Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-għases tal-pulizija li se jsir xogħol ta’ manutenzjoni u rinovazzjoni fihom fis-sena 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-għases tal-pulizija fejn se jsir xogħol ta’ manutenzjoni u rinovazzjoni fihom fis-sena 2018 huma l-Għasses ta’ :
B’Kara
Belt Valletta
Bormla
Ċirkewwa
Fgura
Furjana
Gżasri, Għawdex
Ħad-Dingli
Ħal Balzan
Ħamrun
Naxxar
Qawra
Raħal Ġdid
San Ġiljan
San Pawl il-Baħar
Sliema
Żurrieq
Peress li qed jingħadd li numru mhux ħażin ta’ pulizija se jtemmu s-servizz tagħhom fix-xhur li ġejjin, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkunu dawk li se jtemmu dan is-servizz xahar b’xahar minn Jannar sa Ottubru 2018? Fil-fatt x’inhu l-persentaġġ ta’ pulizija li se jitilqu mill-Korp mit-total, f’dawn ix-xhur? X’inhuma l-contingency plans tal-Korp f’dan ir-rigward?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ pulizija li talbu biex jirreŻenjaw jew jirtiraw bil-pensjoni fix-xhur li ġejjin, u cioe xahar b’xahar minn Jannar sa Ottubru 2018, huwa ta' sebgħa u għoxrin (27) kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Dan huwa madwar 1.19 % bħala persentaġġ, komparat mal-ammont globali ta' pulizija llum. Bħala kontingenza, ser ikun hemm reklutaġġi oħra din is-sena.
AC
SM
PS
WPS
PC
WPC
Total
Jan-18
1
1
1
1
7
1
12
Feb-18
2
2
Mar-18
1
1
Apr-18
1
1
2
4
May-18
1
1
2
Jun-18
2
1
3
Jul-18
0
Aug-18
3
3
TOTAL
1
2
5
1
16
2
27
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu munizzjon il-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' munizzjon hu u għal liema armi jintuża? Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġie akkwistat il-munizzjon mill-Korp tal-Pulizija jew f'liema sena ngħata lill-Korp tal-Pulizija u minn liema stat jew entità ngħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali, ta’ natura sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Armi li jinsabu fil-pussess tal-Forzi Armati ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' armi li jinsabu fil-pussess tal-Forzi Armati ta' Malta u li huma ntiżi għall-użu mill-membri tal-istess Forzi Armati? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' armi huma, f'liema sena ġew akkwistati mill-Forzi Armati ta' Malta jew f'liema sena ngħataw lill-Forzi Armati ta' Malta u minn liema stat jew entità ngħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali, ta’ natura sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom munizzjon il-Forzi Armati ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' munizzjon hu u għal liema armi jintuża? Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġie akkwistat il-munizzjon mill-Forzi Armati ta' Malta jew f'liema sena ngħata lill-Forzi Armati ta' Malta u minn liema stat jew entità ngħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali, ta’ natura sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru roadblocks mill-Korp tal-Pulizija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż u x'kienu l-abbużi maqbuda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Għaldaqstant il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi mwieġba din id-domanda, tinvolvi d-dedikazzjoni ta’ ammont sproporzjonat ta’ ħin u ta’ riżorsi. Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolarment u meta jkun meħtieġ isiru road blocks, f'diversi lokalitajiet f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru roadblocks mill-Forzi Armati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż u x'kienu l-abbużi maqbuda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant il,fiż-żmien imsemmi, ma sarux dawn it-tip ta’ roadblocks mill-Forzi Armati ta’ Malta. Il-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel dawn it-tip ta’ operazjonijiet fuq talba tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-Korp tal-Pulizija, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista' jgħid xi promozzjonjiet ingħata l-imsemmi individwu matul is-snin li ilu fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid x'każijiet ta' dixxiplina kellu jew għad għandu pendenti fil-konfront tiegħu l-imsemmi individwu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament daħal fil-Korp bħala Kuntistabbli tal-Pulizija fl-1996 u laħaq Surġent tal-Pulizija fl-2001. Huwa għandu każi ta’ dixxiplina pendenti u każ ieħor quddiem il-Public Service Commission.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Trasferiment ta’ persuni mis-Segretarjati Privati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2999 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2884, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsijiet u ċjoè x’kienu l-pożizzjonijiet tal-ħaddiema li tneħħew jew li ġew trasferiti? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X’kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew trasferiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza tal-ħaddiema tneħħew jew ġew trasferiti mis-Segretarjat tal-Ministeru, ma’ kull bidla tal-Ministru, kif inhi l-prassi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet kriminali li nbdew mill-pulizija kontra persuni akkużati bi vjolenza domestika fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li għalkemm it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata, verifiki manwali juru li kien hemm 1,204 każi kriminali li nbdew mill-pulizija kontra persuni akkużati bi vjolenza domestika fis-sena 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika minn persuni tas-sess femminili fil-konfront ta’ persuni tas-sess maskili fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma’ tinżammx taħt forma ta’ statistika. Madankollu n-numru ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika ta' persuni tas-sess femminil reġistrati mal-Pulizija matul is-sena 2017, kien jammonta għal 1,064.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika minn persuni tas-sess maskili fil-konfront ta’ persuni tas-sess femminili fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma’ tinżammx taħt forma ta’ statistika. Madankollu n-numru ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika ta' persuni tas-sess maskil reġistrati mal-Pulizija matul is-sena 2017, kien jammonta għal 333.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rapporti dwar vjolenza domestika saru minn minuri fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi nformazzjoni dwar ammont ta' rapporti dwar vjolenza domestika li saru minn minuri ma’ tinżammx taħt forma ta’ statistika. Dan peress li meta jidħlu minuri hemm ċirkostanzi, fejn ir-rapport lill-pulizija jsir minn terzi persuni f’isimhom. Mill-informazzjoni rreġistrata, fis-sena 2017 kien hemm 72 persuna ta’ taħt it-tmintax-il sena, li ġew reġistrati bħala vittmi ta’ vjolenza domestika.
Pulizija — Ħatra ta’ Assistent Kummissarju tal-Pulizija ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħatar Assistent Kummissarju tal-Pulizija ġdid biex jieħu post l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li rriżenja fit-2 ta’ Jannar 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li huwa l-ħsieb tal-Amministrazzjoni tal-Korp li timla l-post tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li rriżenja u li ddetalji tiegħu ngħataw separatament.
Korp tal-Pulizija – Każijiet ta’ membri tal-Korp li nqabdu jabbużaw minn sustanzi illeċti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li nqabdu fil-pussess ta’ droga u/jew abbużaw minn sustanzi illeċti sena b'sena bejn l-2007 u l-2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta' każi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li nqabdu fil-pussess ta’ droga u/jew abbużaw minn sustanzi illeċti sena b'sena bejn l-2007 u l-2017 kien ta' disgħa (9), kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
Ammont ta' Membri
2007
-
2008
4
2009
1
2010
-
2011
-
2012
-
2013
-
2014
-
2015
-
2016
1
2017
3
Total
9
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' kaċċaturi li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena bejn is-sena 2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Ir-reati li tressqu fuqhom dawn il-persuni kienu fuq artikli relatati mal-provedimenti tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 504.71 (qabel Marzu 2016) u 549.42 (wara Marzu 2016) dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Fejn il-każ ġie deċiż il-pieni li ngħataw, kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati bi Ksur tar-Regolamenti tal-Kaċċa:
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Ottubru
Persuni mressqa
34
83
39
30
31
Persuni misjuba ħatja
28
74
32
24
17
Persuni illiberati
6
8
3
4
8
Persuni b'sentenzi pendenti
Nil
1
3
2
6
Persuna laħqet mietet
Nil
nil
1
nil
nil
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm tressqu nassaba l-Qorti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' persuni li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2017, fuq akkużi relatati ma’ nsib kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. L-akkużi li bihom ġew akkużati dawn il-persuni kienu dawk relatati mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 504.71 u 549.42 dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti fejn ingħatat sentenza f'dawn il-każijiet, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati relatati ma’ nsib :
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Ottubru
Persuni mressqa
87
65
49
41
47
Persuni misjuba ħatja
78
62
40
33
23
Persuni illiberati
8
1
7
5
16
Persuni b'sentenzi pendenti
1
1
2
3
8
Każ irtirat
nil
1
Nil
nil
nil
Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' armi li jinsabu fil-pussess tal-Korp tal-Pulizija u li huma intiżi għall-użu mill-membri tal-istess Korp? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' armi huma, f'liema sena ġew akkwistati mill-Korp tal-Pulizija jew f'liema sena ngħataw lill-Korp tal-Pulizija u minn liema stat jew entità ngħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.