Legislature:
Category:
Reset
Active:

Festi Lokali — Fondi u Kriterji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kif jistgħu jintefqu l-fondi li huma mwiegħda għal kull festa lokali (€14,000) u x'inhuma l-kriterji?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.

Il-Qrendi – Community clinic — Binja

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18899 u 19165, jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun l-użu tal-binja ġaladarba din mhix ser tintuża bħala community clinic fil-lokalità tal-Qrendi?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat mill-istess Kunsill li l-materja in kwistjoni qed terġa’ tiġi diskussa.

Il-Fgura — Triq il-Liedna - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19163 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid għaliex Triq il-Liedna fil-Fgura, li ftit xhur ilu sar ir-rikostruzzjoni tagħha, qed terġa’ tinqala (jitqatta’ gandott)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ma ngħatatx kuntratti mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jew mill-entitajiet u awtoritajiet rispettivi.

Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm ħames snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta' dan l-iscaffolding?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ix-Xgħajra — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19095 Ix-Xgħajra 9 € 30 35 37 7 Xejn Xejn

San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali – ħruġ ta’ permessi billejl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar ħariġx permessi għal billejl matul is-sena 2024? Jekk iva, jista' jgħid meta nħarġu l-permessi, fejn inħarġu l-permessi, f'liema ġranet u ħinijiet inħareġ kull wieħed minn dawn il-permessi, għal xiex inħareġ il-permess (tip ta' makkinarju, għeluq ta' triq eċċ.) u x'kienet ir-raġuni li l-permess ħareġ għal billejl?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.

Raħal Ġdid — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19089 Raħal Ġdid 21 € 93 46 41 25 1 Xejn

Ħal Għaxaq — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19090 Ħal-Għaxaq* 13 € 74 16 21 8 Xejn Xejn Nota: Il-librerija bħalissa tinsab temporanjament magħluqa għall-pubbliku biex issir rinnovazzjoni tal-binja tal-iskola li tinkorpora l-librerija.

Marsaxlokk -Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19091 Marsaxlokk 16 € 64 45 48 13 Xejn Xejn

Żejtun — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żejtun matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19092 Żejtun 13 € 54 28 34 7 Xejn Xejn

Wied il-Għajn — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19093 Wied il-Għajn 12 € 33 30 28 13 1 Xejn

Il-Kalkara — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Kalkara matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ Numru Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 Kotba Bil-Malti Kotba bl-Ingliż Kotba bit-Taljan Kotba bil-Franċiż 19094 Kalkara 14 € 45 74 53 35 Xejn Xejn

Il-Gudja — Ġnien Ġilormu Cassar - Latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-latrini pubbliċi li hemm fi Ġnien Ġilormu Cassar, fil-Gudja, għadhom magħluqin? Jista’ jgħid ukoll meta dawn ser jinfetħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-latrini pubbliċi li hemm fi Ġnien Ġlormu Cassar bħalissa huma magħluqin minħabba x-xogħol ta' manutenzjoni li qed isir fl-istess ġnien. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet ser ikunu qed jinfetħu mill-ġdid.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7019 u 4243 u 5979, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur rispettivament, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9096 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mija u tnejn u sebgħin (172) ħaddiema mal-kuntrattur jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u entitajiet li jaqgħu taħtu, bil-maġġoranza assoluta tagħhom ikunu jew cleaners, jew security guards, jew receptionists/customer support officers, jew audioguides, jew handymen.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12034 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (BONNICI, OWEN)

It tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12072 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u kif ġiet mgħoddija lili. Ukoll irid jingħad li fil-frattemp li nġabret l-informazzjoni de quo ġiet ukoll imħabbra l-għażla tas-Sinjura Vanessa Mangion bħala Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u ngħatat spjega dettaljata tal-kwalifiki, esperjenza u ħiliet tagħha.