Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11701 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal Industrijali — nuqqas ta' chairmen

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk hemmx kawżi quddiem it-Tribunal Industrijali li jinsabu mwaħħlin minħabba li m'hemmx chairman, jiġifieri m'hemmx chairman appuntat biex jisma l-każ? Kemm hemm kawżi li jinsabu mwaħħlin b'din il-manjiera? Kemm ilhom imwaħħlin? Meta se jinħatru ċ-chairmen il-ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kap. 452 tal-liġijiet ta’ Malta jippreskrivi li c-chairpersons tat-Tribunal Industrijali jinħatru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Il-konsultazzjoni biex jinħatar l-panel għall-perjodu li jmiss ilha li nbdiet u ser tkompli fis-seduta li hi skedata għal ftit ġranet oħra. Informat ukoll li hemm 30 każ li jridu jiġu appuntati. Kull wieħed minn dawn il-każijiet ilu pendenti mid-data li ġie ppreżentat li tvarja bejn d-19 ta’ Ġunju u t-22 ta’ Ottubru ta’ din is-sena u każ minnhom diġà ġie ċedut fir-reġistru.
Leg 11 PQ #11728 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — emails

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (DALLI, JOHN)

Kull uffiċjal għandu jagħti risposta fl-iqsar ħin possili skond iċ-ċirkostanzi. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji ta’ ‘xi emails’ riferuti għal din il-Mistoqsija biex wieħed ikun jista’ jagħti risposta aktar preċiża.
Leg 11 PQ #10148 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni barranin jaħdmu legalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu legalment illum? Kemm huma mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn pajjiżi oħra? Minn fejn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10570 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti illegali — twelid ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn ġenituri ta' immigranti illegali din is-sena f'pajjiżna kif ukoll fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalkemm għandna informazzjoni fuq kull twelid li jseħħ hawn Malta, ma nkunux nafu jekk dawn humiex immigranti illegali jew le.
Leg 11 PQ #10571 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tfal minn immigranti llegali b'ġenitur wieħed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tfal minn immigranti llegali li huma b'ġenitur wieħed, jiġifieri l-missier mhux magħruf?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.

anzjani jistennew biex jidħlu ġo xi dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'Diċembru ta' kull sena kien hemm anzjani jistennew biex jidħlu ġo xi dar tal-anzjani matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' persuni li kien hemm jistennew biex jidħlu ġo xi Dar ta' l-Anzjani f'Diċembru tas-snin imsemmija kien hekk :- 2005 - 994 2006 - 1148 2007 - 1177 2008 - 945 2009 - 1042 (sa Awwissu). B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 10706, informat ukoll li t-total ta' anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule, jagħmlu parti minn dawn il-figuri mogħtija.

anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kien hemm anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule f'Diċembru tas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' anzjani li kienu fuq il-lista ta' stennija biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule fis-snin imsemmija huwa hekk :- Sena Irġiel Nisa Total 2005 223 393 616 2006 113 247 360 2007 142 323 465 2008 164 365 529 Awwissu 2009 195 460 655.

Sptar pubbliku — social cases

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' social cases li kien hemm fl-isptar pubbliku jistennew biex jiġu trasferiti għal residenza oħra matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-medja ta' social cases li kien hemm fl-Isptar San Luqa bejn l-2005 u l-2007 u tal-Intermediate Care Patients li kien hemm fl-Isptar Mater Dei minn l-2008 sallum, jidhru fit-tabella hawn taħt. Din it-tabella tagħti l-medja ta' kuljum ta' pazjenti li kienu qegħdin jistennew biex jiġu trasferiti għal Residenza jew Sptar ta' Rijabilitazzjoni. Qabel il-migrazzjoni ta' l-Isptar San Luqa lejn l-Isptar Mater Dei, dawk il-pazjenti li kellhom bżonn ta' kura fit-tul (long term care) kienu jiġu irreġistrati bħala social cases. Fl-Isptar Mater Dei, pazjenti li jkunu spiċċaw mill-kura għall-kundizzjoni tagħhom iżda jkollhom bżonn ta' rijabilitazzjoni qegħdin jiġu reġistrati bħala Intermediate Care Patients. Għalhekk wieħed ma jistax jqabbel in-numru ta' social cases bejn l-2005 u l-2007 mal-Intermediate Care Patients mis-sena 2008 'l quddiem. Sena(Sptar San Luqa) Medja ta' social cases kuljum 2005 73 2006 72 2007 68 Sena(Sptar Mater Dei) Medja ta' Intermediate Care Patients kuljum 2008* 58 2009(Jannar sa Awwissu) 101 *Lejn l-aħħar ta' Novembru 2007 ġew miftuħa ħames swali fl-Isptar Karen Grech biex jilqgħu pazjenti li għandhom bżonn ta' rijabilitazzjoni.

Home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha mwaqqfa l-iskema tal-home help? Jista' jgħid kienx hemm xi studju kontinwu biex jara kif din l-iskema tal-home help qed tiżviluppa? Jista jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir rievalwazzjoni tas-sistema home help?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-iskema tas-Servizz tal-Home Care Help ilha mwaqqfa mill-1989. Din is-sena saret evalwazzjoni dwar id-domanda għal dan is-servizz u l-bżonnijiet ta' dawk il-persuni li permezz tiegħu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-Komunità.

Ħaddiema mal-Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu biex jagħtu s-servizz tal-home help, jekk humiex short of staff u jekk teżistix waiting list għal dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità hemm 283 Part-Time Social Assistants jaħdmu biex jagħtu s-servizz tal-Home Help. Bħalissa hemm nuqqas ta' 20 Part-Time Social Assistants u hemm 152 households jistennew li jingħatalhom is-servizz.
Leg 11 PQ #11388 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

skema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11118 u jgħid x'inhi l-analiżi li għamel il-Ministru dwar is-suċċess o meno tal-iskema ta' l-Ispiżjar ta' l-Għażla Tiegħek? X'għandu jkun il-ġejjieni ta' din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11443 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10875 u jgħid kemm hemm persuni li huma ntitolati għall-karta r-roża? Min hu intitolat għaliha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11563 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

dħul tal-Gvern minn servizzi residenzjali u kura fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern fl-2008 u din is-sena sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħid kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ. għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11670 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħaddiema abbażi ta’ kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11722 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ħlas ta' kera — ammont minimu

Question

Billi issa ġie stabbilit l-ammont minimu ta' kera li għandu jitħallas meta xi ħadd ikun bil-kera, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan l-ammont minimu hux ser jibda jitħallas ukoll lil dawk is-sidien li l-proprjetà tagħhom kienet meħuda bis-sistema ta' possession and use?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont minimu stipulat fil-liġi tal-kera ser ikun qed jitħallas lil dawk is-sidien li l-proprejtà tagħhom kienet miħuda bis-sistema ta’ possession and use.
Leg 11 PQ #11773 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Diviżjoni dwar il-Manutenzjoni tad-Djar — servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Divizjoni dwar il-Manutenzjoni tad-Djar spiċċatx jew le? Jekk iva, għaliex? X''ser isir minn dawk li jitolbu dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li r-responsabbilità dejjem kienet taqa’ taħt l-Awtorità tad-Djar u hekk ser jibqa jsir. L-inkwilini jridu japplikaw għall-għajnuna taħt id-diversi skemi li qed tħaddan l-Awtorità u wara li jsir il-means testing, tingħata l-għajnuna skont is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-inkwilini.
Leg 11 PQ #11774 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Unjoni Ewropea — għajnuna tal-parroċċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex wieħed ikun intitolat għall-għajuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea mill-parroċċi? Jista' jgħid liema huma l-paroċċi li qed iqassmu dan l-ikel? Hemm xi għaqdiet volontarji li qed iqassmu dan l-ikel? X'kienu l-kriterji tas-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #11804 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Thalassemia — approvazzjoni tal-pillola EXJADE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.