Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Ageing Report Economic and Budgetary Projections

Question

Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtha u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Tista' tgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu responsabbli għal dan l-eżerċizzju ta’ projections ekonomiċi u finanzjarji, nistieden l-Onor Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Leg 11 PQ #31696 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kulleġġ ta' Santa Tereża Birkirkara — trasferiment ta' form 3s

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu jew le li l-form 3's tal-Kulleġġ ta' Santa Tereża Birkirkara humiex se jiġu trasferiti minn Ta' Paris għall-iskola fejn hemm il-forms 1 u 2 fi Psala Street Santa Venera tal-istess kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Form IIIs li hemm bħalissa fil-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien, B’Kara (Ta’ Paris) mhux se jiċċaqalqu għall-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien, Sta. Venera. Mis-sena d-dieħla l-istudenti tal-Form 3 (li din is-sena qegħdin Form 2) se jibqgħu fil-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien Santa Venera u mhux se jmorru fil-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien B’Kara (Ta’ Paris).
Leg 11 PQ #31813 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti barranin fl-iskejjel Maltin u Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

bdil ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li huwa persuna b'diżabilità jibdel l-iskola tiegħu miċ-Ċentru Vayrita, Wied il-Għajn għal Garden Angel, Hamrun.

Response (CRISTINA, DOLORES)

San Gorg Preca, Guardian Angel, Secondary Education Resource Centre hija Skola ta’ livell sekondarju. Il-persuna b’diżabilità, li d–dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandu ‘l fuq minn 22 u għaldaqstant jaqbeż l-età medja tal-istudenti li ċ-ċentri ta’ Riżorsi Edukattivi joffru programm għalihom.

Childcare Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm childcare assistants impjegati? Tista' tgħid humiex full-time jew part-time? Kemm hemm full-time u kemm part-time u f'liema childcare centre? Fir-rigward ta' childcare assistants impjegati part-time, tista' tgħid jekk hiex se timpjegahom full-time? Jekk iva dan meta? Jekk le, għaliex? Tista' tgħid għaliex fil-ħinijiet tal-ftuħ u tal-għeluq, peress li childcare assistants jidħlu u joħorġu f'ħinijiet varji, qed ikun hemm childcare assistant li jkollha tieħu ħsieb aktar tfal milli huwa stabbilit skont ir-regolamenti? Tista' tassigura li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u dan sabiex ikun assigurat is-saħħa u sigurtà tat-tfal? Għaliex mhemmx childcare assistants li jkunu bħal relievers biex jieħdu post dawk iċ-childcare assistants li jkunu bil-vacation leave jew bis-sick leave, u dan sabiex ikun assigurat li f'kull ħin it-tfal li jattendu jkollhom il-ħarsien meħtieġ? Tista' tgħid kemm-il ċentru taċ-childcare se jinfetaħ ġdid, f'liema lokalità, meta u kemm childcare assistants se jkunu impjegati? Kif se jkunu impjegati ċ-childcare assistants? Full-time jew part time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31897 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li applikaw għall-B.Ed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw studenti għall-B.Ed [1st year] fis-sena skolastika kurrenti 2011-2012 u f'liema suġġetti? Kemm kien hemm postijiet available għal kull suġġett? Kemm ġew aċċettati studenti u f'liema suġgetti? Sal-aħħar ta' Jannar 2012 kemm kien hemm studenti li għazlu li jirriżenjaw mill-kors, jekk kien hemm? F'liema suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31899 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li spiċċaw il-Form 5

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra sena b'sena mill-2000 sal-2012 kemm studenti spiccaw il-Form 5? Kemm minnhom kienu subien u kemm minnhom kienu bniet? Kemm minnhom kienu fi skola indipendenti, pubblika jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31900 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li jbatu minn global development delay

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kif il-Gvern jitratta ma' studenti li jbatu minn global development delay meta dawn jispiċċaw l-edukazzjoni primarja? F'liema skola jiġu assenjati biex ikomplu bl-istudji tagħhom fil-livell sekondarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħal kull student ieħor b’dizabilita`, tfal li jbatu minn ‘Global Development Delay’ jibdew imorru l-iskejjel sekondarji tal-Kulleġġ tagħhom, wara pjan ta’ tranżizzjoni. Hemmhekk, b’għajnuna tal-Learning Support Assistants, jagħmlu l-programm edukattiv bażat fuq l-ħtigijiet individwali tagħhom, imma f’Kuntest tal-klassi li jkunu fiha.
Leg 11 PQ #31954 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — Complement tal-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellu jkun skont il-pjan ta' ristrutturar, il-complement tal-impjegati tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid kemm huwa l-complement attwali tal-impjegati tal-Public Broadcasting Services fil-globalità tiegħu u tindika kif dawn huma maqsuma f'kull grad tal-Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-complement tal-impjegati tal-Public Broadcasting Services Ltd skont il-pjan ta- ristrutturar fl-2004 kien ta’ 66 impjegat. Il-complement attwali huwa ta’ 80 li huma mqassma hekk: 1 CEO 7 Managers 1 Junior Manager TVM 2 10 Coordinators 8 Clerks 12 Journalists 4 Salespersons 37 Operations
Leg 11 PQ #31955 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — impjegati part-time u kontributuri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha nies impjegati fuq bażi part-time u kontributuri magħha l-Public Broadcasting Services u kemm kien in-numru ta' part-timers u kontributuri sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31956 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — post ta' Junior Manager

Question

Tista' l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar is-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' Junior Manager mal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid x'inhu l-iskop ta' dan il-grad, il-kundizzjoni li se jkun qed iġorr miegħu dan il-grad u min huwa eliġibbli biex japplika? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-applikazzjoni għal dan il-grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sejħa għall-applikazzjoni kienet għal Junior Manager TVM 2 u mhux Junior Manager. Din il-po¿izzjoni nħolqot peress li l-Education 22 qed jiġi ntegrat mal-PBS. L-impjegati kollha tal-PBS kienu eleġibbli biex japplikaw. Din is-sejħa ħarġet interna. Il-PBS kellha wkoll l-approvazzjoni tal-Public Administration HR Office (PAHRO).

informazzjoni dwar learning support assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-learning support assistants għal studenti fl-iskejjel tal-Gvern? Tista' tikkwalifika xi proċess jintuża biex l-istudenti jingħataw LSA? F’każ li tifel ta’ 7 snin, ikun għadda mill-proċeduri kollha u l-ġenituri jinsabu nfurmati li jikkwalifika sabiex ikollu l-assistenza ta’ LSA, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il xahar irid jgħaddi sabiex dan is-servizz jingħata lil min għandu bżonnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Talbiet Pendenti għal-learning support assistant għal studenti fl-iskejjel tal-Gvern huma 347 Din il-lista ma tinkludix tfal b’diżabilità għax dawn dejjem jingħataw assistenza ta’LSA. Fil-kaz ta’ tfal b’kundizzjoni, l-prijorità u l-assistenza tingħata skont l- assessment tal-professjonisti li jkunu bagħtu l-genituri. Bħalissa qed isiru l-interviews għal supply learning support assistants li se jiġu nġaggati dalwaqt.

Kors tal-PGCE

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li għadhom għaddejjin bil-kors tal-PGCE? Minn fost dawn, kemm ma setgħux jattendu fil-format tal-kors ta’ matul il-ġurnata, jiġifieri kemm hemm studenti li qed jagħmlu l-kors fuq bażi ta’ sentejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti b'diżabilità — studju waqt il-ħin tal-iskola

Question

B'referenza għall-mistoqsija supplimentari li saret għall-mistoqsij parlamentari 29680, tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix il-pjanw biex dan is-servizz jiżdied u allura ġenituri u perusni li jieħu ħsieb persuna li għandha bżonn ħafna għajnuna jkollhom ukoll is-sapport neċessarju anke wara l-ħin tal-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema mistoqsija supplimentari qed jirreferi.
Leg 11 PQ #31557 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li fil-mument jinsabu jirreġistraw għax-xogħol fil-kategoriji rispettivi? Kemm minnhom qed jitolbu li jibdlu x-xogħol? Tista' tipprovdi l-informazzjoni abbażi ta' Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31558 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni b'diżabilità li sabu impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilità li sabu x-xogħol/impjieg matul l-2011, f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2011 in-numru ta’ persuni b’diżabilità li sabu xogħol/impjieg f’Malta kien ta’ 258 persuna filwaqt li f’Għawdex kien ta’16-il persuna.
Leg 11 PQ #31559 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni b'diżabilità li bidlu x-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilità li bidlu x-xogħol matul l-2011 f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta` persuni b`diżabilità li bidlu x-xogħol tagħhom matul l-2011 f`Malta kien ta’ 95 persuna, filwaqt li f`Għawdex kien hemm 5 persuni.
Leg 11 PQ #31582 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar childcare centers

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30704, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-14-il childcare centre li huma mmexxija mill-gvern u f’liema lokalitajiet qegħdin? Kemm huwa l-ħlas kull siegħa biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz? X’għandu wieħed jagħmel jekk ma jistax iħallas għal dan is-servizz minħabba li l-familja tiegħu qiegħda f’riskju ta' faqar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31693 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

San Ġwann — kwestjon dwar il-klabb tal-boċċi

Question

Billi hemm xniegħat persistenti li l-klabb tal-boċċi se jigi mċaqlaq miċ-ċentru ta’ San Ġwann għal post ieħor fit-tarf tar-raħal, tista' l-Ministru tikkonferma jekk dan hux minnu jew le, speċjalment billi fl-istqarrija li s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli ħareġ nhar l-1 ta' Frar 2012 permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, minkejja li semma għadd ta’ klabbs tal-boċċi fejn saru xogħlijiet kif ukoll fejn se jkun qed isir xogħol fuq pitches oħrajn madwar Malta fix-xhur li ġejjin, m'hemm l-ebda referenza għall-Klabb tal-Boċċi ta’ San Ġwann? Tista' tikkonferma wkoll kemm-il darba t-twegiba tagħha hija fl-affermattiv, jekk, kif u b’liema mod se jiġi affettwat u/jew imċaqlaq il-monument li jfakkar il-memorja taż-żagħżugħa martri Karen Grech?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport ma kellu l-ebda ħsieb li jċaqlaq il-Klabb tal-Bocci San Ġwann mis-sit tiegħu. Madanakollu jidher li l-Kunsill Lokali San Ġwann qabel ma proġett governattiv ta’ bini ta’ ċentru ċiviku gdid u titjib u tisbih tal-ġnien eżistenti, bil-konsegwenza ta’ rilokazzjoni tal-klabb tal-boċċi għal sit ieħor. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat u li hu responsabbli minn dan il-proġett.
Leg 11 PQ #31805 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar il-popolazzjoni ekonomikament attiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet, f’termini assoluti kif ukoll f’rati ta’ attività, il-popolazzjoni ekonomikament attiva f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011? Kemm kienet il-popolazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fl-istess żmien? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub maqsum f’irgiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.