Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' skart riċiklabbli li nġabar xahar xahar bejn Jannar u Settembru 2011 f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Paralamentari numru 30572 rigward skart riċiklabbli li nġabar mill-Bring-In-Sites, ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba rigward l-ammont ta' skart riċiklabbli miġbur fil-boroż il-ġriżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba tnaddaf Wied il-Qlejja fil-limiti ta' bejn ir-Rabat, il-Mosta u l-Baħrija f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin, kull sena sar xogħol ta’ tindif f’diversi partijiet minn Wied Qlejgħa, speċjalment fiż-żona magħrufa bħala Chadwick Lakes.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi grupp ta' ħaddiema li x-xogħol tagħhom huwa speċifikament li jaraw li l-widien jibqgħu jkunu mnaddfa u li ssir il-manutenzjoni meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għall-ilmijiet tax-xitwa? Jista' jgħid kemm huwa kbir dan il-grupp bħala riżorsi umani u x'budget għandhom għal sena xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan dan il-Ministeru hemm sezzjoni msejħa Valley Management Unit dedikata biex tagħmel xogħol ta’ riabilitazzjoni u tindif ta’ widien u ġibjuni tal-ilma tax-xita. Din is-sezzjoni fiha 29 ħaddiem, inkluż periti u uffiċjali tekniċi. Dan il-vot għas-sena kurrenti jammonta €400,000.
Jista' l-Ministru jgħid fejn imur l-ilma li jiġbru l-culverts li jsiru fit-toroq Maltin u Għawdxin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ilma li jinġabar fil-culverts li jsiru fit-toroq imur parti minnu ġewwa ġwibi, parti oħra fil-widien u hemm parti ta’ toroq li huma viċin il-baħar, fil-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx għamel studju ħalli jara fejn jispiċċa l-ilma li tiġbor kull culvert li għandna f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sezzjoni tal-Manutenzzjoni tal-Widien tal-Ministeru għaddejja b’ eżercizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar ġibjuni li jilqgħu l-ilma tax-xita ġewwa Malta. Bħala parti minn dan l-eżercizzju qed tinġabar ukoll informazzjoni dwar il-culverts li minnhom jintlew dawn il-ġibjuni. Dan l-eżerċizzju qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Transport Malta u l-Water Services Corporation li għandhom numru ta’ culverts li huma responsabbli għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jnaddaf il-culverts, jekk huwiex il-kunsill lokali jew xi ħadd mill-Ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tindif tal-culverts huwa r-responsabilita ta’ dik l-entita li taħtha taqa ir-responsabbilta’ tal-area jew triq ta’fejn ikunu jinstabu dawn il-culverts. Jekk dawn il-culverts ikunu f’ toroq arterjali jew distributorji dawn jaqgħu taħt ir-responsabilita ta’ Transport Malta li ghanda ftehim mad-Direttorat tal-Indafa biex inaddafhom. Fil-kaz ta’ toroq oħra lokali dawn jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali rispettiv. Hemm ukoll ċertu culverts li jinstabu f’ areas li huma direttament taħt ir-responsabilita tal-Gvern Ċentrali u li jitnaddfu mill-MInisteru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu qattx għamlu xogħol ta' tindif ta' culverts? Jekk iva, f'liema lokalità u għal kemm-il sena wara xulxin għamluh?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28292, ninfurmah li qabel ma kienet devoluta ir-responsabbiltà għat-toroq lokali lill-Kunsilli Lokali rispettivi, dan ix-xogħol kien isir mill-iStorm Water Unit. Ngħarrfu wkoll li l-Ministeru jagħmel ukoll tindif ta’ culverts li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Kunsilli Lokali meta dawn jagħmlu talba f’dan is-sens u jintlaħaq ftehim dwar il-ħlas għal dan ix-xogħol.
Arranġament simili seħħ għas-sentejn 2009 u 2010, fejn sar xogħol simili bi ħlas għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.
Ta’ Xbiex Seafront, Msida — dry standing facilities
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja stqarrija tal-Ministeru li tmur lura sas-sena 2004 li l-Fisheries Conservation and Control Division kienet se tesiġi li dry standing ta’ dgħajjes kbar lejn Marsaxlokk kienet se sseħħ appena d-dry standing facilities proġettati jkunu stabbiliti, dan xorta waħda mhuwiex isir fir-rigward ta’ Ta’ Xbiex Seafront, Msida minkejja li huwa mifhum li dawn id-dry standing facilities ilhom miftuħin f’Marsaxlokk għal xi snin? Nixtieq nirrferi l-Ministru għall-ittra tad-Direttur Ġenerali lil Ta’ Xbiex sea front residents, Msida bid-data tal-5 ta’ Novembru, 2004.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda obbligu li d-dgħajjes jittellgħu għall-manutenzjoni biss fil-faċilitajiet offruti mid-Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd f’ Marsaxlokk, l-iskalm imsemmi huwa soġġett għar-regolamenti ppublikati fil-Bye-Law K.L.B 41/08/2011 maħruġ mill-Kunsill-Lokali tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jingħalqu t-toroq ta' madwar il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa? Jista' jgħid x'inhu t-titlu li tagħti l-liġi meta xi ħadd ikun ilu jgħaddi minn mogħdija jew triq, jew jagħmel użu minn art għal aktar minn 30 sena? Jista' jgħid għaliex il-partijiet l-oħra tal-park (naħa ta' Għajn Tuffieħa) ma ġewx magħluqa? Jista' jgħid jekk din il-parti tal-park ġietx magħluqa biex dak li ma sarx bil-korsa tal-golf isir bl-iskuża tal-park? Jista' jgħid jekk din il-parti tal-park ġietx magħluqa biex issir azzjoni negattiva ma' dawk il-bdiewa u nies li s'issa għadhom jiffrekwentaw il-post talli pprotestaw kontra l-korsa tal-golf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
San Ġwann — Triq Gladjoli - tindif ta' ħawt ħdejn sub station
Question
Billi hemm ħawt kbir mad-dawra tas-sub station tal-Korporazzjoni Enemalta li hemm fi Triq Gladjoli f'San Ġwann, li l-kunsill lokali qed jgħid li mhuwiex responsabbli għaż-żamma tiegħu, jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex dan jinżamm nadif il-ħin kollu u miżbur għax qed iwassal għal ħafna ġrieden għad-dannu tas-saħħa u l-inkonvenjent tar-residenti tal-akkwati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi minn ispezzjoni li saret fil-post imsemmi, jirriżulta li din taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Għalhekk saret laqgħa mal-Kunsill Lokali San Ġwann fejn intlaħaq qbil li jsir ix-xogħol ta’ qtugħ ta’ ħaxix immedjatament matul din il-ġimgħa stess. Din iż-żona se tibqa’ tiġi segwita mill-kunsill lokali
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30226 u 29883 u jikkonferma kemm il-WasteServ li tiddependi ħafna fuq fondi pubbliċi, għandha tagħti u tieħu mingħand il-kumpanija Green MT? Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-ammonti? Kif se jsir il-ħlas? Se jsiru xi off-sets? Meta mistennija jsiru dawn is-settlements?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30347.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet għas-sussidju li daħlu għand l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi għal dawk li huma pannelli fotovoltajiċi matul l-2010 u l-2011 (sa Ottubru) rispettivament? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm fil-fatt diġà tħallsu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30372, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub dwar iż-żewġ kategoriji ta' pitkala li huma msemmija fid-domanda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onoreveli Interpellant li n-numru ta’ persuni li joperaw bħala pitkala ġewwa l-Pitkalija ta' Malta huwa ta’ 17, filwaqt li f’Għawdex hemm pitkal wieħed. In-numru ta’ persuni li joperaw bħala pitakla ġewwa l-Pixkerija f’ Malta, huwa ta’ ħmistax. L-ebda pitkal tal-ħut ma jopera minn ġo Għawdex, peress li ma hemmx Pixkerija f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar investiment u kemm huwa pjanat li jsir investiment għal matul is-sena 2012 fis-sit storiku li jinstab ir-Rabat Malta, li huwa magħruf iktar li jinstab f'Sawra, fejn liema sit jinstab zdingat u mimli ħaxix ħazin? Jista jgħid x'hemm pjanat għal dan is-sit matul ix-xhur u s-snin li ġejjin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjanijiet għas-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fiż-żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi minn tal-EU għall-għajnuna biex jkunu jistgħu jinbnew u jiġu rranġati ħitan tas-sejjieħ ? Jista' jgħid kemm fadal fondi għal din l-iskema? Jista' l-Ministru jgħid meta tqassmu dawn il-fondi u kemm għandhom zmien il-bdiewa u kulmin kwalifika ghal dawn il-fondi biex jkun jista jagħmel dan il-progett li għalih ħadu il-fondi? Jista' jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq il-post biex jaraw li dawn il-progetti saru? Jista' jgħid kemm hemm min ħa il-flus u ma sarux spezzjonijiet fuq is-sit tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet għar-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ ġew milqugħa fl-2004, 2005 u 2006 u s’issa tħallsu €4,565,068 Il-pagamenti fuq din l-iskema huma mifruxa fuq ħames snin peress li skont il-mizuri agro ambjentali l-pagament huwa ta’ 20% f’kull sena ta’ dan il-perjodu. S’issa tħallsu l-pagamenta ta’ bejn 2004 u l-2009. Għad fadal madwar €1.3miljun oħra x’jitqassmu iżda qabel ma jsir l-aħħar pagament, huwa meħtieġ li ssir spezzjoni fuq il-post biex ikun verifikat li r-restawr sar. Diġà saru 1380 spezzjoni fuq il-post u għad fadal 363 oħra xi jsiru. Dawn tal-aħħar jinkludu dawk li ma lestewx ix-xogħol u li ngħatatilhom estensjoni sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2011 biex ix-xogħol ikun mitmum.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-iscaffolding li qed jintuża fir-restawr tal-fortifikazzjonijiet f'Malta u Għawdex mis-sena 2010 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjez tal-iscaffolding li qed jintuża fir-restawr tal-fortifikazzjonijiet f’Malta u f’Għawdex mill-2010 hu kollu inkorporat bħala parti min-nefqa tal-kuntratti għar-restawr. Għaldaqstant, meta jingħata kuntratt ta’ xogħol ta’ restawr, in-nefqa totali ta’ dak il-kuntratt tkun tinkorpora tinkludi l-ispejjeżż tal-iscaffolding. Mill-2010 sa llum, intefqgħu total ta’ Eur 6.2 miljun f’xogħol ta’ restawr fil-Belt, Birgu, Mdina u Cittadella, inkluż l-iscaffolding.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W272 u ċioe: jgħid b'kemm naqsu l-emissjonijiet ta' diossidu karboniku min-naħa ta' pajjiżna mill-2008 għall-2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-tnaqqis tal-emmissjonijiet ekwivalenti għad-diossidju tal-karbonju (li jinkludu id-diossidju tal-karbonju (CO2), l-ossidu nitruż (N2O) il-metan (CH4), il-karbonji idrofluworinati (HFCs), il-karbonji perfluworinati (PFCs), u eżafluworur tal-kubrit (SF6)) bejn l-2008 u l-209 kien ta’ 142.39Gg ekwivalenti għal 4.7% tnaqqis :
Il-proċess tar-rappurtaġġ ta’ dawn l-emissjonijet għas-sena 2010 għadu għaddej bħalissa u għalhekk l-eżerċizzju ta’ estimi għadu mhux konkluż
Il-kalkoli tal-gassijiet serra jinkludi dawn is-sitt klassijiet ta’ gassijiet peress li huma kollha magħrufa li għandhom l-effett ta’ gass serra. Il-kalkoli jsiru bl-applikazzjoni ta’ potenzjal ta’ tisħin b’effett serra.
Riġenerazzjoni tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari W403 u ċioe: jgħid kemm intnefqu flus matul l-2011 fuq ir-riġenerazzjoni tal-Magħtab? Kemm intnefqu fuq ir-riġenerazzjoni ta' Wied Fulija u fuq ir-riġenerazzjoni tal-Qortin? Jista' jagħti d-data ta' meta l-famliji se jkunu jistgħu jibdew igawdu kull wieħed minn dawn il-family parks?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tigħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-applikazzjoni għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006), Miżura 3.3 - Sajd, Sotto-Miżura 3.3.1 - Flotta, jista' l-Ministru jikkonferma kemm ingħataw fondi lil kull applikant li ġie aċċettat? Jista' jikkonferma li kull applikant li ġie aċċettat kellu 75 jum fuq il-baħar iċċertifikat bis-sistema tal-Vessel Management System? Jista' jgħid kemm kien il-budget kollu allokat, kif ġie mqassam u jekk kien hemm xi flus li ma tqassmux fejn ġew allokati u kif ġew accounted for?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-obbligu tal-istallar tal-VMS permezz tal-Avviż Legali 407 tal-2004 ġie fis-seħħ għal bastimenti akbar minn 15-il metru b’mod obligatorju fl-1 ta’ Jannar tal-2006 u għal dawk iżgħar minn 15-il metru iżda ikbar minn12-il metru fl-1 ta’ Marzu 2010, ma setax isir iċ-ċertifikar permezz tal-VMS fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006).
L-allokazzjoni oriġinali kienet ta’ €673,333. Iżda peress li it-talba kienet għola u peress li kien għad baqa’ fondi minn progetti u skemi oħra taħt l-istess programm tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006) li ma kienux utilizzati totalment, dawn ġew ri-indirizzati biex ikunu utilizzati għall-Aġġustament tal-isforz tas-Sajd sabiex eventwalment tqassmu €874,929.
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex l-approvazzjoni biex tagħmel xogħol privat hekk kif jitlob il-Public Service Management Code? Peress li din il-persuna hija nvoluta sew f'xogħol privat, jekk jinsab li din m'għandhiex approvazzjoni x'passi se jittieħdu fil-konfront tagħha? Jista' jagħti dettalji tax-xogħol li din il-persuna hija nvoluta fih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-persuna indikata tagħmel parti mid-Dipartiment għat-Tindif u l-Manutenzjoni u ma jirriżultax li għandu approvazzjoni għal xogħol privat. Fil-każ li din il-persuna tinqabad fuq lant ta’ xogħol privat waqt il-ħin tax-xogħol, jittieħdu passi dixxiplinari bl-istess mod ta’ kif diġà sar f’każ preċedenti.