Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — Hydrotherapy pool

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan biex issir hydrotherapy pool oħra barra dik li hemm preżentement fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi tal-fiżjoterapija qegħdin kulma jmorru jespandu anke billi qed jingħataw aktar servizzi fil-komunità.

Sptar San Luqa — Hydrotherapy pool – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list biex persuna tuża l-hydrotherapy pool fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għall-użu tal- hydrotherapy pool huwa ta' madwar xahrejn.

Mediċina Laxotan 3mg out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha out of stock il-pillola Laxotan 3mg? Jista’ jgħid ukoll x’qed jingħata minflokha, għaliex hija out of stock u meta huwa ppjanat li terġa’ tkun in stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu mhix out of stock.

Laqgħat ma’ individwu fil-Ministeru għas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Pagamenti lil kumpaniji

Question

B'effett minn meta ġew iffirmati l-kuntratti mal-kumpaniji, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, sal-lum, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu l-pagamenti li ngħataw lil dawn il-kumpaniji, sena b'sena? Jista' jinkludi wkoll f'dawn l-ammonti kull pagamenti li ngħataw, anke dawk li ma kenux skont il-kuntratt? Jista' jgħid kemm ġew miżmuma minn dawn l-ammonti għal nuqqasijiet ta' dawn il-kumpaniji, sena b' sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6980.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6747, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6748, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6749, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6750, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Manutenzjoni ta’ ambulanzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu responsabbli tal-manutenzjoni tal-ambulanzi, proprjetà tal-Gvern u dawk li huma mikrija mill-privat, f'każ ta’ general maintenance jew inċidenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7070.

Ambulanzi li huma proprjetà tal-Gvern u dawk li huma mikrija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ambulanzi li huma proprjetà tal-Gvern u kemm oħrajn huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll fejn huma stazzjonati u x’kumpliment ta’ ħaddiema għandhom magħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Gvern għandu 11-il ambulanza leased u dawn huma kollha stazzjonati fil-garaxx tal-ambulanzi f’Mater Dei. Hemm 52 Emergency Ambulance Respondents bħalissa ingaġġati.

Manutenzjoni ta’ ambulanzi — kuntratt

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min jieħu ħsieb il-manteniment tal-ambulanzi u jekk fil-privat, juri l-kuntratt li marbutin bih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7070.

Sptar Mater Dei – numru ta’ dentisti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2729, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-16-il dentist li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, jaħdmux kollha full-time u jekk le kif inhu l-kuntratt ta' ħinijiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 14-il dentist jaħdmu full-time u 2 jaħdmu reduced hours.

Organ donation – presumed consent policy

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet li jintroduċi policy ta’ presumed consent fejn id-donazzjoni ta’ organi ssir opt-out minflok opt-in?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema ta’ kif wieħed isir donatur tal-organi f’Malta hi li jekk pazjent ma jkunx wera preferenza matul ħajtu ikun ikkunsidrat bħala ‘presumed consent’ għad-donazzjoni, jekk ikun hemm ukoll il-kunsens tal-qraba.

Dipartiment tal-Emerġenza — stennija medja għall-għoti ta’ sodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hija l-istennija medja sakemm pazjent mill-Emerġenza jingħata sodda f’ward?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħin medju ta’ bejn meta tittieħed deċiżjoni li pazjent ikun ammess fl-isptar mid-dipartiment tal-Emerġenza sakemm jitla' fis-sodda ġo sala huwa ta’ 3 sigħat.

Sptar Mater Dei — uniformijiet ġodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar l-uniformijiet ġodda għal ċertu ħaddiema fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema ħaddiema qed tirreferi.

Persuni li jintbagħtu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minflok fl-Isptar Mount Carmel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ċittadin b’kundizzjoni li ma jkunx irid jidħol fl-Isptar Mount Carmel minħabba raġunijiet personali, għandux dritt jidħol fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bħalma kien jiġri qabel? Jekk le, tista’ tingħata raġuni għal din il-bidla fil-policy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bidla fil-policy. Il-policy kienet u għadha illi pazjent residenti ġewwa Għawdex jingħata kura fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex filwaqt li pazjent residenti Malta jingħata kura fl-isptar Monte Karmeli.

Chemo Caelyx out of stock

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6481, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li kien hemm pazjenti li ma ngħatawx il-chemo bl-isem Caelyx f'Jannar u, jew Frar 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li bdew fuq din il-kura jew li kienu diġà approvati Caelyx qabel Jannar 2023 inżammu fuq il-kura. Pazjenti ġodda li ġew approvati Caelyx mit-23 ta’ Jannar sa 23 ta’ Frar ġew approvati skont il-prijorità klinika.

Ħaż-Żebbuġ – għeluq tal-berġa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-binja preżenti tal-berġa (community clinic) f’Ħaż-Żebbuġ hux ser tingħalaq u x’ser jiġri mis-servizzi li jingħataw fiha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit attwali qed jiġi ċedut lis-sid. Il-Primary HealthCare qiegħda taħdem biex issib sit alternattiv għall-Klinika tal-Komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ. Is-servizzi li jingħataw fiha se jiġu rilokati fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u fil-Klinika tal-Komunità tas-Siġġiewi, li se tinfetaħ dalwaqt, sakemm jinstab is-sit alternativ.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6744, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pagamenti dovuti lill-kumpanija msemmija minnu saru skont il-konċessjoni ffirmata mal-istess kumpanija. Il-ħlasijiet illi saru kienu kif joħorġu mill-Health Services Delivery Agreement u l-Labour Supply Agreement u jinkludu l-concession fee, pagamenti tal-ħaddiema, ħlas għas-servizz tal-air ambulance, kif ukoll is-subvention tal-Orthotics and Prosthetics Unit.