Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – festi — nar

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10513 u 11756, u in vista tal-fatt li l-Gvern ta permess biex fil-festi ta' din is-sena, għalkemm se jsiru b'mod differenti jista' xorta waħda jinħaraq ċertu nar tal-ajru, jista’ l-Ministru jikkonferma li għall-istaġun tal-festi ta’ din is-sena, f’Għawdex se jintużaw l-istess proċeduri bħal f’Malta? U allura l-organizzaturi tan-nar fil-festi f’Għawdex ma jkollhomx għalfejn iħallsu kif kienu qed jagħmlu sas-sena li għaddiet biex ikollhom pulizija fuq il-post fejn jinħaraq in-nar minn meta jasal in-nar sa meta dan jinħaraq kollu, meta f’Malta dan ma jsirx u fil-mument li n-nar jasal fuq il-post fejn ikun se jinħaraq, ir-responsabilità tgħaddi fuq min għandu l-liċenzja u jkun inħareġ il-permess fuqu? Jista’ jikkonferma li din l-ispiża żejda għall-festi f’Għawdex meta mqabbel ma’ Malta se titneħħa kif kien qal il-Ministru preċedenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mhux ser isir ħlas għall-ispejjeż tal-Pulizija fuq il-post fejn isir ħruq tan-nar tal-festi din is-sena, kemm f’Malta kif ukoll Għawdex. Dan fid-dawl li l-ħinijiet tal-ħruq huma limitati ħafna meta mqabbla ma’ snin oħra. Minkejja dan, l-obbligu tal-pulizija jibqa’ skont il-liġi.

Bastiment — charter

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14202, jista’ l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għamel charter tal-Europa 11 (bastiment tal-Captain Morgan) meta jeżistu bastimenti jew opri oħra tal-baħar li huma idonei u li kienu disponibbli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 14203.

Korp tal-Pulizija – Kuntistabbli – taħriġ fuq sparar ta’ armi tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja ta’ drabi kull xahar, jekk hu l-każ, li kull kuntistabbli tal-Korp tal-Pulizija jingħata taħriġ fuq sparar ta’ armi tan-nar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi taħriġ dwar safe weapon handling jingħata lil kull rekluta li jingaġġa fil-Korp tal-Pulizija. Dan it-taħriġ jingħata anke lil membri oħra tal-Korp waqt in-service course. Fil-fatt fis-sena 2019 ingħata taħriġ ta’ Safe Weapon Handling lil sitta u erbgħin (46) rekluta kif ukoll mitejn u ħamsa u tmenin (285) uffiċjal ieħor. Din is-sena s’issa l-istess taħriġ ingħata lil ħamsa u sebgħin (75) uffiċjal. Dawn l-ammonti ma jinkludux it-taħriġ li jingħata kull xahar lill-membri tal-RIU jew it-taħriġ iktar regolari li jieħdu l-membri tal-SIU minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.

Korp tal-Pulizija – Kuntistabbli – taħriġ fuq combat duties/self defence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja ta’ drabi kull xahar, jekk hu l-każ, li kull kuntistabbli tal-Korp tal-Pulizija jingħata taħriġ fuq combat duties jew self defence?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi taħriġ ta’ control and restrain jingħata lil kull rekluta li jingaġġa fil-Korp tal-Pulizija u anke lil membri oħra tal-Korp waqt in-service training u mhux kull xahar. Fil-fatt fis-sena 2019 ingħata dan it-taħriġ lil sitta u erbgħin (46) rekluta kif ukoll lil tliet mija u wieħed u disgħin (391) uffiċjal ieħor. Sal-aħħar ta Mejju 2020 l-istess taħriġ ingħata lil ħamsin (50) membru tal-Korp. Dan it-taħriġ ma jinkludix dak li jsir fit-taqsimiet tal-RIU u SIU.

Membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili – taħriġ akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-membri tas-Civil Protection Department jingħatawx l-istess taħriġ akkademiku jew le? Jekk hemm xi differenza, jistax jelenkahom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif żgur hu konxju l-Onorevoli Interpellant, ir-rwol tal-Pulizija u dak tal-Protezzjoni Ċivili fil-komunità huwa differenti kif huwa differenti ħafna mit-tagħmir użat. Għalhekk kull taħriġ li jingħata lill-Membri taż-żewġ aġenziji jkun differenti.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entità/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament m’għandhiex xi impjieg jew xi forma ta’ kuntratt mal-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-liġi.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar ebda ħlas mill-baġit tal-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-liġi lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament mill-2013 sal-lum.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija jinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta – kwalifiċi akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi f'livell terzjarju għandu l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u minn liema istituzzjoni universitarja huwa akkwista tali kwalifiki?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta mhux biss huwa kwalifikat f’livell terzjarju, iżda attenda wkoll lista twila ta’ taħriġ militari kif turi l-lista li qiegħed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Korp tal-Pulizija – Kap Eżekuttiv – kopja tal-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija.

Kuntratt ta’ konsulenza ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jittermina b'mod definittiv il-kuntratt ta’ konsulenza mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan wara li fit-8 ta’ Ġunju 2020 ġie mħabbar mill-Ministeru li dan il-kuntratt ġie 'sospiż'?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għall-istqarrija tad-Dipartiment tal-Infformazzjoni PR201083 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kuntratt ta’ konsulenza ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sakemm il-kuntratt ta’ konsulenza li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jibqa’ 'sospiż' hekk kif imħabbar fit-8 ta’ Ġunju 2020 huwiex ser jibqa’ jsir ħlas lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament abbażi ta’ dan il-kuntratt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la se jsir ħlas u lanqas se jitgawdew benefiċċji oħra li joħorġu mill-kuntratt.

Uniformi ġdida għall-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa beda proċess sabiex tiġi ddisinjata uniformi ġdida għall-priġunieri? Jekk iva, jista’ jgħid min ġie inkarigat biex jagħmel dan id-disinn? Jista’ jikkonferma li għal din l-uniformi l-ġdida għall-priġunieri ser jintuża materjal striped?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Hemm ammonti ta’ priġunieri li ma għandhomx x’jilbsu u l-ħabs irid jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas. Ninsab infurmat illi d-disinn tal-ħwejjeġ tal-priġunieri sar mill-ħajjata tal-ħabs. Dan huwa t-shirt u shorts sajfin. Il-materjal huwa cotton ċelesti għas-sajf u jeans ikħal għax-xitwa. Ma hemm xejn striped.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Request for Quotes għal tined, sleeping bags, imħadded, sodod, siġġijiet u mwejjed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħariġx Request for Quotes għal ammonti kbar ta’ tined, sleeping bags, imħadded, sodod, siġġijiet u mwejjed fl-2020? Jekk iva, meta ħarġet u kemm kienu l-ammonti ta’ oġġetti mitluba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – ġranet għal Request for Quotes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġranet (kemm żmien) li matulhom setgħu jkunu sottomessi kwotazzjonijiet għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – prezzijiet tal-kwotazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-prezz tal-kwotazzjonijiet u minn min saru għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Request for Quotes — aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta (jekk) ġiet aġġudikata kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020? F’kull każ, min kien ir-rebbieħ/magħżul?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Koppji li għażlu l-Corsa Regime

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14628, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il koppja miżżewġa għażlet il-Corsa Regime f'dawn l-aħħar 10 snin? Jista' l-Ministru jagħti din l-istatistika sena b'sena?"

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx rekord tar-reġim matrimonjali li tagħżel koppja qabel jew wara ż-żwieġ.

Korp tal-Pulizija – ċitazzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet tat-traffiku mill-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ Traffic Offence Tickets u ċitazzjonijiet tat-traffiku b’taħrika li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Traffic Offence Tickets Jannar sa Mejju 2019 Ċitazzjonijiet tat-traffiku Jannar sa Mejju 2019 Traffic Offence Tickets Jannar sa Mejju 2020 Ċitazzjonijiet tat-traffiku Jannar sa Mejju 2020 20704 1650 16203 1740