Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29164 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid meta se jibda l-proġett li hemm ippjanat fi Ġnien Vjal de la Cruz, Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lix-xogħol fi Ġnien Vjal de La Cruz mistenni jibda għal aħħar ta’ Lulju 2025.
Ħal Balzan – Triq Birbal – Miżuri ta’ traffic calming
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx miżuri għal traffic calming ippjanati fi Triq Birbal, Ħal Balzan? Jekk iva, x’qed ikun ippjanat li jsir? Jekk le, peress li din hija triq arterjali, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex hemm biss żewġ speed bumps f’parti mit-triq u mhux fit-triq kollha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Trasport Malta m’għandha l-ebda talba pendenti relatata ma’ miżuri ta’ traffic calming fi Triq Birbal.
Miżuri kontra periklu minn blat li jista’ jaqa’ f’żoni fil-kosta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mid-dipartiment konċernat biex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ żoni li huma partikolarment frekwentati fis-sajf, fejn ħafna blat mill-kosta fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jaqa’, speċjalment bejn Marsaxlokk u Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi installa madwar 160 tabella f’21 sit differenti madwar il-kosta ta’ Malta sabiex jinforma lill-pubbliku bil-periklu ta’ blat li jista’ jċedi. F’diversi nħawi hemm ukoll installat fence sabiex jillimita l-aċċess għal żoni li huma ta’ riskju għoli.
Fil-bajja ta’ St Peter’s Pool, fl-inħawi ta’ Delimara, id-Dipartiment wettaq diversi interventi bl-installazzjoni ta’ xibka u
rockbolts
mal-irdum sabiex din tilqa’ blat li jista’ jċedi, tneħħa blat li kien fi stat perikoluż wara li fit-28 ta’ Marzu 2025 ċediet parti sostanzjali minn dan l-irdum, u ġie magħluq l-aċċess għall-pubbliku għall-bajja li hemm biswit St Peter’s Pool.
Fiż-żona tal-Munxar f’Delimara, qrib fejn kien hemm l-istazzjon tad-
Deutsche Welle
, ġie installat
fence
b’tul ta’ 20 metru iktar ’il ġewwa mill-irdum u ġew installati tabelli ma’ dan il-
fence
għas-sigurtà ta’ min jimxi u jiffrekwenta dawn l-inħawi.
Ta’ Qali — Sit għall-impjant il-ġdid tat-trattament tad-drenaġġ - Studju
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28099, ġaladarba l-istudju li saret talba għalih fil-mistoqsija oriġinali, ċjoè l-istudju li sar biex jistabbilixxi s-sit għall-impjant il-ġdid tat-trattament tad-drenaġġ fuq art agrikola f’Ta’ Qali biex jipprovdi l-ilma għall-proġett tal-Park Nazzjonali, ma tqegħidx fuq il-Mejda tal-Kamra u fir-risposta ma saret ebda referenza għalih, jista’ l-Ministru issa jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Bajja tal-Balluta — Dgħajjes li jidħlu viċin il-bajja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn dgħajjes isorġu ’l ġewwa żżejjed fil-bajja tal-Balluta, kif ukoll mal-kosta bejn il-Lukanda Cavalieri u l-Exiles f’Tas-Sliema, b’mod li joħolqu periklu għall-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi żgurat li jkunu osservati l-liġijiet, fosthom li ma jkunx hemm inkonvenjent minn mużika għolja matul il-lejl?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bastimenti kollha, kemm jekk rikreazzjonali u kemm jekk kummerċjali, huma obbligati li jikkonformaw mar-regolamenti lokali u internazzjonali li Malta hija firmatarja tagħhom.
Biex titnaqqas l-interazzjoni bejn min jgħum u l-utenti tal-bastimenti, din is-sena ż-żona ta’
buffer
bejn iż-żoni tal-għawm u l-irmiġġi ġiet estiża għal 20 metru.
Fir-rigward ta’ bastimenti kummerċjali li jkunu qed jorganizzaw avvenimenti abbord li jinvolvu l-mużika u li jistgħu jikkawżaw inkonvenjent fis-soċjetà, dawn jiġu regolati permezz tan-Notice to Mariners rilevanti.
Bastimenti li jinkrew għal attivitajiet taż-żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru spezzjonijiet fuq bastimenti li jinkrew għal attivitajiet taż-żgħażagħ? Dawn il-bastimenti jkollhom limitu massimu ta’ persuni li jistgħu jtellgħu fuqhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-bastimenti għandhomx bżonn liċenzja biex ikollhom mużika għolja matul il-vjaġġi tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Port Inspectorate Unit twettaq spezzjonijiet ad hoc fuq bastimenti kummerċjali sabiex tiżgura li d-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni huma konformi, li l-kaptani tal-bastimenti qed josservaw it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-liċenzja kummerċjali rispettiva, kif ukoll biex jiġu mwettqa drills abbord sabiex tiġi vverifikata konformità sħiħa.
Bastimenti kummerċjali li jkunu qed joperaw bħala “boat party” huma obbligati li jikkonformaw man-Notice to Mariners rilevanti li tirregola dawn it-tip ta’ attivitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi tal-linja li m’għaddewx mill-VRT fis-sena 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karozzi tal-linja li jintużaw għas-servizz tat-trasport pubbliku huma propjetà ta’ kumpanija privata u għaldaqstant tali informazzjoni mhix fil-pussess tal-Awtorità. Ninfurmaha wkoll li kull karozza tal-linja li tintuża għas-servizz pubbliku trid tkun għaddiet mit-test tal-VRT qabel ma tiġi mġedda l-liċenzja tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-frekwenza ta’ manutenzjoni u tindif minn barra u minn ġewwa tal-karozzi tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-manutenzjoni fuq il-karozzi tal-linja kollha ssir mill-inqas kull ħamsa u tletin (35) ġurnata. Din tinkludi:
§ spezzjoni komprensiva kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-karozzi tal-linja;
§ tibdil taż-żejt u tal-filtri;
§ kull tiswija oħra li tkun meħtieġa skont skeda stabbilita;
§ spezzjonijiet ta’ kuljum fid-depots tal-Marsa, il-Furjana, Buġibba, Ċirkewwa u Għawdex, fejn jiġu vverifikati l-livelli taż-żejt u tal-coolant, kif ukoll jekk hemmx il-bżonn ta’ manutenzjoni immedjata.
It-tindif tal-karozzi tal-linja jsir matul il-lejl. It-tindif minn barra jsir kull jumejn, filwaqt li t-tindif minn ġewwa jsir kuljum. Matul il-ġurnata jsir ukoll tindif fuq bażi ‘on-call’ jekk ikun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi li għandhom liċenzja jew permess biex jużaw id-dawl l-ikħal (Blue Lights)? Jista’ jagħti l-figuri skont id-dipartiment (eż. Pulizija, armata, LESA, CSA, saħħa, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għandha 12-il vettura li jistgħu jużaw id-dawl l-ikħal (Blue Lights).
Għal informazzjoni dwar dipartimenti oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Impjegati u Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tiegħu, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances (bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u li għadu fis-seħħ?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23470.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm slielem tal-baħar twaħħlu minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul il-kosta tal-Imġarr, Malta, din is-sena? Jista’ jgħid ukoll fejn tnaqqsu/żdiedu dawn is-slielem din is-sena meta mqabbla mas-slielem tal-baħar li twaħħlu s-sena l-oħra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-TZRA waħlet walkways, showers, surveillance towers, bins etc fil-bajjiet li huma Blue Flag u Beaches of Quality fil-Bajja tal-Ġnejna u l-Bajja tal-Mixquqa. F’dawn il-bajjiet ma twaħħlu ebda slielem mit-TZRA.
Direct Order LA_233-2024 Preparations of the Upcoming Gozo Fast Ferry Tender
Question
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall fiex kienet tikkonsisti d-Direct Order LA_233-2024 Preparations of the Upcoming Gozo Fast Ferry Tender, u għaliex inħasset il-ħtieġa li tingħata din id-direct order? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu maħsub li toħroġ is-sejħa għas-servizz tal-Fast Ferry bejn Għawdex u Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi inħasset il-ħtieġa li l-Ministeru jiġi provdut b’servizzi professjonali b’konnessjoni mat-tħejjija tat-tender tal-Gozo Fast Ferry. L-għan kien li l-Ministeru jingħata assistenza biex tinġabar u tiġi analizzata informazzjoni finanzjarja, jiġu identifikati lakuni u oqsma fejn jista’ jitjieb is-servizz, u b’hekk issir reviżjoni tal-operat.
Is-sejħa għas-servizz mistennija li toħroġ fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-frekwenza tar-rotot 90, 91, 92, 93 u 94?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-frekwenza tar-rotot 90, 91, 92, 93 u 94 fiż-żminijiet ikkunsidrati bħala “peak” hija kif indikata fit-tabella segwenti.
Rotta
Vjaġġi/i fis-Siegħa
Frekwenza
90
4
15-il minuta
91
5
12-il minuta
92
2
30 minuta
93
1
60 minuta
94
2
30 minuta
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-frekwenza tar-rotot hix determinata mir-regolatur jew mill-fornitur tas-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-frekwenza tar-rotot hija determinata mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta li tieħu in konsiderazzjoni l-esiġenzi tal-lokalitajiet minn fejn tgħaddi r-rotta partikolari.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ilmenti dwar is-servizz jiġux milqugħa mir-regolatur jew mill-fornitur tas-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kwalunkwe ilment relatat mas-servizz tat-trasport pubbliku jista’ jiġi ppreżentat kemm għand l-Operatur li jipprovdi s-servizz kif ukoll għand l-Awtorità għat-Trasport f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar is-servizz tat-trasport pubbliku fis-sena 2024 u kemm minnhom ġew riżolti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 Transport Malta irċeviet total ta’ 3814 bejn suġġerimenti u ilmenti. Dawn waslu għand l-Awtorità permezz ta’ telefonati, emails u media soċjali. It-telefonati ġew imwieġba mill-aġenti tal-Awtorità ġewwa l-Call Centre, filwaqt li komunikazzjonijiet li waslu permezz ta’ email/media soċjali, ġew imwieġba bil-miktub (mhux risposta / irċevuta awtomatika).
Infurmat li 81.5% ta’ dawn l-ilmenti ġew magħluqa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klijenti li jagħmlu l-ilment dwar is-servizz tat-trasport pubbliku jingħatawx feedback bil-miktub (mhux risposta / rċevuta awtomatika) fuq l-ilment li jkunu għamlu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja li ilhom jagħtu servizz kif ġej:
i. 0 – sentejn;
ii. 3 snin – 5 snin;
iii. 6 snin – 10 snin;
iv. 11-il sena – 15-il sena; u
v. 16-il sena u aktar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi bħalissa hemm ħames mija u sitt (506) karozzi tal-linja li qed joperaw fis-servizz tat-trasport pubbliku. L-età tagħhom huwa kif ġej:
i. Bejn 0 u 2 snin – 40
ii. Bejn 3 u 5 snin – 104
iii. Bejn 6 u 10 snin – 249
iv. Bejn 11 u 15-il sena – 113
v. Ma hemm l-ebda karozza tal-linja li taqbeż il-15-il sena.
Numru sostanzjali ta’ karozzi tal-linja li għandhom bejn 11 u 15-il sena ser jiġu sostitwiti b’karozzi tal-linja ġodda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm slielem tal-baħar twaħħlu minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar din is-sena? Jista’ jgħid ukoll fejn tnaqqsu/żdiedu dawn is-slielem din is-sena meta mqabbla mas-slielem tal-baħar li twaħħlu s-sena l-oħra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-TZRA waħlet slielem, walkways, showers, surveillance towers, bins etc fil-bajjiet li huma Blue Flag u Beaches of Quality bħal Qawra Point u Perched Beach. Fil-postijiet imsemmija, it-TZRA waħħlet 5 slielem, liema ammont huwa l-istess bħas-sena l-oħra.