Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsij aparlamentari 27068 u ċioe: B'referenza għar-Report and Financial Statements għas-sena 2010 tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitħallas il-bilanċ dovut ta' €53,135,659 f'dejn magħmul minn €41,177,558 f'long term borrowings u f'current liabilities ta' €11,870,093 meta s-sovvenzjoni mill-Gvern Ċentrali għas-sena 2011 hi ta' €6,000,000, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat għal liema proġetti huwa relatat tali self u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Comfort maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment biex seta' sar tali self?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — rendikont dettaljat ta' sejħiet għall-offerti
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 27069 u tagħti rendikont dettaljat minn Mejju 2001 sal-lum tas-sejħiet għall-offerti li oriġinaw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li ġew ippubblikati permezz tad-Dipariment tal-Kuntratti u f'kull każ jagħti ċ-ċifra li permezz tagħha kienet stmata kull sejħa għall-offerti u l-valur finali ta' kull proġett komplut u jekk fil-każ li kien hemm varjazzjonijiet mill-istima oriġinali, tagħti r-raġunijiet għaliex ġara dan u tgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ta' Malta ma biegħx il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, wara li dawn il-persuni li jgħixu fil-blokka li jabitaw fiha ġew inkoraġġiti mill-Awtorità tad-Djar biex jixtru dan il-fond?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku għal-liema fond qed jirreferi, għax l-informazzjoni li ta mhix biżżejjed.
Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal tal-Aġenzija Appoġġ — Support Line
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' abbużi fuq it-tfal li ġew riferuti mis-Support Line 179 lis-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal tal-Aġenzija Appoġġ? Kemm saru surprise home visits mill-ħaddiema soċjali sabiex jivverifikaw dawn l-allegati abbużi? X'azzjonijiet konkreti ttieħdu biex jieqfu dawn l-abbużi? Kemm kien hemm każijiet li ġew riferuti lill-pulizija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F'dawn l-aħħar sitt xhur ġew irrapurtati 78 każ ta' abbuż fuq it-tfal minn fuq il-linja ta' Supportline 179, dawn il-każijiet kollha ġew referuti lis-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal. Is-Servizz għall-Ħarsien tat-tfal jirċievi rapporti fuq abbuż tat-tfal minn ħafna entitajiet oħra u saru 1019 home visit f’dawn l-aħħar sitt xhur. In-natura tal-home visits tiddependi fuq jekk l-abbuż ikunx qed isir fid-dar jew barra mid-dar. Il-frekwenza tal-home visits tiġi stabbilita’ skond is-severita’ ta’ kull sitwazzjoni individwali. Azzjonijiet konkreti li jittieħdu biex dan l-abbuż jieqaf jiddependu fuq is-severita’ tal-abbuż li tiġi stabbilita fl-investigazzjonijiet. Is-social workers joffru s-sapport tagħhom lil dawk il-familji fejn il-ġenituri jikkoperaw u jipproteġu lit-tfal tagħhom, iżda matul dawn l-aħħar sitt xhur 19-il minur ġew protetti b’care order u tneħħew minn sitwazzjonijiet abbużivi jew li setgħu jwasslu biex il-minuri jkunu f’periklu. 30 każ ta’ minorenni ġew irreferuti lill-pulizija f’dawn l-aħħar sitt xhur.
Servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — drittijiet u dmirijiet ta' klijenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27043, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma d-dmirijiet u drittijiet tal-klijenti li jagħmlu użu mis-Servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Fakultà l-ġdida tal-ICT fl-Università ta' Malta? Kemm se jiġi jiswa u meta huwa mistenni li jkun lest ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddej xogħol fuq l-istruttura prinċipali. Huwa stmat li l-proġett se jiswa’ €17-il miljun. Huwa mistenni li x-xogħol ikun lest sal-aħħar tas-sena 2012.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fil-binja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li nbniet b'fondi pubbliċi aktar minn għaxar snin ilu ġie stallat lift li mhux regolat kif suppost bil-liġi, b'konsegwenza li dan l-istess lift ma jistax jiġi reġistrat mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards? Jista' jgħid x'passi se jieħu l-gvern biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-24 ta’ Novembru, 2010, l-Awtorità tad-Djar talbet lill-kuntrattur D&S Lifts Limited sabiex tirreġistra l-lift li twaħħal fil-fond imsemmi mal-Awtorità tal-iStandards ta’ Malta skont l-Att Legali 231 tal-2007. Sal-lum il-kuntrattur għadu m’għamilx dak li ntalab jagħmel u l-Awtorità tad-Djar beħsiebha tibda proċeduri legali kontrieh.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tieħu l-passi neċessarji biex issolvi darba għal dejjem il-problema tal-lift f'binja li nbniet mill-gvern u li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li dejjem kien bil-ħsara?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar talbet lill-kuntrattur D&S Lifts Limited sabiex issewwi l-ħsarat fil-lift tal-fond imsemmi. Sallum il-kuntrattur baqa’ m’għamilx ix-xogħol neċessarju u l-Awtorità tad-Djar beħsiebha tibda proċeduri legali kontrieh.
Tista' l-Ministru tispjega għaliex ma jitwaqqafx labour office f'Wied il-Għajn, meta dan jista' faċilment jiġi mqiegħed fil-berġa li tiftaħ biss madwar sagħtejn fil-ġimgħa u hi proprjetà tal-gvern? Taf il-Ministru li f'Wied il-Għajn il-popolazzjoni splodiet u ċ-Ċentru tal-Fgura mhuwiex qed jaqdi kif meħtieġ lin-nies ta' Wied il-Għajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2010 beda proċess ta’ ristrutturar tal-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Bħala parti minn dan il-proċess, numru ta’ lokalitajiet li fihom ma hemmx uffiċċju distrettwali, inbidlilhom l-uffiċċju distrettwali li miegħu huma abbinati dawn il-lokalitajiet. Fost dawn kien hemm Wied il-Għajn li fil-bidu ta’ l-2010 beda jagħmel parti mill-uffiċċju distrettwali tal-Fgura. Dakinhar konna għamilniha ċara li dan qed isir bi prova.
Id-Dipartiment diġa’ evalwa l-impatt tat-tibdil li għamel fl-2010 u fil-fatt bħalissa qed jikkunsidra li l-lokalità ta’ Wied il-Għajn tkun abbinata ma’ l-uffiċċju distrettwali ta’ Haż-Żabbar. Dan għandu jagħmilha eħfef għar-residenti ta’ Wied il-Għajn biex tittaffilhom il-problema li m’għandhomx uffiċċju distrettwali fil-lokal tagħhom.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27021, tista' l-Ministru tispjega b'mod iktar ċar liema huma l-Universitajiet li jirrikonoxxu d-degrees jew xi wieħed, jew xi uħud mid-degrees mogħtija mill-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea u b’riżultat t’hekk, fil-kamp tal-edukazzjoni, bħal f’oqsma oħrajn, dak li hu rikonoxxut f’Malta huwa rikonoxxut fil-pajjiżi l-oħra. Għaldaqstant l-istudenti Maltin igawdu mill-istess vantaġġi li jgawdu minnhom studenti fil-pajjizi tal-UE.
Il-korsijiet tal-MCAST, inklużi dawk li jwasslu għal
degrees
, huma rispettati u rikonoxxuti minn kulleġġi u universitajiet barranin, hekk li dawk l-istudenti tal-MCAST, li jfittxu li jissuktaw bl-istudju tagħhom barra minn Malta, f’livelli ogħla bħal
Masters
, kemm fil-linja tal-arti kif ukoll f’dik tax-xjenza, ma jsibu l-ebda diffikulta’ biex jidħlu fl-istituzzjoni terzjarja li jagħżlu huma.
Wara l-istqarrija li għamel id-direttur tal-White Rocks Holding Company Don Brister lil xi mezzi tax-xandir Maltin fejn qal li ma jistax jifhem x'qed iżomm lill-gvern milli jiżviluppa u jkompli jmexxi 'l quddiem l-proġett ta' €200 miljun tal-ex-White Rocks Complex, tista' l-Ministru tgħid effettivament x'inhu jiġri? X'inhi l-problema interna li qed twassal biex il-gvern ikaxkar saqajh fuq dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risporta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25858.
Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità b'servizz ta’ self-advocacy
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk iċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità li ghandhom is-servizz ta’ self-advocacy? Min qed imexxi dawn il-gruppi? Kemm-il darba ltaqgħu dawn il-gruppi f’kull ċentru s-sena l-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-servizz tas-Self Advocacy bħalissa qiegħed jingħata fiċ-ċentru l-Kbir tal-Imtarfa. Dan hu mmexxi minn żewġ support workers taħt is-superviżjoni tal-Leader tal-istess ċentru, tas-social worker kif ukoll tal-professional support worker.
Is-sena l-oħra kellna grupp wieħed li kien jikkonsisti fi tlettax-il persuna u kienu jiltaqgħu darba fil-ġimgħa. Minn din is-sena f’dan l-istess ċentru ġew iffurmati tlett gruppi oħra u qegħdin jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa. Fil-bqija taċ-ċentri qed jiġi ddedikat ħin biex il-klijenti jiltaqgħu u jiddiskutu flimkien mas-
support
workers
affarijiet kurrenti u attivitajiet li jistgħu jagħmlu biex b’hekk ikun hemm bażi tajba ħalli jiġu ffurmati gruppi oħra tas-
self advocacy
.
Il-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ għandha Kumitat Konsultattiv tal-Persuni b'Diżabilità Intellettwali li hu mmexxi mill-Kumitat iż-Żgħir li hu magħmul minn persuni b'diżabilita' intellettwali li jingħataw is-sapport fejn meħtieġ, fuq il-prinċipji ta' kif jaħdmu gruppi ta'
self-advocacy
.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex persuna single li m’għandhiex tfal ma tistax taħdem part-time għaliex tispiċċa li ma tibqax tirċievi għajnuna soċjali mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskop ewlieni tal-benefiċċju tal-Għajnuna Soċjali huwa kumpens finanzjarju għal min ma jaħdimx u jkun qed jirreġistra għax xogħol, li minħabba kundizzjoni ta’ saħħa ma jkunx jista’ jaħdem.
Persuna
single
u bla tfal li tkun taħdem
part-time
ma tistax tirċievi l-Għajnuna Soċjali jew parti minnu għax tali miżura hija intenzjonata għal ġenituri single li għandhom tfal dipendenti fuqhom. Iżda jista’ jkun li persuna single li tkun taħdem tikkwalifika għall-Għajnuna Supplimentari skont id-dħul tagħha.
Foundation for Social Welfare Services — ftehiom kollettiv
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Foundation for Social Welfare Services, peress li dan skada f'Diċembru 2010? Ġie finalizzat? Jekk iva, meta se jkun iffirmat? Jekk le, għaliex u/jew meta huwa ppjanat li se jkun finalizzat u ffirmat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed isiru laqgħat regolari bejn il-fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, il-Public Administration Collective Bargaining Unit u l-Union dwar il-ftehim Kollettiv. Hekk kif dawn it-taħditiet jintemmu jkun jista’ jiġi ffirmat il-ftehim il-ġdid.
Planning and Priorities Co-Ordination Division u l-European Union Secretariat — pariri dwar il-Kumpless tal-White Rocks
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Planning and Priorities Co-Ordination Division u l-European Union Secretariat qattx tawha l-parir li t-trasferiment tal-art fil-Kumpless tal-White Rocks fin-Naxxar lill-konsorzju privat mingħajr ebda sejħa għall-offerti jammontax għal forma ta' state aid u għaldaqstant tali trasferiment imur kontra l-ligijiet Ewropej li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropeja għandha d-dmir li tosserva u li b'konsegwenza t'hekk ikunu jistgħu jinbdew Infringement Procedures fil-konfront ta' Malta min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatajtx parir simili.
Tista' l-Ministru tgħid jekk tafx li hemm numru ta’ nies li ilhom jaħdmu għal ċertu ammont ta’ snin mas-supply learning support assistance (SLSA)? Taf il-Ministru li għas-sena 2008-2009 u 2009-2010 u 2010-2011 dawn il-ħaddiema kienu qed jiġu ingaġġati sena b’sena b’kuntratt definit b’tali mod li kienu se jiġu meqjusa tal-post? Taf il-Ministru li fl-20 ta' Mejju 2011 inħareġ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex dawn japplikaw mill-ġdid sabiex jidħlu mal-gvern u ngħatalhom terminu sat-30 ta’ Ġunju 2011? Taf li uħud minn dawn in-nies kellhom jissottomettu ruħhom għal kors idoneu? Taf li dawn in-nies se jkollhom jissottomettu ruħhom għal interview? Tista' tiggarantixxi li b’dan l-eżerċizzju dawn il-ħaddiema m'humiex se jitilfu s-seniority tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa minnu li hemm numru ta’ supply LSAs mpjegati fuq kuntratt definit. Wara li jagħlqu 4 snin fl-impjieg dawn jiġu fuq kuntratt indefinit. Dawk li m’għalqux l-4 snin kellhom jerggħu japplikaw peress li s-sejħa issa qed toħroġ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn l-individwi kellhom jagħmlu kors biex ikunu mħarrġa jagħtu servizz lit-tfal. Għal dawk li kienu fl-impjieg għadu ma ġiex deciż jekk hux se jagħmlu interview. Dan jiġi deċiż mill-PSC flimkien mal-issue tas-seniority.
Kunsill Malti għall-Isport — Full-time sport attendant
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27029, tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha l-post ta' full-time sports attendant mal-Kunsill Malti għall-Isports baqa' ma ngħata lil ħadd? Tista' tgħid kemm kienu l-kandidati li applikaw għall-post imsemmi, il-kwalifiki li kellhom u meta saritilhom l-intervista? Tista' tgħid jekk hemmx xi data meta qed ikun ippjanat li terġa' toħroġ sejħa oħra għal dan il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċess tal-għażla twaqqaf minħabba li l-Kunsill Malti għall-iSport ma kienx talab minn qabel l-approvazzjoni meħtieġa mill-Management and Personnel Office biex ikun jista’ joħroġ is-sejħa għall-ingaġġ. Kien hemm żewġ applikanti għal dan il-post. Wieħed minnhom kellu Diploma in Exercise and Fitness filwaqt li l-kandidat l-ieħor kellu livell 2 u 3 ta’ fitness instructor upersonal trainer. Huma ġew intervistati nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar. Sejħa oħra terġa’ toħroġ ladarba l-KMS ikollu l-permessi kollha necessarji.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għadha ma ngħatatx fond fejn tgħix minkejja li għandha 160 punt u minkejja li din tgħix fuq benefiċċji soċjali u qegħda tużahom kollha sabiex tħallas il-kera mingħand il-privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikanta in kwestjoni toqgħod ġo post mikri mis-settur privat u preżentament qegħda tibbenefika minn sussdju fuq il-kera mħallsa minnha. L-applikazzjoni tas-Sinjura qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba tal-Iscouts ta' San Gwann dwar premises li huma jixtiequ li jkollhom f'din il-lokalità fuq proprjetà tal-gvern u li qiegħda fil-proċess tal-Kunsill Malti għall-Isports?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport għamel talba f’isem l-iscouts ta’ San Ġwann biex proprjetà f’San Ġwann fi Triq il-Ġibjun tgħaddi f’idejhom. Din it-talba ma kenitx milqugħa minħabba li l-proprjetà qed tintuża mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Riċentament l-istess
scouts
identifikaw sit ieħor u l-KMS beda l-proċess amministrattiv mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jekk hu possibbli din il-propjeta’ tintuża minn dan il-grupp. Sa issa għad m’hemmx tweġiba minn dan id-Dipartiment.
Tista' l-Ministru tghid il-persuni, li d-dettalji taghhom qed jintbagħtu separatament, kemm-il beneficcju tad-dawl u ilma rċevew mis-sena 2006 sal-lum u kemm minn dawn il-beneficcji effettivament ġew użati u minn min?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba ser tintbagħat lil persuna li skont ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta li hi l-persuna li hi rreġistrata bħala l-
account holder
u għaldaqsant nikkonferma li l-benefiċċju għall-Enerġija jitħallas direttament lilha.