Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol tal-junction li qed isir taħt il-bridge ta' Triq is-Sebħ fejn fi Triq il-Masġar, Ħal Qormi, saret bankina wiesgħa ħafna bil-konsegwenza li l-vetturi qed jipparkjaw fuq iż-żewġ naħat u trakkijiet ma jkunux jistgħu jgħaddu biex jitilgħu mill-ġdid fil-bypass?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-wisa’ tal-bankina baqgħet l-istess f’parti sostanzjali ta’ Triq il-Masġar. Il-bankina kellha titwessa ftit mar-roundabout junction ta’ taħt il-pont, għal raġunijiet ta’disinn. L-ipparkjar li qed isir bħalissa fuq in-naħa tal-lemin int u sejjer lejn ir-Rabat huwa illegali, u għaldaqstant vetturi m’għandom l-ebda problema sabiex ikunu jistgħu jgħaddu biex jitilgħu mill-ġdid ġol-bypass tal-Mrieħel.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy li tħaddem Transport Malta għal dawk li huma rampi quddiem il-garaxxijiet, bankini li huma baxxi iktar min-normal u l-aċċess għal garaxxijiet kemm li huma basement kif ukoll dawk li huma 'l fuq mil-livell tat-triq? X'konsultazzjoni saret/qed issir mal-kunsilli lokali dwar is-suġġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tibni l-bankini skont il-livelli tat-toroq kif mogħtija mill-MEPA u skont l-istandards tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura fi ħdanha stess.
Fejn hu possibli l-bankini bir-rampi tal-garaxxijiet inkorporati fihom isiru mingħajr ma jiġu kompromessi l-linji gwida tal-KNPD.
Ma jsirux konsultazzjonijiet speċifiċi fuq dan is-suġġett mal-Kunsilli Lokali.
Transport Malta — San Pawl il-Baħar - toroq irranġati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta biex isiru mill-ġdid, jew li qatt ma saru, u meta hu mistenni li dawn l-istess toroq jinbnew/jiġu rranġati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilta` ta’ Transport Malta li ser isiru matul din is-sena, f'San Pawl il-Baħar. Il-lista tinkludi toroq li diġa tlestew, toroq fejn hemm ix-xogħlijiet għaddejjin bħalissa u toroq li qed jitħejjew l-istejjem sabiex toħroġ is-sejħa għall-offerti. Din tinkludi wkoll toroq li qegħdin fil-programm ta' din is-sena, li pero għandhom problema biex jinbdew minħabba raġunijiet ta' esproprjazzjoni u ta' ffurmar ta' triq.
Toroq oħrajn li għad m'għandhomx 70% tagħhom mibni għalissa ma jistgħux jagħmlu parti mill-programm ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq arterjali li kienu approvati biex isiru bħala parti mit-Ten T's, l-ewwel darba li dawn kienu approvati? X'bidliet saru minn dawn l-ewwel programm sal-lum? X'inhi r-raġuni għaliex dawn il-bidliet daħlu fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta tat-TEN-T hija definita fl-emenda tad-deċiżjoni 1692./96/EC li tirrigwarda Community Guidelines for the Development of the Trans European Transport Network u li kienet implimentata wara li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropeja f’Mejju tal-2004. F’Ottubru tal-2011, il-Kummissjoni Ewropeja kienet ippreżentat il-proposti tagħha għall-gwidi ġodda dwar it-TEN-T. Dawn il-proposti għadhom qed jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà Estera Benetti Spa. uritx interess li tamministra xi faċilitajiet ta' portijiet f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-faċilitajiet tal-port amministrati minn Transport Malta, is-soċjeta Azimut Benetti flimkien ma’ partners lokali kienu wrew interess dirett fl-iżvilupp ta’ marina f’Sa Maison. Madankollu kienu ġew infurmati illi biex jekk huma nteressati f’dan l-iżvilupp iridu jipparteċipaw fi proċess kompetittiv ta’ sejħa għall-offerti.
Fir-rigward ta’ faċilitajiet oħra fil-portijiet tagħna, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux programmat li tinbena triq alternattiva għall-Imġarr? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa għat-twettiq ta’ dan il-proġett? Saru xi studji fuq il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Saru xi pjanti tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi kienu saru xi studji preliminari rigward proposti għall-konnessjoni alternattiva għall-Imġarr. Il-pjanti ta' dawn il-proposti m' humiex finalizzati u biex dan iseħħ ikun hemm bżonn isiru diversi studji oħrajn.
Mosta — Triq Patri Ġużè Delia S.J. - triq li trid titranġa
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34203, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir minħabba l-possibilità ta' inċident li jinvolvi l-karozza tal-lina X3 peress li s-sigurezza tal-karozzi tal-linja huma fil-fatt responsabilità ta' Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta għaddejja b’taħdidiet mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex id-dipartiment jiżgura li l-Kunsill Lokali jieħu azzjoni rimedjali f’toroq fejn ikun hemm nuqqas min-naħa ta’ xi Kunsilli Lokali partikolari.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet ġodda għall-bus shelters/bus stops fil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali? Jekk iva fejn hemm dawn it-talbiet pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 11-il talba għal bus shelters ġodda f’lokalitajiet li jaqgħu taħt is-seba’, il-ħdax u t-tnax-il distrett. Dawn it-talbiet huma:
· Imġarr 1
· Ħ’Attard 2
· Ħal Balzan 2
· Il-Mosta 2
· Il-Mellieħa 2
· Baħar iċ-Ċagħaq 1
· San Pawl il-Baħar 1
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34631 u jgħid kemm ta' sussidju jew għajnuna u fuq xiex ta susidju jew xi tip ta' għajnuna oħra lill-kumpanija tat-transport Arriva kemm ilha topera sal-aħħar ta April 2012 il-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34450 u jgħid b'liema loġika jitmexxa l-ħsieb li meta jkun hemm xi ċittadin li jkun ipparkja l-karozza tiegħu b'inqas minn ħames metri 'l bogħod minn xi kantuniera dan jiġi mħarrek u mwaħħal ċittazjoni u jekk f'din l-istess triq isiru l-kaxxi l-bojod anke jekk l-ewwel kaxxa tkun ftit ċentimetri 'l bogħod mill-kantuniera li tipparkja f'dik il-kaxxa ma jkunx illegali? Mela jekk karozza li tkun ipparkja inqas minn ħames metri 'l bogħod minn kantuniera hija perikoluża għat-traffiku li jkun għaddej, ikun hemm kaxxa bajda impinġija mal-art, dan il-periklu ma jibqax hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma toħroġx permessi għal kaxxi tal-parkeġġ li jkunu b'distanza ta' inqas minn ħames metri mill-kantuniera ħlief meta t-triq tkun b’passaġġ f’ direzzjoni waħda (one-way) u s-sinjali tat-triq f’kantuniera, liwja jew splay ta’ dik it-triq partikolari ma jestendux għal aktar mil-limitu indikat ta’ ħames metri, f'liema każ tali projbizzjoni ma tkunx testendi għal ħames metri sħaħ iżda tkun limitata għad-distanza koperta mill-imsemmija sinjali tat-triq. L-Onorevoli Interpellant jista' jgħaddilna l-isem tat-triq li għaliha qed jirreferi sabiex uffiċċjali tal-istess Awtorita' jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu l-verifiki meħtieġa u li tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja tarmac Triq iċ-Ċawsli Ħaż-Żabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija parti mis-sistema ta’ toroq li hija pjanata biex tgħaqqad il-junction ta’ Bulebel ma’ Smart City Malta. Transport Malta ssottomettiet l-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji tal-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett lill-MEPA. Peress li dan il-proċess għadu għaddej, Transport Malta qed tippjana xogħol ta manutenzjoni temporanju f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, diġà awtorizzatx, jew hemm quddiemha xi talba mill-kumpanija Arriva, sabiex ikun hemm żieda fit-tariffi tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid jekk Transport Malta għandhiex xi informazzjoni li fi żmien qasir il-kumpanija Arriva se żżid it-tariffi tagħha? Jekk huwa l-każ, meta se tidħol fis-seħħ din iż-żieda u meta l-konsumaturi se jiġu infurmati dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 33419 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz, inghatax b'direct order jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33105, peress li din l-anzjana għadha ma rċievet l-ebda fondi, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ u terġa tiġi kkuntatjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab nfurmat li Transport Malta ikkuntatjat lill-persuna konċernata u spjegawlha li l-flus li ħadet tul iż-żmien u li kienet intitolata għalihom skont il-liġijiet, filfatt ħadithom.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jinvestiga l-possibilità li l-linja kontinwa bajda li hemm fuq il-bridge tal-Mistra, tinbidel f'waħda li tkun tippermetti li jkun hemm overtaking (almenu f'partijiet minnha), għaliex huma bosta s-sewwieqa li qed jinqabdu wara trakkijiet kbar, u/jew jiksru l-liġi, jew jibqgħu għal ħin twil wara dawn l-istess trakkijiet, bi frustrazzjoni kbira għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linja tan-nofs tal-karreġġjata ta' fuq il-pont tal-Mistra hi kontinwa għal raġunijiet ta' sigurtà minħabba li l-linji ta' viżibilita' u l-wisa` tat-triq ma jippermettux li vettura taqla’ vettura oħra b'mod sikur.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34535, 33962 u 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34476 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — policy ta' resident parking scheme
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet Transport Malta biex tistabbilixxi policy nazzjonali dwar resident parking scheme fid-diversi lokalitajiet li għandna f'Malta u Għawdex? Billi l-fatt li ma teżistix din il-policynazzjonali qed twassal għal bosta kritika mil-lokalitajiet fejn mhemmx din l-iskema, u ukoll akkużi minn inħawi oħra, jista' jara li din il-policy titfassal kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha qafas regolatorju għal Residents Parking Schemes u qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' sussidju li se jibdew jingħataw lill-Arriva skont ir-rotot kif miżjuda u li se jidħlu fis-seħħ ftit tal-ġranet oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta' sussidju li se jitħallas lill-kumpanija Arriva Malta Ltd skont ir-rotot maqbula mis-27 ta' Mejju 2012.