power station f'Delimara kienx hemm ħsarat fl-exhaust cleaning filters? Kemm minnhom ġarrbu ħsarat? Għaliex seħħew dawn il-ħsarat? Għaliex iservu dawn id-dust filter bags fl-estensjoni ġdida tal-power station f'Delimara u minn mindu bdew it-testijiet fl-estensjoni l-ġdida tal-power station f'Delimara kemm makni qed jintużaw waqt it-testijiet? Kemm-il darba ġiet ittestjata makna waħda? Kemm-il darba gew ittestjati żewġ makni jahdmu f'salt? Kemm-il darba ġew ittestjati tliet makni jaħdmu f'salt? Kemm-il darba ġew ittestjati sitt makni jaħdmu f'salt u kemm-il darba ġew ittestjati tmien makni jaħdmu f'salt? X'kienu r-riżultati tat-testijiet differenti b'numru differenti ta' makni jaħdmu? Jista' jgħid it-testijiet li qed isiru bħalissa mill-BWSC fl-estensjoni l-ġdida f'Delimara f'liema power station oħra saru fuq l-istess makkinarju mill-BWSC u f'liema pajjiż u x'riżultati kellhom dawn it-testijiet? Fit-testijiet li qed isiru bħalissa mill-BWSC fuq l-estensjoni l-ġdida tal-power station f'Delimara kemm hemm Maltin li qed jiġu mħarġa biex jitgħallmu jaħdmu fuq il-makkinarju stallat mill-BWSC u mindu bdew it-testijiet kemm ingħataw taħriġ hands on, f'ammont ta' siegħat mill-BWSC? Ġie ffirmat il-ftehim ta' manutensjoni bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-BWSC? Għal kemm żmien u kemm jiswa sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess rigoruż fuq il-magni fl-estensjonijiet tal-power station biex ikun żgurat li dawn jilħqu l-ogħla standards ta’ kwalità, inkluż fir-rigward tal-aspetti ambjentali. Il-magni fl-estensjoni tal-power station bdew jaħdmu mit-tnax ta’ Diċembru tas-sena l-oħra u ttestijiet li saru kienu jinkludu testijiet ħalli jiġu ċċekkjati trips mis-sistema tal-protezzjoni tal-magni fil-każ ta’ emerġenza, kif ukoll testijiet meta l-magni jkunu qed jaħdmu b’output differenti biex jiġi ċċekkjat li l-magni jaħdmu fil-limiti mekkaniċi u eletriċċi (temperatura, pressa, saħħa elettrika etc) tagħhom.
Bħala dust filters, kien hemm 38 minn 2192 li nstabu bil-ħsara u ġew mibdula. Id-dust filter bags iservu kemm biex jitnaqqas sostanzjalment it-trab kif ukoll bħala parti mill-apparat biex jitnaqqas l-ossidu tal-kubrit mill-exhaust.
Dan biex ikun assigurat li l-livell tal-emissjonijiet jibqgħu fil-limiti konsistenti mal-istandards u r-regolamenti Ewropej.
L-informazzjoni mitluba fuq kemm-il darba ġew ittestjati żewġ magni, tliet magni, sitt magni, u kemm-il darba ġew ittestjati tmien makni f'salt ma’ tistax tittieħed direttament mill-impjant. Dettalji dwar dan qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-bidu tal-ittestjar, kull magna ħadment weħedha, iżda l-impjant ġie ppruvat b’numru differenti ta’ magni sa tmien magni f’salt. Bħalma ġie spjeggat qabel, dawn ġew it-testjati b’dan il-mod, biex jiġi it-testjat il-limiti kollha tal-magni.
It-testijiet fuq il-magni, boilers u l-isteam turbine huma testijiet standard li jsiru kull fejn jiġu stallati magni diesel. Sistemi DeNOx tal-abatement wkoll ġew ittestjati f’pajjiżi oħra.
Ir-rizultati s’issa jidhru tajbin u l-impjant wasal għad-demonstration test u wara għar- reliability test.
L-Enemalta qed tassigura ruħha li l-impjegati tagħha jkunu mħarrġa bl-aħjar mod possibli. 11 il-persuna attendew korsijiet fuq l-impjant barra minn Malta, filwaqt li
44 persuna mill-operations section, 15 il-persuna mill-maintenance u management sections, u 12 il-persuna mill-Projects Section ġew imħarrġa mill-kuntrattur.
Bħalissa qed jingħata hands on training lil 44 persuna mill-operations section li diġà bdew iħaddmu l-impjant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34892, jista l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti tal-Air Malta tħallsux mill-gvern u allura minn fondi pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ma tistax tingħata għax hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.