Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — ordnijiet maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il ordni ħarġet Transport Malta bħala r-regolatur kompetenti tal-infrastruttura għal finijiet tal-artikolu 4 tal-Kap. 81? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ordnijiet ġew kontestati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta, bħala regolatur tal-Infrastruttura tħaddem is-sistema ta’ kordinament bejn l-entitajiet u l-privat mis-sistema eletronika magħrufa bħala RWP (Road Works Permit). Permezz ta’ din is-sistema kull min ikun se jagħmel xogħlijiet ta’ cables, trinek, pits, u oħrajn u li għalhekk dawn ix-xogħlijiet ikunu jinvolvu x-xogħol fit-triq jew mit-triq japplika sabiex issir il-kordinazzjoni neċessarja ma’ min ikun involut. Transport Malta tikkordina lill-entitajiet l-oħra involuti u eventwalment toħrog il-kundizzjonijiet li jridu jiġu segwiti meta titqiegħed l-infrastruttura proposta. Ninforma wkoll li Transport Malta ma kellha l-ebda talba speċifikament relatata ma’ Kap. 81 art. 4 minn “competent utility regulator” u wkoll lanqas kien hemm kontestazzjonijiet taħt dan il-kapitlu.

Awtorità tal-Artijiet – involviment fi trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa x’kien l-involviment (jekk kien hemm) tal-Awtorità tal-Artijiet fit-trasferiment li sar il-ġimgħa li għaddiet għal iktar minn €11-il miljun ta’ ċens temporanju (li d-dirett dominju tiegħu huwa f’isem il-Kummissarju tal-Artijiet) tas-sit li fuqu hemm it-Tigulio f’San Ġiljan? Fl-istess waqt, jista’ jgħid x’kien (jekk kien hemm) l-involviment tal-Awtorità tal-Ippjanar biex is-sit se jiġi żviluppat fi blokka ta’ appartamenti għolja iktar minn disa’ sulari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kinitx involuta u m’għandhiex informazzjoni fuq trasferiment ta’ ċens temporanju għal iktar minn €11-il miljun, li qed jiġi msemmi li sar fir-rigward tas-sit li fuqu hemm it-Tigulio f’San Ġiljan. Nitlob lill-Interpellant li jekk għandu iktar informazzjoni, jgħaddiha lill-Awtorità sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4313 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, hija kif murija fit-tabella segwenti. Nixtieq nżid wkoll li nformazzjoni ulterjuri diġà ngħatat kif imsemmija hawn taħt; *Minn Ġunju 2017 sas-16 ta’ Frar 2018 - il-figuri diġà ngħataw fil-mistoqsija parlamentari 1092 f’Seduta 91 *Mis-17 ta' Frar 2018 – 30 ta’ Settembru 2018- il-figuri diġà ngħataw fil-mistoqsija parlamentari 4313 f’Seduta 175 Dipartiment/Entità/Agenzija: L-Isem ta' kull konsulent Ħlas ta' kull Konsulent Transport Malta NIL Lands Authority Joe Gerada 5398.5 Land Registry NIL BICC NIL BRO NIL Property Malta Alfred Camilleri 1,500 monthly Planning Authority Borg Brian 2,950.00 Planning Authority Striped Sox 7,080.00 Planning Authority Crowdnet Research Planning & Design 14,938.80 Infrastructure Malta Acousti-Cal Consultancy 4,484.00 Infrastructure Malta ADI Associates Environmetal Consultants Ltd 10,295.50 Infrastructure Malta AIS Environment 96,760.00 Infrastructure Malta Archaeology Services Co Op Ltd 4,750.00 Infrastructure Malta Armor Consultants Ltd 1,475.00 Infrastructure Malta Chris Cachia 21,166.25 Infrastructure Malta Crowdnet 68,895.48 Infrastructure Malta DHI Periti 3,838.68 Infrastructure Malta Dr. Vince Marmara 22,774.00 Infrastructure Malta ECA Consultants Ltd 64,546.17 Infrastructure Malta Ecoserv Ltd 60,705.10 Infrastructure Malta En-Sure Ltd 328.02 Infrastructure Malta John Mangion D. Geol 2,883.92 Infrastructure Malta Louis F. Cassar 2,124.00 Infrastructure Malta Malta University Consulting Ltd 1,657.92 Infrastructure Malta Mediterranean Technical Services Ltd 64,900.00 Infrastructure Malta MLAB 6,000.00 Infrastructure Malta Perit Chris Grech 31,594.50 Infrastructure Malta Perit Daniel Camilleri 54,478.71 Infrastructure Malta Perit Edgar Caruana Montaldo 100.00 Infrastructure Malta Perit Pierre Farrugia 660.80 Infrastructure Malta Prof. Marvin Formosa 11,682.00 Infrastructure Malta QMG Ltd 3,030.60

Awtorità tal-Ippjanar – sottomissjonijiet mill-pubbliku għal Pjan Lokali għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7819 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-gżira ta’ Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali għall-Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Triq li tagħti mix-Xemxija għal San Pawl il-Baħar — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq li tagħti mix-Xemxija għal San Pawl il-Baħar isirilha l-manutenzjonijiet meħtieġa, peress li qed ikun irrappurtat b'mod regolari inkonvenjenza lis-sewwieqa li jagħmlu użu minn din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li partijiet sostanzjali mit-triq indikata diġà sarulhom tiswijiet estensivi qabel is-sajf 2018. Infrastruttura Malta se tkompli t-tiswijiet ta’ din it-triq fiż-żmien li ġej. Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

In-Naxxar – Triq San Pawl – speed camera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq San Pawl fin-Naxxar hiex se ssir speed camera? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid fuq liema raġunijiet/studji din se ssir u jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali Naxxari ġiex ikkonsultat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux se jkun hemm speed camera fi triq San Pawl in-Naxxar u għalhekk ma kienx ikkonsultat il-Kunsill Lokali.

Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-interlokutur tal-Awtorità tal-Ippjanar mas-sid/rappreżentant tal-kumpanija tal-private jet li bih il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, inġabet Malta fl-20 ta’ Settembru 2018? Jista’ jgħid ukoll meta eżattament kien li sar il-kuntatt biex ġie ordnat il-private jet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda interlokotur filwaqt li nitolbu jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 7090 tas-Seduta 142. Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma. Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.

Awtorità tal-Ippjanar –membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ordnax li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, tirrifondi l-ħlas li sar biex hija tinġab Malta bi private jet fl-20 ta’ Settembru 2018? Jekk ma għamilx din l-ordni, jista’ jgħid għalfejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif digà spjegajt kemm-il darba, din id-deċiżjoni Amministrattiva kienet fil-parametri legali tal-Kap Eżekuttiv f’Awtorità Indipendenti u Awtonoma. Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.

Użu ta’ private jet mill-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa qattx għamel użu minn xi private jet proprjetà tal-istess proprjetarju tal-private jet li ntuża biex tinġab membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u ċjoè l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, meta u għal liema skop?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma għamilt użu. Irrid inżid li jiena bħala Ministru la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni. Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.

Użu ta’ private jet mill-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba huwa għamel użu minn xi private jet fl-aħħar leġiżlatura u f’din il-leġiżlatura? X’kienet l-ispiża kull darba u x’kienet id-destinazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma għamilt użu għajr matul ix-xhur tal-Presidenza meta akkumpanjajt lill-Prim Ministru fuq ‘Tour De Capitals’.

Belt Valletta — proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt Valletta mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid ukoll f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li titħallas lill-Gvern kull sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tal-Artijiet id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Uffiċċju tal-Artijiet – bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-Gvern fl-Uffiċċju tal-Artijiet f'Għawdex? Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela? Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet illi l-klijenti tal-istess Awtorità għandhom il-faċilità li jħallsu l-kontijiet tagħhom fl-uffiċini ta’ din l-Awtorità ġewwa Malta u Għawdex, fil-kunsilli lokali, online, jew permezz ta’ transazzjoni bankarja. L-Awtorità tal-Artijiet ma jkolliex informazzjoni dwar jekk il-bdiewa li jħallsu l-qbiela humiex part-time jew full-time. Lista ta’ numru ta’ bdiewa f’kull lokalità fejn qed jitħallsu l-qbiela qed tidher hawn taħt; Lokalità fejn tinsab il-qbiela Numru ta’ bdiewa li jħallsu qbiela fil-lokalità Fontana 5 Għajnsielem 18 Għarb 8 Għasri 14 Kerċem 88 Munxar 3 Nadur 33 Qala 4 Rabat 34 San Lawrenz 5 Sannat 58 Xagħra 67 Xewkija 74 Żebbuġ 37 Oħrajn (Tal-Ħatar, Il-Wileġ, Ta’ Willraf, Tal-Għasri, Tal-Loġġa, Is-Saqwi, Ta’ Għajn Tuta, Ramla) 11

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger — tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jara li tappiera fi Triq Lewis Wettinger (Mellieħa bypass) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa, sabiex jieqaf l-inkonvenjent li qed toħloq lir-residenti tal-madwar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastruttura Malta qed titkellem mal-entitajiet tas-servizzi li jinqdew bl-infrastruttura indikata biex jaċċessaw in-networks tagħhom taħt it-triq indikata, ħalli jirranġaw din id-diffikultà mill-aktar fis. Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Pont tal-Mistra – parti ta’ triq li qed iżżomm l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li l-parti tat-triq (viċin il-bus stop) fuq il-Pont tal-Mistra li qed iżżomm l-ilma tax-xita, bil-konsegwenza li qed jinħoloq inkonvenjent għax-xufiera li jgħaddu minnha kif ukoll lil dawk il-persuni li jkunu qed jistennew is-servizz tat-trasport pubbliku, isirilha l-manutenzjoni meħtieġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-pont indikat kien ilu fi stat ta’ telqa mingħajr ebda tiswijiet jew manutenzjoni għal għexieren ta’ snin. Madankollu, s-sena li għaddiet id-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta’ Transport Malta, u eventwalment Infrastructure Malta wettqu studji tekniċi dwar il-qagħda ta’ din l-infrastruttura u eventwalment lestew ukoll xogħlijiet estensivi ta’ tiswija u tisħiħ biex il-pont ma jibqax f’periklu li jiġġarraf. Bħala parti minn ħidma separata biex jitjiebu t-toroq li jagħtu għax-xtajtiet u għaż-żoni turistiċi, qabel is-sajf li għadda sar ukoll xogħol ta’ tiswijiet u manutenzjoni biex titjieb il-kwalità tat-triq li għaddejja minn fuqu, kif ukoll tat-Telgħa tax-Xemxija u t-Telgħa ta’ Selmun. Id-diffikultà ta’ ilma tax-xita indikata, fl-inħawi tal-istess pont, ġiet identifikata s-sena li għaddiet u dalwaqt ser jibdew xogħlijiet biex tinbena sistema ġdida ta’ kanali u spralli għall-ġbir tal-ilma li jaqa’ fuq wiċċ it-triq. Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Mellieħa – proċess tal-applikazzjoni għal Kamra tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni (PA 05985/09) għall-permess ta' kamra tan-nar fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-applikazzjoni tal-kamra tan-nar tal-Mellieħa ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni tal-Bord tal-Ippjanar fil-15 ta’ Jannar, 2019. L-applikazzjoni se tinstema’ quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar fil-11 ta’ Lulju, 2019 għal kontinwazzjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjoni għal bini ta’ lukanda

Question

Jista' l-Ministru jindika fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni (PA 5909/17) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar b'rabta mal-binja ta' lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa preċiżament bejn Triq in-Nases u Triq il-Fortizza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li b’referenza għall-applikazjoni PA5909/17, l-istess Awtorità qiegħda tistenna aktar dettalji fil-forma ta’ ‘visuals’ biex b’hekk ikun jista’ jsir studju komplut tal-impatt viżwali li hija l-aħħar fażi tal-proċess.

Awtorità tal-Ippjanar – talba għal għoli u sulari ta’ lukanda u appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-talba għall-għoli/sulari tal-lukanda u l-appartamenti li tagħhom hemm l-applikazzjoni (PA 5909/17) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar liema binja tinsab bejn Triq in-Nases u Triq il-Fortizza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li t-talba għall-għoli /sulari fl-applikazzjoni (PA5909/17) hija dik kif se jiġi spjegat: Residenzjali Għoli ta’ bejn 16.3 metri mill-aktar parti għolja tat-triq u 17.7 metri mill-aktar parti baxxa ta’ triq. Lukanda Għoli ta’ 25.75 metri mill-aktar parti għolja ta’ triq.

Il-Mellieħa – applikazzjoni għal lukanda u appartamenti – studju dwar impatti soċjali u tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mal-applikazzjoni PA 5909/17 (lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa) hux se jkun hemm talba mill-awtoritajiet konċernati sabiex isiru studji dwar l-impatti soċjali u dak tat-traffiku fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-applikazzjoni (PA5909/17) qiegħda fuq art li tinsab f’żona residenzjali kif ukoll f’lokalità turistika, għaldaqstant, Policies li jirregolaw it-tali żoni japplikaw. Jirriżulta li l-iżvilupp kif propost ikkwalifilka għal studju dwar l-impatt tat-traffiku liema studju ġie analizzat u konkluż mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll mill-Awtorità ta’ Trasport fejn tal-aħħar taw l-approvazzjoni tagħhom suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet. F’dak li huwa studju dwar l-impatt soċjali, jidher ċar li n-natura tal-proġett ma tikkwalifikax għal dan.

Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel u Triq San Patrizju — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet li diġà bdew fuq Triq tal-Ġebel u Triq San Patrizju f'Birżebbuġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’parti minn Triq San Patrizju saru minn entità li taqa’ taħt Ministeru ieħor, b’rabta ma’ sistemi tal-elettriku. Il-kumplament tat-triq mistennija titlesta wara li jsir proġett separat minn entitajiet oħra tal-Gvern, u li se jinvolvi l-bdil u t-tisħiħ ta’ servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma taħt il-livell tat-triq. L-ewwel parti ta’ Triq tal-Ġebel, li tgħaddi minn żoni qalb l-għelieqi, inbniet mill-ġdid bħala parti minn proġett ta’ Infrastructure Malta b’fondi tal-Unjoni Ewropea, għat-titjib fit-toroq rurali ta’ Malta. Il-parti l-oħra ta’ Triq il-Ġebel li fiha hemm bini residenzjali, ser tinbena mill-ġdid dalwaqt. Fil-fatt, din it-triq hija fil-lista tal-ewwel 120 mit-toroq li Infrastructure Malta se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta’ €700 miljun tal-Gvern, biex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità tat-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Transport Malta – applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar fuq permessi għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn Transport Malta ma applikatx lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tkun tista’ tingħata l-permess għax-xogħol, qabel tali xogħol tat-twessigħ tat-triq f’Tal-Balal li sar dan l-aħħar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f’Seduta 182.