Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija tal-Fgura kenitx qiegħda tkun il-ħin kollu miftuħa tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija tal-Fgura hi miftuħa kuljum skont kif l-esiġenzi tas-servizz hekk jiddettaw. Hemm uffiċċju ieħor għall-pulizija tal-komunità fl-istess lokalità. Ukoll, mal-għassa hemm installata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista’ jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għall-kull assistenza. Dan barra illi din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir min membri tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skond il-ħtieġa. Għal din il-lokalità fis-sena 2022 kien hemm irrapurtati mitejn u sitta u sebgħin rapport, li minnhom ħamsa u għoxrin kienu marbuta ma’ frodi u sebgħin kienu marbuta ma’ serq.

Marsaxlokk – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta’ Marsaxlokk kenitx qiegħda tkun il-ħin kollu miftuħa tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi f’Marsaxlokk mill-bini allokat topera l-Pulizija tal-Komunità. Ukoll, fil-post hemm istallata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista’ jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għall-kull assistenza. Dan barra illi din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir minn membri tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skont il-ħtieġa u disponibilità. Għal din il-lokalità fis-sena 2022 kien hemm irrappurtati mija u sbatax-il delitt, li minnhom tnax kienu marbuta ma’ frodi u tlieta u erbgħin kienu marbuta ma’ serq.

Raħal Ġdid – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrapurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat għal lokalità ta’ Raħal Ġdid ġew irrappurtati erba’ mija u sitta u erbgħin delitt fis-sena 2022, li minnhom tletin kienu marbuta ma' frodi u mija u disa u erbgħin kienu rapporti ta’ serq.

Iż-Żejtun – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrapurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-Għassa taż-Żejtun kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat għal lokalità taż-Żejtun ġew irrappurtati tliet mija u sitta u għoxrin delitt fis-sena 2022, li minnhom disgħa u għoxrin kienu marbuta ma' frodi u mija u erbgħa u għoxrin kienu rapporti ta’ serq.

Wied il-Għajn – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrapurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat għal lokalità ta’ Wied il-Għajn ġew irrappurtati tliet mija u tnejn u tletin delitt fis-sena 2022, li minnhom erba’ u tletin kienu marbuta ma' frodi u sebgħa u tmenin kienu rapporti ta’ serq.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk ingaġġatx persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġat, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista’ jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza ma ngaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is- Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, mhux fotografija biss, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' € 3,937.75.

Il-Gudja – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija tal-Gudja nfetħietx tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija tal-Gudja tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jiddettaw. Madankollu ma’ din l-għassa hemm istallata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista' jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għall kull assistenza. Dan barra illi din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir min membri tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skont il-ħtieġa u disponibilità. Ukoll huwa previst li jkun introdott is-servizz ta' pulizija tal-komunità. Għal din il-lokalita fis-sena 2022 kien hemm irrappurtati mija u sebgħa u sebgħin rapport, li minnhom tmintax kienu marbuta ma frodi u sebgħa u ħamsin kien marbuta ma' serq.

Santa Luċija – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta’ Santa Luċija (Malta) nfetħietx tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija ta’ Santa Luċija tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jiddettaw. Madankollu ma’ din l-għassa hemm istallata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għal kull assistenza. Dan barra illi din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir min membri tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skont il-ħtiega u disponibilita. Ukoll huwa previst li jkun introdott is-servizz ta' pulizija tal-komunità. Għal din il-lokalità fis-sena 2022 kien hemm irrappurtati disgħa u erbgħin rapport, li minnhom tmienja kienu marbuta ma frodi u sbatax kien marbuta ma' serq.

Ħal Għaxaq – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Għaxaq infetħietx tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal-Għaxaq tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jiddettaw. Madankollu ma’ din l-għassa hemm istallata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għal kull assistenza. Dan barra illi din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir min membri tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skont il-ħtieġa u disponibilità. Ukoll huwa previst li jkun introdott is-servizz ta' pulizija tal-komunità. Għal din il-lokalita fis-sena 2022 kien hemm irrapurtati mija u tminn rapport, li minnhom erbgħa u għoxrin kienu marbuta ma frodi u disgħa u għoxrin kien marbuta ma' serq.

Ħal Tarxien – Għassa tal-Pulizija – delitti, serq u frodi rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Tarxien infetħietx tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal-Tarxien tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jiddettaw. Madankollu ma’ din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista' jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għal kull assistenza. Dan barra illi din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir min membri tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skont il-ħtieġa u disponibilità. Ukoll huwa previst li jkun introdott is-servizz ta' pulizija tal-komunità. Għal din il-lokalita fis-sena 2022 kien hemm irrappurtati mija u sebgħa u sebgħin rapport, li minnhom għoxrin kienu marbuta ma' frodi u sebgħa u erbgħin kien marbuta ma' serq. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1825 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 126 tal-Erbgħa, 24 ta' Mejju 2023)

Pulizija – spot checks fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8691, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-disa’ pulizija (PC number) f’Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 li fetaħ mill-10 ta’ April sat-30 ta’ April? Jista’ jgħid liema lokalitajiet f’Għawdex ġew sorveljati u f’liema lokalitajiet kien hemm spots checks?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 8689. Rigward tali tweġiba li ngħatat fis-16 ta’ Mejju, in-numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, assistiti minn Membri tal-Forzi Armati, li għamlu xogħol ta’ sorveljanza fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023, kienet ikopri ż-żewġ gżejjer. Ma nħossx li dettalji personali oħra, u ċjoè n-numri li bih jiġu identifikati l-uffiċjali tal-Korp li għamlu dan ix-xogħol, għandhom ikunu ppubblikati, u dan fl-aħjar interess tal-istess membri.

Ħaddiema tal-Forzi Dixxiplinati fl-Akkademja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Forzi Dixxiplinati fl-Akkademja? Kemm minnhom huma civil servants u kemm huma membri tal-Forzi Dixxiplinati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ġewwa l-Akkademja għal Forzi Dixxiplinati hemm seba’ ħaddiema taċ-Ċivil u ħames ħaddiema tal-Forzi Dixxiplinati.

Ta’ Kandja — vetturi li jiġu towed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-compound f'Ta' Kandja, fejn jinżammu l-vetturi li jiġu towed, huwa mimli u li m’hemmx fejn jinżammu aktar vetturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-ispazju fil-compound f’Ta’ Kandja allokat biex jinżammu l-vetturi li jiġu towed, jinsab eżawrit. Dan wara li kontinwament jinġabru vetturi li jkun hemm bżonn mit-toroq Maltin u Għawdxin.

Xogħol ta’ refurbishment fuq l-għases tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u kemm se jsir xogħol ta’ refurbishment fuq l-għases tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' rinovar u manutenzjoni ta' għasses u taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija huwa proċess kontinwu. Dan isir skont pjan attwali, u skont il-bżonnijiet li joħorġu kontinwament minn żmien għall-ieħor. B’konformità tal-Istrateġija tat-Trasformazzjoni 2020-2025, ix-xogħol huwa kkategorizzat f’dak żgħir, intermedjarju jew kbir. Xogħlijiet żgħar jiġu segwiti mit-taqsima tas-snajja' fi ħdan il-Korp. Dak intermedjarju mit-taqsima tas-snajja' flimkien ma’ partijiet esterni, filwaqt li proġetti kbar jiġu assenjati b’sistema tal-akkwist pubbliku skont il-liġi. Bħalissa qed isir xogħol fl-għasses ta’ San Ġiljan, tas-Sliema, il-Belt u l-Mosta. Hemm pjani oħra ta’ xogħol li ser isir fl-għasses tar-Rabat u l-Imtarfa u ma' dawn xogħol ta’ rinovar fl-għassa ta’ Santa Luċija. Xogħol fi stadju ta’ konklużjoni qed isir fl-għassa ġdida ta’ Marsaskala li ser tkun binja aktar moderna u aċċessibbli. L-għases tal-Birgu, kif ukoll dik ta’ St. Venera, minn fejn joperaw il-Community Policing Teams, ukoll huma suġġetti ta’ diversi xogħlijiet. Rigward l-għassa tal-Imsida u dik tal-Ħamrun qed jittieħdu miżuri biex il-proġetti previsti jippermettu li dawn l-għases jinbidlu kompletament. L-ewwel każ huwa fi stadju ta’ applikazzjoni għal permessi filwaqt li t-tieni każ wasal għal pubblikazzjoni u assenjazzjoni ta’ offerti. Ma' dawn hemm xogħlijiet għaddejja fis-sezzjoni tal-klieb il-Mosta - tisbiħ diversi faċċati tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija il-Furjana - xogħol fil-garaxx u l-pompa tal-karburant tal-Korp f’Notre Dame Ditch il-Furjana - rilokazzjoni tal-uffiċini tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali il-Furjana - xogħlijiet għal Command and Control Room il-Furjana, kif ukoll u xogħlijiet ta’ estenzjoni tal-uffiċini relatati mat-taqsimiet tat-Teknologija tal-Informatika u dik tal-Forensika. Il-Korp huwa kommess li dawn ix-xogħlijiet u oħra ikunu kontinwi.

Academy for Disciplined Forces Strategic Plan 2017-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-'Academy for Disciplined Forces Strategic Plan 2017-2020' ma ġiex rivedut?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi wara konsultazzjoni mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Akkademja għal-Forzi Dixxiplinati, il-Bord tal-Akkademja qiegħed jaħdem fuq pjan strateġiku ġdid.

Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati — vakanza ta' HR & Administration Manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati ilha iktar minn erba’ snin mingħajr Human Resources & Administration Manager? Jista’ jgħid jekk u meta se ssir sejħa biex jimtela l-post?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-uffiċċjal li jimla l-post ta’ Manager Human Resources and Administration qiegħed b’unpaid leave li ngħata skont ir-regolamenti tal-PSMC.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Ministeru ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, mhux fotografija biss, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' € 850.

Pulizija – Lokalitajiet u żoni sorveljati fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet u żoni ġew sorveljati mis-46 pulizija f'Malta u d-9 pulizija f'Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 għal kull ġurnata tal-21 jum tal-istaġun li fetaħ mill-10 ta’ April sat-30 ta’ April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi diversi żoni fil-lokalitajiet tar-reġjuni fit-tramuntana, fiċ-ċentru u fin-nofsinhar ta’ Malta ġew sorveljati mill-pulizija matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023. Dan barra minn sorveljanza li saret fil-Gżira ta’ Għawdex.

Pulizija – spot checks fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spot check sar u f’liema lokalitajiet mis-46 pulizija f’Malta u d-9 pulizija f’Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 għal kull ġurnata tal-21 jum tal-istaġun li fetaħ mill-10 ta' April sat-30 ta' April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ spot checks li saru mill-Pulizija f’Malta u f’Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 kien kif jidher fit-tabella, hawn taħt. Data Numru ta’ spot checks 10 April 27 11 April 33 12 April 73 13 April 36 14 April 39 15 April 39 16 April 44 17 April 39 18 April 41 19 April 79 20 April 94 21 April 35 22 April 45 23 April 28 24 April 34 25 April 74 26 April 35 27 April 47 28 April 31 29 April 54 30 April 22