Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors f’Bormla hijiex tinfetaħ u jekk hijiex qed tiġi kkurata? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex possibli li l-faċċata tagħha tinżamm f’kundizzjoni aħjar?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tempji ta’ Kordin f’Għajn Dwieli, magħrufa wkoll bħala Kordin III, humiex jinfetħu u jekk humiex jiġu kkurati fuq bażi regolari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sit ta’ Kordin III huwa taħt il-kura ta’ Heritage Malta, li hija responsabbli għall-konservazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu. Is-sit jinfetaħ matul Open Days, għal attivitajiet speċjali organizzati mill-aġenzija, kif ukoll għal żjarat minn gruppi jew individwi li jippreżentaw talba biex iżuruh.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forti ta’ Delimara hijiex tinfetaħ u jekk hijiex qed tiġi kkurata fuq bażi regolari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Forti Delimara jiġi kkurat fuq bażi regolari minn Heritage Malta. L-Aġenzija tkompli b’mod kontinwu bl-isforzi tagħha ta’ restawr u ristrutturar sabiex tassigura l-preservazzjoni tas-sit u li dan jinżamm f’kundizzjoni sigura kemm jista’ jkun. Is-sit jinfetaħ għall-pubbliku matul Open Days u għal attivitajiet speċjali organizzati mill-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit tal-Villa Rumana Tas-Silġ, f’Marsaxlokk hijiex tinfetaħ u jekk hijiex qed tiġi kkurata fuq bażi regolari? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm progress fir-rigward tat-tibdil tat-triq li tgħaddi mill-istess post?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sit arkeoloġiku ta’ Tas-Silġ huwa wieħed ta’ użu reliġjuż tul perjodu twil ta’ żmien, li jmur minn dak Neolitiku sa tal-inqas dak Biżantin. Heritage Malta hija konxja mill-importanza li dan is-sit iġorr fl-istorja u l-arkeoloġija ta’ Malta kif ukoll taċ-Ċentru tal-Mediterran. Għaldaqstant, il-ħidma ta’ Heritage Malta hija kontinwa sabiex is-sit jiġi kkurat u ppreservat. F’dawn l-aħħar xhur, beda x-xogħol sabiex is-sit jiġi dokumentat b’mod diġitali, jibda l-proċess ta’ conservation assessment u jiġu indirizzati wkoll l-elementi l-oħra identifikati bħala prijoritajiet fil-management brief tas-sit. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jkomplu fis-snin li ġejjin. It-tneħħija tat-triq hija, fil-fatt, waħda mill-prijoritajiet ewlenin indikati fil-management brief. Ix-xogħol f’dan ir-rigward għaddej. Il-proċessi meħtieġa biex dan jitwettaq għaddejjin ukoll fuq diversi fronti.
Ninsab infurmat ukoll li bħala sit, Tas-Silġ jibqa’ aċċessibbli għal żjarat permezz ta’ booking kif ukoll waqt Open Days organizzati mill-Aġenzija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28251, 28411 u 28737 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?
Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27796, 28070 u 28419 u jgħid kif qed jitħaddem il-‘cultural test’ li jikkwalifika programmi lokali ta’ reality tv għal grants mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jagħti lista ta’ programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid il-valur ta’ fondi li ngħata kull programm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat kif ġej:
Fil-każ ta’ kif qed jitħaddem it-test imsemmi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-guidelines ippublikati fuq is-sit
www.screenmalta.com
fis-sezzjoni tal-cash rebate incentives guidelines, taħt id-dokument relatat mar- ‘Reality and Game Shows’.
Fil-każ tal-programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films, u l-valur ta’ fondi mogħtija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ programmi kif mgħoddija lili.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28732 jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ftehim biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma baqax impjegat tat-Teatru Manoel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-Teatru Manoel ittermina l-kuntratt tal-individwu a bażi tal-Artikolu 36(11) tal-Kap. 452 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Selmun, Il-Mellieħa — Triq il-Fortizza ta’ Campbell - Stone Marker
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istone marker li kienet tinsab fi Triq il-Fortizza ta’ Campbell, f’Selmun, il-Mellieħa, u li huwa maħsub li tmur lura għall-bidu tas-seklu 20, ġietx imneħħija, irkuprata jew irrappurtata waqt jew wara l-ħidma li saret fuq dan is-sit? Jekk hija ppreservata xi mkien, jista’ jgħid fejn tinsab u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument ta’ prova ta’ fejn tinsab? Jekk din hija mitlufa, jista’ jgħid x’ser ikun qed isir biex dan l-artefatt jinstab?
Jista’ jgħid ukoll x’passi qed jittieħdu mill-Ministeru biex jiġi żgurat li kull artefatt kulturali u storiku misjub fuq siti pubbliċi ta’ valur storiku, ikun identifikat, ippreservat, dokumentat u kkomunikat b’mod trasparenti mal-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għadha kemm ġiet infurmata b’rapport rigward l-istone marker f’Selmun, il-Mellieħa u għaldaqstant għad trid tinvestiga l-każ.
Infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tiġbor inventarju nazzjonali ta’ patrimonju immobbli kif ukoll mobbli, hekk kif inhu mitlub bil-ligi skont Artiklu 7(5)(a) tal-Att tal-Patrimonju Kulturali. L-Inventarju Nazzjonali, li qiegħed dejjem jiġi aġġornat, huwa accessibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-entità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm impjegati fuq il-kotba ta’ Heritage Malta f’Jannar ta’ kull sena mill-2013 sas-sena 2025 (inklużi dawk li huma pprovduti minn kuntratturi, bħal cleaners u clerks) maqsumin bil-gradi rispettivi tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-1 ta' Jannar 2025 fuq il-kotba tal-Heritage Malta kien hemm 361 ħaddiem.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Credit/Debit cards
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23577 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u x’inxtara, item item, b’din il-credit/debit card?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox hemm żewġ cards taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali li jinkludi s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.
Il-ħruġ ta’ card jsir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi skont il-proċedura stabbilita.
Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi. Il-ħlas isir mil-line item rispettiv kif approvati fl-estimi finanzjarji tal-baġit u li kopja tagħhom diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiġu rranġati l-bankini f’Ħ’Attard u l-Mosta biex isiru iktar wheelchair friendly?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali tal-Mosta u ta’ Ħ’Attard qed jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-istandards tas-CRPD meta jiġu installati bankini ġodda. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta sa issa m’għandux pjan biex jitneħħew jew jinbidlu l-bankini eżistenti sabiex dawn ikunu aktar aċċessibbli iżda ser jara x'jista' jsir fil-futur. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard informa li, fejn hu possibbli, il-bankini ġodda kif ukoll dawk li jiġu rranġati bħala parti minn xogħlijiet ta’ manutenzjoni, qed isiru aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema persuni huma awtorizzati li jiftħu l-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali għall-pubbliku? Jista’ Kunsillier jiftaħ l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali mingħajr il-preżenza tas-Segretarju Eżekuttiv jew staff ieħor tal-Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nemmen li l-aħjar Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera huma dawk li jkunu qrib in-nies kemm jista' jkun u li jaraw in-nies kemm hemm bżonn.
Dak hu wara kollox il-qofol tal-ħidma politika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdied tagħmir ieħor bħal-see-saw fil-bandli tax-Xgħajra biex it-tfal ikunu jistgħu jilagħbu fuqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li ż-żewġ bandli li jinsabu fil-lokalità tax-Xgħajra, li ġew rinnovati fl-2023, huma t-tnejn mgħammra b’see-saw kif indikat fir-ritratti li qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif mgħoddija lili.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27906, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jibda x-xogħol ta’ tiswija tal-bankini fil-Belt, Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li bħalissa qed iwettaq xogħol preliminari biex jibda tiswijiet fuq diversi bankini f’żoni differenti tal-Belt Valletta, fosthom Triq Sant’Ursula.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28313 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?