Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara tant ġimgħat, il-Ministru u s-Segretarju Permanenti għadhom qegħdin ġewwa Kastilja minflok fil-post fejn jista' jkollu lill-oqsma li huwa politikament responsabbli minnhom miġbura flimkien? Fejn huwa maħsub li jkun il-Ministeru tiegħu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja se jopera minn Palazzo Ferreria fi Triq ir-Repubblika. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol jimxi minn dan il-post għal bini li issa kien identifikat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm, fl-aħħar ħames snin, kien hemm:
a) bejgħ bis-subbasta u;
b) bejgħ bis-subbasta animo compensadi fil-Qorti ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru fl-ahhar hames snin kien hemm is-segwenti bejgh bis-subbasta fil-Qorti ta’ Malta:
Immobbli
Mobbli
2007
26
13
2008
27
17
2009
25
5
2010
17
18
2011
11
23
Dwar kemm minn dawn kienu animo compensandi ma tinzamm l-ebda statistika.
Qrati u Tribunali ta’ Ghawdex
a)
Sena
Numru ta’bejgħ bis-subbasta
2007
1
2008
8
2009
14
2010
15
2011
12
2012
0
Total
50
b) Rigward din il-parti tal-mistoqsija, nixtieq niġbdu l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi fil-Qorti ta’ Għawdex, ma tinżammx statistika dwar kemm mill-bejgħ bis-subbasta jkunu
animo compensandi
.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — persuni li jbatu minn epilessija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nies li jbatu minn epilessija, li għandhom card maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, m'għandhomx l-istess dritt li jħallsu nofs il-prezz bħala physically disabled għall-użu tal-karozzi tal-linja, meta nafu li hawn madwar 4,000 persuna li tbati b'din il-kundizzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li juzaw siggu tar-roti ma jhallsu xejn biex juzaw il-karozzi tal-linja. B'hekk dawn ikunu jistghu jiffukaw ahjar biex jitilghu u jsibu post adattat u jintrabtu tajjeb. Min-naha l-ohra persuni b'dizabilta' fizika ohra ihallsu prezz normali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn familji li għal raġunijiet ta' saħħa jitolbu li jbiddlu l-proprjetà tagħhom li tkun mikrija lilhom mill-Gvern, ma proprjetà fit-terran? Jista' jipprovdi rendikont ta' dawk li applikaw sa mis-sena 1990, kemm minn dawn ġew moqdija u kemm għadhom pendenti? Tista' tingħata raġuni għal dawk li baqgħu pendenti?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-prezent l-Awtorita’ tad-Djar għandha 113-il applikazzjoni li għandhom problema tat-taraġ. Dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti minħabba li l-Awtorita’ m’għandhiex propjeta’ adekwata għal dawn l-applikanti. L-Awtorita’ tad-Djar ma’ zzommx l-informazzjoni ta’ kemm ġew moqdija mill-1990 lil hawn.
Rigward il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux jerġa' jinfetaħ il-każ ġaladarba l-kredenzjali tax-xhud prinċipali li d-dettalji tiegħu ukoll qed jingħataw separatament reġgħu għal darb'oħra u b'mod mill-aktar qawwi tpoġġew f'dell ikraħ ħafna u jidher ukoll li r-rapport intern tal-pulizija ħalla barra evidenza ta' rapporti mediċi li jixhdu kura lill-persuna indikata separatament marbuta mal-każ li setgħet tħoll u torbot fejn tidħol konklużżjoni tal-inkjesti li saru wara? Jista' jgħid x'passi se jieħdu biex jaċċertaw lill-pubbliku li l-inkjesti li saru qabel, kienu għamlu ġustizzja ma' dawk kollha kkonċernati?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-decizjoni dwar jekk injesta Magisterjali l i tkun giet konkluza u mibghuta lill-Avukat Generali ghandhiex tissokta , ma hiex wahda li tittiehed mill-Ezekkuttiv.Ghalhekk il-Ministru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, ma ghandu ebda setgha li jordna li terga’ tinfetah inkjesta magisterjali.
Din il-kwistjoni hija regolata mill-Artikolu 569(2) tal-Kodici Kriminali jipprovdi:
“L-Avukat Generali ghandu jibghat lura dawk l-atti lill-magistrat jew lill-magistrat tal-kompilazzjoni meta jkun jinhtieg li l-investigazzjoni tissokta.”.
Ghalhekk u in vista tad-domanda Parlamentari tal-Onor. Farrugia, din l-informazzjoni qed tintbaghat lil Avukat Generali, sabiex jekk, wara li jkun ivverifika jekk il-kontenut taghha in generali u partikolarment in kwantu jasserixxi illi l-persuna msemmija kienet 'ix-xhud principali' jew xhud illi l-konkluzjonijiet ta' l-inkjesta serrhu fuqu, huwiex fatwalment korrett jew le, jkun jidhirlu li l-investigazzjoni ghandha tissokta, jiehu l-passi opportuni ai termini tal-Ligi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx konkluża l-inkjesta Maġisterjali wara l-mewt tal-minuri li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li mietet fl-età ta' sentejn u xagħrejn u dan fil-ġurnata ta' 27 ta' Frar 2011 fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk barra l-inkjesta maġisterjali kienx hemm inkjesta oħra interna fl-isptar u jekk din ġietx ukoll konkluża? Ma jaħsibx li qed jgħaddi ħafna żmien biex isir dan?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat tal-Qrati u tribunal Kriminali hu f'pozizzjoni biss li jirrispondi l-ewwel parti tad-domanda billi jinforma l-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta magisterjali msemmija ghadha mhix konkluza.
It-tieni parti tal-mistoqsija ghandha ssir lill-Ministru koncernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32395, u peress li l-Ministru ta d-dettalji ta' kemm dawn l-organizzazzjonijiet non governattivi se jkunu qed jingħataw għajnuna għall-2012, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni dwar kemm ingħataw għajnuna l-istess NGOs għas-sena 2010 u 2011 separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal Għawdxin li hemm bżonn li dwarhom tinħareġ protection order? X'inhi r-raġuni li dawn il-protection orders mhumiex jinħarġu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa m'hemmx tfal Ghawdxin li dwarhom hemm bzonn tinhareg protection order.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33133 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, jista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jipprovdi l-isem u d-dettalji dwar il-persuna kkoncernata, sabiex inkun nista nwiegeb l-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċekk tal-benefiċċju tal-enerġija baqa' ma ssarrafx matul 2011? Peress li dan joħroġ fuq l-isem tal-klient tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma/Enemalta li mhux neċessarjament hi l-familja li qed tgħix f'dik ir-residenza, kemm saru talbiet mal-ARMS Ltd dwar dan u x'sar biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ vouchers għall-Benefiċċju għall-Enerġija li ma ssarfux matul is-sena 2011 kien ta’ 12,122, li minnhom 2015 ġew maħruġa mill-ġdid b’data ġdida.
Dawn il-vouchers joħorġu fuq isem il-persuna reġistrata bħala account holder mal-Kumpanija ARMS iżda jintbgħatu lil persuna li għandha dritt għal voucher għax hi l-benefiċċjarja.
Inżid ukoll illi d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma għandux l-informazzjoni ta’ kemm saru talbiet mal-ARMS Ltd u għalhekk nitlob lill-interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx benefiċċju li jingħata fil-bidu tat-tqala lin-nisa li n-natura tax-xogħol tagħhom hu ta' strapazz kbir u b'ħafna tqandil?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi min ihaddem huwa obbligat bil-Ligi li jaghmel risk assessment biex jassigura li x-xoghol li jkun qed jitwettaq minn kawlunkwe impjegat ma hux ta riskja ghas-sahha u sigurta tieghu. Fil-kaz ta' nisa tqal dan l-assessment irid jiehu in konsiderazzjoni wkoll jekk x-xoghol jikkrejax riskju gha-sahha u sigurta ghat-tqala tal-istess persuna.
Jekk dan l-assessment juri li hemm riskju allura min ihaddem huwa obbligat li jiehu l-mizuri kolha necessarji biex ihares is-sahha tal-istess persuna tqila billi inter alia jaghmel aggustamenti temporanji fl-ambjent tax-xoghol jew fil-hinijiet tax-xoghol tal-impjegata koncernata jew inkella billi joffri xoghol alternattiv li jkun idoneju lill-istess impjegata fic-cirkustanti li tkun fihom. Jekk l-impjegata tirrifjuta dan ix-xoghol alternattiv minghajr raguni valida ma tkun intitolata ghall-ebda remunerazzjoni.
Jekk min ihaddem minhabba n-natura u prattici tax-xoghol ma jkunx f posizzjoni li joffri dawn il-mizuri allura huwa jkun obbligat li jaghti lill-impjegata koncernata leave tal-maternita specjali ghall perjodu kollu necesarju biex jipprotegi s-sahha u sigurta tal-persuna tqila. Matul dan il-perjodu ta leave specjali min ihaddem ghandu jhallas lill-impjegata allowance specjali ekwivalenti ghar-rata tal-beneficcju tal-mard skont ma jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta Socjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parteċipazzjoni tal-privat fil-laqgħat ta' konsultazzjoni organizzati mill-MEUSAC waslux sabiex tressqu rakkmandazzjonijiet mir-rappreżentanti tal-privat u jekk dawn ir-rakkmandazzjonijiet waslux sabiex inbidlet xi proposta leġislattiva?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC issir f’laqgħat tal-Core Group, ta’ disa’ kumitati settorjali kif ukoll permezz ta’ open consultations. Fil-Core Group u l-kumitati settorjali jieħdu sehem rappreżentanti tal-gvern, tal-partiti politiċi, korpi kostitwiti u soċjetà ċivili. Rappreżentanti tas-settur privat ma jistgħux jipparteċipaw b’mod dirett fil-laqgħat tal-Core Group jew tal-kumitati settorjali. Jiġu mistiedna għal open consultations.
Fil-proċess ta’ konsultazzjoni, isiru rakkmandazzjonijiet minn dawk li jipparteċipaw. Dawn jintbagħtu direttament lill-Ministeru responsabbli (
lead Ministry
) li għandu d-dmir li jikkunsidra dawn ir-rakkmandazzjonijiet meta jressaq għall-approvazzjoni tal-Gvern, il-pożizzjoni ta’ Malta dwar xi proposta leġiżlattiva tal-Unjoni Ewropea.
Studju ta' fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid min qed jagħmel id-diżinji preliminari u min qed jagħmel l-istudji ta' fattibilità? Jista' jgħid b'liema proċedura ġew imqabbda dawn l-entitajiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat jiġifieri lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsilha ammont ta' aktar minn €1000 mill-pensjoni tagħha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-pensjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif ukoll qed jintalab iħallas ħlas lura bħala over payment is-somma ta' €1912 u dan kull m'għandu dħul mill-pensjoni barranija hija mat-€28 fix-xahar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekkjat is-sussidju għall-enerġija li jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qegħdin ħames minn nies u l-ammont li qed jirċievi jidher baxx wisq?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li d-Dipartiment mhux f’posizzjoni jagħti t-tweġiba minħabba nuqqas ta’ dettalji personali mogħtija mill-interpellant. Għaldaqstnat nitlob l-interpellant jipprovdi iżjed dettalji tal-persuna li fuqha saret l-interpellanza sabiex id-Dipartiment ikun jista jagħti l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tad-Djar tar-residenti ta' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jiġi stallat lift f'dan il-blokk?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li is-sit in kwistjoni, jifforma parti mill-lista ta’ blokki li jmiss biex jinħarġilhom tender għall-istallar ta’ lift fil-partijiet komuni tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonsidra, xi forma ta' skema jew tibdil fl-Avviż Legali ħalli dawk in-nies li jixtiequ jirregolarizaw ruħhom mal-National Insurance Payments u għadhom jew bdew jerġgħu jaħdmu għax ikun skadilhom it-terminu ta' ħames snin, ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull tibdil leġislattiv ta’ dan it-tip jista jkollu impatt dirett fuq is-sostennibilità tas-sistema kontributorja tagħna u għaldaqstant miżuri bħal dawn jinħtieġ li jittieħdu wara studji dwar l-impatt tagħhom fuq is-sistema.
Fil-preżent persuna għandha ħames snin żmien biex tirregolarizza nuqqas fil-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali. Mhemmx il-ħsieb li dan iż-żmien jittawwal, madanakollu mhux esluż il-fatt li tibdil f’dan il-kuntest jista’ jseħħ fil-futur skont kif jippermettu ċ-ċirkustanzi.
Liġi dwar id-Drittijiet Ċivili Diġitali dwar l-użu tal-internet
Question
Billi l-Prim Ministru ftit ilu kien sejjaħ press call urġenti biex iħabbar it-tħejjija ta' liġi dwar id-drittijiet ċivili diġitali dwar l-użu tal-internet, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-abbozz, meta mistenni jitressaq għall-ewwel qari u meta huwa maħsub li jibda jiġi diskuss fil-Parlament - indipendentement minn kwalunkwe eżitu li jista' jkun hemm dwar it-trattat tal-ACTA u dan aktar u aktar billi abbozz ta' liġi li tħabbar ftit jew wisq fl-istess żmien dwar reati omofobiċi, kellu jitressaq fil-Parlamentar f'dawn il-jiem?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern qiegħed jipprepara abbozz ta’ liġi li jwettaq dak li qal il-Prim Ministru dwar id-drittijiet ċivili ġodda relatati mal-internet.