Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16462 u 17308 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Baġit 2024 – Inċentiv għal ħaddiema tas-servizz li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16535 u 17440 u ċjoè: Filwaqt li ssir referenza għal inċentiv tal-Baġit 2024 li permezz tiegħu dawk il-persuni tas-servizz li mill-2024, jagħżlu li jagħtu servizz lil hinn minn 29 sena, jista’ l-Ministru jgħid, jekk hemmx il-lok illi din il-miżura tiġi applikata retrospettiva u ċjoè li kull persuna li llum diġà qiegħda tagħmel perjodu addizzjonali tas-servizz tkun eleġibbli, u dak iż-żmien ta’ servizz oltre li tat diġà, ikun jgħodd f’din l-iskema u jkun jista’ jibbenefika mill-inċentivi, minflok dawn jibdew jgħoddu mill-2024 ’il quddiem biss? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux ser ikun hemm diskriminazzjoni u jagħti r-raġuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara aħjar l-mistoqsija tiegħu.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati centralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20428 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha, hija kif ġej: - Bejn l-2013 u l-2017, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija kien għadu mhux mwaqqaf b’liġi. - Fl-2018, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva lment wieħed, li ġie solvut; liema lment kien dwar rifjut ta’ warrant. - Fl-2019, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija ma’ kellu l-ebda lment mressaq quddiemu. - Fl-2020, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva lment wieħed, li ġie solvut wara li l-Bord sojega lil applikanta 'l għaliex ma setatx tingħata l-warrant. - Fl-2021 u fl-2022, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija ma’ kellu l-ebda lment mressaq quddiemu. - Fl-2023, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva 3 ilmenti dwar l-etika’ tal-professjoni. 2 minn dawn l-ilmenti ngħalqu filwaqt li l-ilment l-ieħor għadu ma ngħalaqx. - Fl-2024, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva lment wieħed fuq reovka ta’ warrant; liema kas għadu mhux magħluq minħabba deċiżjoni tal-Qorti.

Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20427 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-liġi li tirregola l-Professjoni tal-Counsellors (Chapter538 tal-Liġi Maltija) ilha nwaqqfa mill-2014, filwaqt li l-Kunsill ġie stabbilit fis-sena 2015. Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling ma rċieva l-ebda lment bejn fl-2015 u l-2016. Fl-2017, l-kunsill irċieva applikazzjoni ta’ 10 counsellors li jaħdmu mal-Fondazzjoni Kana liema individwi ma kellhomx kwalifika f’livell ta’ Masters fil-Counselling kif rikjest mill-Att li jirregola l-professjoni, iżda kellhom biss diploma. Wara diskussjoni fit-tul u wara li saret emenda speċifika fil-liġi dawn ingħataw ‘restricted warrant’ taħt il-‘grandparenting clause’ u jistgħu jahdmu ta’ counsellors bil-limitazzjoni li jagħmlu dan ix-xogħol mal-Fondazzjoni Kana biss. Fil-liġi, il-grandparenting clause kella żmien stipulat meta din tibda u tgħalaq. Fl-2018 u fl-2019, l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling ma rċieva l-ebda lment. Fl-2020: Il-kunsill irċieva applikazzjoni minn għand persuna b’Masters u Dottorat iżda li madanakollu dawn l-kwalifiċi ma kienux fil-Counselling u allura l-applikazzjoni ta’ din l-persuna ġiet rifjutata. Il-persuna kkonċernata bagħtet ittra mingħand il-konsulent legali tagħha li twieġbet mill-Avukat tal-Kunsill fejn intqal li l-kawlifiċi ppreżentati ma kienux in konformità mar-rekwiżi tal-Att. Fl-2021 u fl-2022 l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling ma rċieva l-ebda lment. Fl-2023, il-Kunsill irċieva 3 ilmenti. Ilment minnhom kien mingħand applikant li l-applikazzjoni tiegħu ġiet rifjutata ‘il għaliex il-kwalifiċi tiegħu mill-Italja ma kienux jissodisfaw r-rekwiżiti legali. L-ilment l-ieħor kien dwar prattika ħażina ta’ professjonist, fejn wara investigazzjonijiet preliminari dan l-ilment ġie rtirat mill-persuna li għamlet l-ilment. It-tielet ilment li rċieva l-kunsill, fl-2023 kien ukoll dwar prattika ħażina tal-professjoni; liema lment ġie diskuss mill-Kunsill fejn ġie ddeterminat li tali lment ma kienx jimmerita aktar stħarriġ stante li ma kienx hemm bażi għal investigazzjoni ulterjuri ‘il għaliex l-ilment ma kienx ġustifikat. Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata wkoll lil min għamel l-ilment. Fl-aħħar nett, fl-2024, sad-data li fiha qed tiġi ppreżentata din l-interpellanza, l-Kunsill irċieva lment wieħed fl-aħħar ġimgħat li qiegħed jiġi nvestigat, li wkoll qiegħed jalludi għal potenzjal ta’ prattika ħażina.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Kunsilliera Lokali fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi huwa dak ta’ tnejn.

Settur tal-Kostruzzjoni – Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal- Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W209.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W227.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellan għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W246.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W266.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W284.

Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali — Impjiegi permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20173 u 20301 u jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li ngħataw sapport sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg permanenti wara li jkunu temmew il-kura neċessarja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wieħed ma jistax jorbot is-saħħa mentali tal-individwu direttament mat-tfittxija għall-impjieg biss. Fil-fatt, il-professjonisti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) jaħdmu ma’ professjonisti oħra f’timijiet multi-dixxiplinarji biex jagħtu għajnuna ħolistika lil persuni li jeħtieġu għajnuna għal kundizzjoni ta’ saħħa mentali. Fil-fatt, matul l-2023, il-professjonisti tal-FSWS ħadmu ma’ 1,219-il persuna li semmew is-saħħa mentali bħala l-problema primarja tagħhom. Dawn in-nies ingħataw għajnuna mill-professjonisti li jaħdmu mal-FSWS, fiċ-ċentri tas-saħħa fejn l-FSWS għandha preżenza ta’ ħaddiema soċjali. Tali għajnuna ngħatat ukoll lil 853 persuna oħra li l-problema primarja tagħhom ma kinitx is-saħħa mentali iżda li seta’ kellhom sfidi ta’ saħħa mentali fl-imgħoddi u li b’xi mod ħalliet effett fuqhom. Ovvjament, jekk kien hemm persuni fost dawn l-individwi li, fost l-oħrajn, riedu għajnuna biex isibu u jibqgħu fl-impjieg dawn ingħataw għajnuna għal din l-materja wkoll.

Benefiċċji Soċjali – kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali li jikkwalifikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali huma mniżżla fil-lista tal- kundizzjonijiet li għalihom jistgħu jingħataw benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) jipprovdi għal diversi ċirkustanzi ta’ saħħa mentali fir-rigward ta’ benefiċċji. Artikolu 20 jipprovdi ħlas tal-Għajnuna għal Mard, meta persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ test tal-mezzi skont il-proviżjonijiet tat-Tieni Skeda tal-istess Att fir-rigward ta’ meta persuna tkun tbati minn skiżofrenija, bi-polar disorder u dipressjoni bi psikosi. Barra minn hekk dan l-istess Artikolu jirreferi għal kundizzjonijiet varji li jinsabu f’Taqsima I tal-Ħames Skeda. Artikolu 23 jipprovdi intitolament għall-Għajnuna Medika bla Ħlas fuq diversi kundizzjonijiet li jinsabu f’Taqsima II tal-Ħames Skeda u jekk il-persuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ test tal-mezzi skont il-proviżjonijiet tat-Taqsima III tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Artikolu 26 jipprovdi intitolament għall-persuni li saħħithom tkun irrendiethom inkapaċi għal kwalunkwe tip ta’ xogħol u jekk il-bord mediku maħtur taħt l-Artikolu 106 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) jiddeċiedi li l-persuna tissodisfa t-Tabelli tal-Indeboliment skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 318.21 tal-istess Att. Barra minn hekk, permezz tar-riforma introdotta fil-Budget 2024, persuna li tbati minn kundizzjonijiet li jistgħu jinkludu wkoll saħħa mentali, tista’ tapplika għal assistenzi għal diżabilità jekk tali kundizzjoni tkun qed tikkawżalha problemi ta’ funzjonalità, u dan wara li ġie introdott l-Artikolu 106 (g) fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) sabiex ġie mwaqqaf bord inter-professjonali u l-istess bord ikun jista’ jevalwa l-applikazzjoni skont standards internazzjonali tal-World Health Organisation u magħruf bħala ICF.

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali – Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ f’Malta — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ f’Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.