Security Committee (secret service) — Rapport annwali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tas-Security Committee (secret service) għas-snin 2023 u 2024? Jekk dawn għadhom ma tqiegħdux fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ jispjega għal liema raġuni dan ma seħħx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-dokumenti meħtieġa jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra wara li jiltaqa’ u japprova l-Kumitat tas-sigurtà li jikkonsisti fil-Prim Ministru, il-Ministru responsabbli mis-servizz, il-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Korpi Dixxiplinati — Persuni mkeċċija iżda xorta baqgħu jirċievu l-pensjoni tas-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu jservu fil-Korpi Dixxiplinati, li ġew imkeċċija, iżda xorta baqgħu jirċievu l-pensjoni tas-servizz, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kienu dawn il-persuni, f’liema Korp kienu jservu u għal kemm-il sena kienu fil-Korp rispettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-avviż legali ppubblikat fl-aħħar xhur, il-Gvern assigura pensjoni lil min ikun wettaq 25 sena servizz b’mod meritevoli. Ninsab infurmat li persuna waħda li serviet fil-Korp Dixxiplinat għal 33 sena ġiet imkeccija iżda qed tircievi l-pensjoni tas-servizz, hekk kif l-impjieg gie mitmum wara li kienet wettqet il-25 sena servizz b’mod meritevoli.
San Ġiljan — Ġnien li jmiss ma’ Triq San Ġorġ, Triq Ross u Triq il-Knisja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiż-żona tal-ġnien li tmiss ma’ Triq San Ġorġ, Triq Ross u Triq il-Knisja, f’San Ġiljan:
i. x'sorveljanza tal-pulizija qed issir fl-inħawi;
ii. jekk il-pulizija rċevietx rapporti li għandhom x'jaqsmu mat-traffikar tad-droga fl-inħawi tal-ġnien, u jekk iva, x’passi ttieħdu; u
iii. x'passi qed jittieħdu u ser jittieħdu biex dan il-ġnien, li l-iskop tiegħu kien biex ikun iffrekwentat mill-familji, ikun tassew post sigur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li minbarra rondi tal-pulizija tad-distrett u l-pulizija tal-komunità, fil-lokal indikat issir ukoll sorveljanza mill-uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit u anke t-taqsima kontra d-droga.
Fl-istess ħin il-pulizija tibqa’ taħdem ukoll fuq programmi ta’ prevenzjoni u għalhekk il-pulizija tal-komunità qegħda f’kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali fejn anke tat suġġerimenti dwar mizuri li jistgħu jsiru biex ikompli jitrażżan kull abbu¿ u l-post ikun dejjem iktar sigur għall-użu tal-pubbliku. Il-Pulizija se tkompli ssegwi dan l-istil ta’ koperazzjoni bil-għan li kemm tista’ tipprevjeni l-attività illegali hi ta’ liema tip hi.
Dan tagħmlu mhux biss b’rabta mal-lok indikat mill-Onor. Interpellant iżda b’mod wiesgħa, hekk kif min irid jagħmel attività llegali jesplora diversi modi kif jagħmel dan.
Fil-fatt ninsab infurmat ukoll li bħala stat ta’ fatt ma sarux rapporti ta’ traffikar ta’ droga preċiżament fil-lok indikat mill-Onor. Interpellant, u persuni tressqu l-Qorti b’rabta ma’ traffikar tad-droga wara li nqabdu f’postijiet tal-istess lokal li huma differenti minn dawk indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Infakkar ukoll li f’Paceville qed naħdmu fuq sistema ta’ cameras li se tibda topera minn dan is-sajf bil-għan li nsaħħu l-prevenzjoni.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’Marzu u f’April 2025? Jista’ jgħid ukoll l-etajiet u l-ġeneru tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’Marzu 2025 kien hemm tlett każijiet ta’ suwiċidju, raġel u żewġ nisa, u f’April 2025 kien hemm tnejn, mara u raġel, irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24405 u 24971 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm total ta’ 54 vettura li huma mikrija.
Jista’ l-Ministru jgħid kif bħala pajjiż qed nindirizzaw is-cyber bullying u l-fastidju online fost iż-żgħażagħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi s-Cyber Crime Unit (CCU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, regolarment immorru fi skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji, kif ukoll entitajiet akkademiċi oħra, fejn jorganizzaw taħdidiet lill-istudenti dwar cyber bullying, fastidju online, u l-użu xieraq ta’ pjattaformi diġitali.
Dan barra l-kampanji ta’ għarfien li jixxandru fuq it-televiżjoni nazzjonali u programmi fuq ir-radju, bil-għan li tintlaħaq udjenza iktar wiesgħa, b’enfasi partikolari fuq theddid attwali u l-impatt tiegħu fuq il-minuri. Sezzjonijiet speċjali jsiru lill-ġenituri u persuni li jkollhom tutela tat-tfal, li fihom jiġi enfasizzat li rwol tagħhom relatat mal-ħarsien tat tfal fuq l-internet, fejn fost materja oħra fejn tiġi spjegata ir-responsabiltà tagħhom dwar miżuri ta’ prekawzjoni u superviżjoni, għal ġid ta’ wliedhom. Dan kollu jsir b’koperazzjoni ma NGO’s u entitajiet oħra dedikati għal ħarsien tat-tfal, biex jiġi assigurat koordinament u rispons adegwat fejn jirrigwardja riskju sostanzjali ta’ abbuż onlajn b’detriment għal minuri u teenagers. Dawn huma uħud mill-inizjattivi, minn impenn aktar wiesgħa, biex jitnaqqas dan l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ fastidju online fost iż-żgħażagħ f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija hemm elenkat ir-reat ta’ fastidju online, liema data hi disponibbli mis-sena 2022, u tinkludi l-każi kollha inkluż dawk li jikkonċernaw minuri. L-ammonti ta’ tali reati u cioe’ ta’ fastidju online mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Marzu 2025, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Reat ċibernetiku ta’ fastidju
online
Sena
Ammont
2022
53
2023
47
2024
24
2025 sa Marzu
11
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm investiment addizzjonali fi programmi ta’ titjib fil-ħiliet diġitali biex jgħinu liż-żgħażagħ jibqgħu kompetittivi fis-suq tax-xogħol globali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li Jobsplus permezz tal-iskemi tagħha dejjem qegħda tinvesti aktar fil-ħiliet taż-żgħażagħ, bl-aktar skema ricenti mnedija kienet dik tal-Youth Guarantee.
L-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ b'investiment ta' aktar minn €10 miljun minn fondi pubbliċi u oħrajn mill-Fond Soċjali Ewropew hija finanzjata mill-akbar pakkett ta' fondi Ewropej li kiseb pajjiżna fl-2020.
L-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ qegħdin igawdu minnha żgħażagħ ta' bejn il-15 u d-29 sena. Dan ifisser li qegħdin ibbenefikaw aktar żgħażagħ hekk kif fl-iskema ta' qabel gawdew minnha dawk li kellhom sa 24 sena. B'din l-iskema, żgħażagħ li jkollhom bżonn jiksbu ħiliet u kwalifiċi biex ikunu lesti għad-dinja tax-xogħol, igawdu permezz ta' taħriġ li jingħata b'kollaborazzjoni bejn Jobsplus u istituzzjonijiet edukattivi, fost oħrajn. Fil-fatt, l-iskema preċedenti, li ħaddem il-Gvern, issarrfet minn 6,000 żagħżugħ fejn kważi 90% minnhom kisbu kwalifiċi u ħiliet jew daħlu fid-dinja tax-xogħol.
Jobsplus toffri ukoll inizjattivi bħall-
Investing in Skills
fejn jingħata sussidju lil min iħaddem meta l-impjegati jirċievu t-taħriġ filwaqt li jiġu offruti numru ta’ korsijiet bla ħlas kemm għal dawk li jkunu qegħdin jitħarrġu biex isibu l-impjieg li jixtiequ kif ukoll dawk li huma diġa fis-suq tax-xogħol imma jixtiequ jitgħallmu jew itejjbu l-għarfien tagħhom fuq xi suġġett partikolari. Fost dawn il-korsijiet hemm dawk li huma relatati mal-ħiliet diġitali. Il-korsijiet isiru filgħaxija u l-maġġoranza offruti li jsiru onlajn.
Dawn l-inizjattivi huma maħsuba biex jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom l-aħjar opportunitajiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol b’ħiliet adegwati u esperjenza utli.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika rrappurtati mal-pulizija matul is-sena 2024, kien ta’ 2,225. Nitlob ukoll lil Onorevoli Interpellant jirreferi għal crime report għas-sena 2024 li hu mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u li għandu din l-informazzjoni.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24492, 24493 u 24494, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa mill-pożizzjoni li kien jokkupa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm talba għal persuna biex taqdi rwol f'entità oħra u li ntagħżel għaliha l-persuna indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment għamlitx inkjesta interna dwar ilmenti ta’ harassment u abbuż ta’ poter fuq il-ħaddiema fl-istess aġenzija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jinghataw separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru road blocks fl-2024 u x’azzjoni ttieħdet fil-konfront ta’ dawk il-persuni li nqabdu jiksru l-liġi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2024, il-Pulizija għamlet elfejn, erbgħa mija u tmienja u sittin (2,468) road check f’dawn il-gżejjer. Dawn ir-road checks ikopru kull l-lokalità ta’ Malta u Għawdex u jsiru mill-Pulizija ta’ kull distrett madwar dawn il-gżejjer, kif ukoll minn taqsimiet oħra tal-korp u xi drabi assistiti anke min aġenziji oħra.
Fir-rigward ta’ azzjoni li ttieħdet fil-konfront ta’ dawk il-persuni li nqabdu jiksru l-liġi, infurmat illi waqt dawn il-road checks, ġew imwaqqfa eluf ta’ vetturi bir-riżultat li nħarġu mijiet ta’ tickets dwar kontravenzjonijiet li ġew identifikati, kif ukoll inħarrġu numru ta’ taħrikiet oħra, dwar reati konnessi ma ksur ta’ ligijiet mhux koperti bis-sistema ta’ ticketing, mill-istess uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex l-abbuż u l-vizzju tad-droga fost iż-żgħażagħ, speċjalment fil-postijiet tad-divertiment, jiġi miġġieled?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-prijorità tal-Pulizija fil-ġlieda kontra d-droga, hi li primarjament tiffoka fuq operazzjonijiet, investigazzjonijiet u ġbir ta’ informazzjoni li jwasslu biex jiġu identifikati każijiet ta’ traffikar u t-traffikanti, u b’hekk jinqered it-traffikar ta’ droga biex din ma tilħaqx tasal fis-swieq lokali għal użu fost iż-żgħażagħ u kull persuna oħra. Kif jirriżulta anke minn każi li nqabdu u tressqu l-Qorti din ħidma li qed tkun effettiva, fejn il-pulizija tinvestiga u taġixxi wkoll rabtiet oħra li jkollhom dawn lil-persuni.
Dan barra minn attivitajiet oħra li jinkludu rondi u spezzjonijiet f’postijiet fejn ikun hemm suspett ta’ traffikar jew użu ta’ droga anke fost iż-żgħażagħ, minn Pulizija bl-uniformi kif ukoll pajżana. Din l-attivita tiżdied fi ġranet ta’ festi, weekends u lokalitajiet oħra fejn ikun hemm attivitajiet ta’ divertiment.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux jew hemmx xi ħsieb li jsiru kampanji nazzjonali ta’ għarfien dwar il-perikli ta’ użu eċċessiv ta’ alkoħol u droga fost iż-żgħażagħ?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27138 u 27702 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi Jobsplus nefqet €7,943 reklamar fuq radju, l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol nefaq €4408, filwaqt li Identitá nefqet €70,000 fuq reklamar fuq it-Televiżjoni.
Infurmat li entitajiet diversi jagħmlu użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni
oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li ntefqet fuq il-Banda tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kif kienet imqassma l-ispiża relatata mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija u fuq xiex saret din l-ispiża, mill-bidu ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infumat illi l-ispiża relatata mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija mill-bidu ta’ Jannar 2024 sas-6 ta’ Mejju 2025 kien ta’ total ta’€22485.02 u dan jinkludi pa systems, fejn isir it-taħriġ, mementos u plakka komemarittiva u oħrajn. Infurmat illi spejjeż relatati ma’ kunċerti tal-istess banda jiġu koperti jew mill-introjtu ta’ bejgħ ta’ biljetti għal entratura in konnessjoni ma’ l-avveniment, jew minn donazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm-il bandist hija komposta l-Banda tal-Korp tal-Pulizija? Kemm minnhom huma membri full-time u kemm minnhom huma part-time (Pulizija tar-riserva) u kemm minnhom mhumiex membri tal-Korp (pajżana)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Banda tal-Korp tal-Pulizija hija komposta minn disgħa u disgħin (99) bandist u kunduttur. Dawn il-bandisti jiġu ddetaljati għal tali doveri skond il-ħtigijiet u l-esiġenzi relatati. Ma hemm ebda bandist li mhux membru tad-Dipartiment tal-Pulizija. Infurmat li mill-bandisti 28 iservu bħala Korp tal-Pulizija full time f'doveri differenti filwaqt li l-oħrajn huma Pulizija ta’ Riserva (RPC) bandisti part time.