Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa — siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inqalgħu s-siġar kollha matul Triq it-Telgħa ġewwa Paola? X'ser isir minflokhom u għaliex kien hemm dan il-bżonn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li Triq it-Telgħa ġewwa Raħal Ġdid ma teżistix fuq is-Survey ta’ Planning Authority, nitloba tispeċifika jekk hux qed tirreferi għal triq il-Belt Valletta f'Paola.

Santa Venera – Trejqa Fleur-de-Lys – għeluq ta’ aċċess għall-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6103 u jgħid jekk fi Trejqa tal-Fleur-de-Lys f'Santa Venera, waqt il-ħinijiet li hemm indikat mat-tabella tat-triq li fiha jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fl-istess triq minħabba l-ftuħ tal-iskola, ir-residenti tat-toroq Trejqa tal-Fleur-de-Lys, Triq l-Istampaturi, Triq il-Mastrudaxxi, Triq il-Ħajjata, u Triq il-Bir, għandhomx id-dritt li jgħaddu bil-vetturi tagħhom mill-istess triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-policy tal-Awtorità tat-Trasport minħabba raġunijiet ta’ sigurtà għat-tfal tal-iskola, l-ebda triq li tkun magħluqa fil-ħnijiet tad-dħul u l-ħruġ tal-iskola ma jista’ jkollha aċċess b’vetturi, lanqas għar-residenti. Fil-każ tat-toroq imsemmija l-aċċess li ngħata lir-residenti m’għandux l-approvazzjoni tal-Awtorità u għaldaqstant l-Awtorità ħadet l-azzjoni neċessarja biex tneħħi din l-irregolarità.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux sabiex jeżaminaw l-istat li tinsab fih il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, in vista tal-fatt li hemm ħafna traffiku li jgħaddi minnha u din jidher li għadha m’għaddietx lura f’idejn il-Kunsill Lokali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4461.

Raħal Ġdid – Triq Ninu Cremona – tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6516 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Chadwick Lakes – manutenzjoni ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tat-triq li waqgħet f'Wied il-Qlejgħa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol biex terġa' tinbena t-triq li waqgħet f’Wied il-Qlejgħa hu wieħed speċjalizzat u li jirrikjedi pjanar estensiv. Bħalissa qed isiru studji biex jiġi determinat l-aħjar intervent sabiex tissewwa s-selħa li tinsab f’din it-triq. Ix-xogħol huwa mistenni li jsir fix-xhur tas-sajf meta ż-żona tkun mingħajr ilma u għaldaqstant iktar faċli u sigur biex isiru x-xogħlijiet neċessarji.

Is-Sitt Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fis-Sitt Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli, qabel kull camera, li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Sitt Distrett Elettorali hemm installati speed camera u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit Qormi 2 Triq l-Imdina 60 2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. 2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. Qormi 2 Vjal ir-Royal Malta Artillery (Mriehel By-Pass) 80 1 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 0 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. 0 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar ** Direzzjoni lejn it-Tramuntana hemm tabella tal-ispeed limit li ma tirrieflettix l-ispeed limit ufficjali minħabba xogħlijiet li għaddejjin fit-triq. Żebbuġ 2 Triq l-Imdina* 70 2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 1 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. 2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. Siġġiewi 1 Triq Mons. Mikiel Anton Azzopardi (Siggiewi By-Pass) 60 4 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. 3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. *Dawn il-cameras jista jkun illi jaqghu fil-konfini tas-Seba Distrett Elettorali.

Is-Seba’ Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fis-Seba’ Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda speed camera installata fis-Seba' Distrett Elettorali.

It-Tmien Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-Tmien Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-Tmien Distrett Elettorali hemm installati speed cameras u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit Birkirkara 2 Triq Dun Karm 60 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 4 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.

Id-Disa’ Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fid-Disa’ Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fid-Disa' Distrett Elettorali.

L-Għaxar Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fl-Għaxar Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Għaxar Distrett Elettorali hemm installati speed cameras u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit Bahar ic-Caghaq 4 Triq is-Salini (Coast Road) Camera 1 (Direzzjoni lejn in-Nofsinhar) - 70 Direzzjoni ejnin-Nofsinhar: Direzzjoni lejn in-Nofsinhar: Camera 2((Direzzjoni lejn it-Tramuntana) - 60 - Camera 1: 3 - Camera 1: 2 Camera 3(Direzzjoni lejn it-Tramuntana) - 60 - Camera 2: 3 - Camera 2: 2 Camera 4 (Direzzjoni lejn it-Tramuntana) - 70 Direzzjoni lejn it-Tramuntana Direzzjoni lejn it-Tramuntana - Camera 3: 1 - Camera 3: 1 - Camera 4: 4 - Camera 4: 3 Naxxar 1 Tul il-Kosta (St.Andr ew's Road) 70 3 2 San Giljan 2 Triq Regjonali 60 Direzzjoni lejn in-Nofsinhar:6 Direzzjoni lejn in-Nofsinhar:1 Direzzjoni lejn it-Tramuntana 6 Direzzjoni lejn it-Tramuntana 2

It-12-il Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-12-il Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-12-il Distrett Elettorali hemm installati speed cameras u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit San Pawil il-Bahar 2 Dawret San Pawil il-Bahar 80 2 fid direzzjoni lejn in-Nofsinhar 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana 3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana

Transport Malta – Responsabbiltà fuq promenades

Question

Jista’ l-Ministru jindika eżattament il-parti tal-liġi li minnha joħorġu r-responsabbiltajiet ta’ Transport Malta fuq it-tmexxija/użu/permessi fuq promenades fejn ma jgħaddu l-ebda vetturi? Jista’ l-Ministru jelenka fejn Transport Malta għandha din ir-responsabbiltà?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li vetturi bħal eKickScooters jistgħu jintużaw fi promenades, dan skont S.L. 499.67.

Mosta – Triq id-Difiża Ċivili — asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-aħħar saff ta' tarmak u meta se jispiċċaw ix-xogħlijiet kollha fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll meta bdew dawn ix-xogħlijiet, x’tip ta’ xogħol sar u x’ħoloq id-dewmien fix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq inbeda f’Marzu tas-sena l-oħra u kkonsista f’sistema tad-dawl ġdida, cycle lane, bankina fuq iż-żewġ naħat kif ukoll ġew mgħoddija diversi servizzi bħal cables, pajpijiet tal-ilma u servizzi oħra tat-telekomunikazzjoni. Il-pedamenti tat-toroq inbnew mill-ġdid fl-ewwel fażi u x-xogħlijiet fuq it-tieni fażi jinsabu għaddejjin wara li ċertu xogħol kellu jieqaf kawża tal-maltemp li laqat Malta matul l-aħħar ġimgħat. Jekk it-temp jippermetti, se jingħataw l-ewwel saffi t’asfalt fit-tieni fażi tal-proġett. Ix-xogħol tal-pedamenti u asfalt fit-tielet fażi mistennija jkomplu wara t-tieni fażi u hekk jiġi konkluż il-proġett fil-ġimgħat li ġejjin.

Transport Malta – persuni li għandhom liċenzja tas-sewqan Maltija valida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom liċenzja tas-sewqan Maltija valida, skont il-kategoriji differenti? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta' persuni Maltin? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta' persuni li ġejjin minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta' persuni li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fgura – Triq Kottoner — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex Triq Kottoner, il-Fgura tiġi rranġata mill-ġdid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak tal-Fgura, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li għadha qed tiġi diskussa u miftiehma magħhom.

Marsa – Triq Aldo Moro – waqfien fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport preparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30.p.m sas-6.30.p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema taċ-ċivil - vacation leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 7 ħaddiema taċ-Ċivil li kien fadlilhom vacation leave mhux użat sat-tmiem is-sena 2022.

L-Ewwel Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fl-Ewwel Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fl-Ewwel Distrett Elettorali.

It-Tieni Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-Tieni Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fit-Tieni Distrett Elettorali.