Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Contracts Review Board – tenders u deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-2017 sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba: (a) kemm kien hemm tenders li ġew riferuti għand il-Public Contracts Review Board; (b) kemm kien hemm deċiżjonijiet li kkonfermaw l-għażla oriġinali; (ċ) kemm kien hemm deċiżjonijiet li biddlu d-deċiżjoni oriġinali; u (d) kemm għad hemm deċiżjonijiet pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm saru inċidenti tat-traffiku, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SenaNumru ta' Inċidenti 201214,546 201314,070 201414,473 201515,504 201615,017 201715,003 201814,378 201915,829 202011,950 202114,135 Q1-Q3 202211,897

Ingaġġ ta’ infermiera

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew ingaġġati infermiera, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u kemm le?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont il-formoli tal-bidu tal-impjieg li tirċievi Jobsplus, it-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ formoli li l-impjieg tagħhom huwa bħala infermiera li ġew ingaġġati fuq bażi full-time u part-time sena b'sena, mill-2013 sa Mejju 2022 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Mejju 2022. Infermiera FULL-TIME PART-TIME TOTAL Jannar-Diċembru 2013 235 96 331 Jannar-Diċembru 2014 413 126 539 Jannar-Diċembru 2015 343 146 489 Jannar-Diċembru 2016 277 131 408 Jannar-Diċembru 2017 295 99 394 Jannar-Diċembru 2018 376 141 517 Jannar-Diċembru 2019 558 279 837 Jannar-Diċembru 2020 529 256 785 Jannar-Diċembru 2021 587 220 807 Jannar-Mejju 2022 88 70 158 Total 3,701 1,564 5,265

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – nefqa fuq reklamar tal-Baġit 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol fir-reklamar tal-Baġit 2023, b’referenza partikolari għar-reklamar fuq il-mezzi soċjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol nefaq is-somma ta' €35 fir-reklamar tal-Baġit 2023 fuq il-mezzi soċjali.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – nefqa fuq il-Konferenza Stampa tal-Baġit 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol fir-reklamar tal-Baġit 2023, b’referenza partikolari għall-konferenza stampa li saret quddiem Kastilja wara d-diskors tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3442.

Dipartiment tat-Taxxa – Telework għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm tibdil fit-telework għall-ħaddiema fid-Dipartiment tat-Taxxa? Jekk iva, x’kienet il-bidla u x’inhi r-raġuni li saret din il-bidla?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol – imwiet ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident fuq il-post tax-xogħol, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li mietu kawża ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol bejn l-2012 u Ġunju tal-2022 jinsab fit-tabella hawn taħt: 20122013201420152016201720182019202020212022(sa Ġunju) 74457143899 Sors: NSO

Inċidenti tat-traffiku – imwiet ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imwiet ta’ persuni kawża ta’ omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u d-9 ta’ November 2022, kien hemm 70 persuna li sfaw vittmi ta’ omiċidju. Vittmi ta’ omiċidju: 2012 - 2022¹ Sena Total 2012 12 2013 7 2014 6 2015 4 2016 5 2017 9 2018 7 2019 5² 2020 7 2021 2 2022¹ 6 ¹ It-total għas-sena 2022 ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u d-9 ta' November 2022. ² It-total jinkludi persuna li kienet irrappurtata nieqsa fl-2008, u nstabet mejta fl-2019. Sors: NSO

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — CEOs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 405 u 1969 u jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettiv tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – direct orders lil Kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta — ħaddiema

Question

Matul il-preżentazzjoni tal-Baġit, il-Ministru rrefera biss għall-Air Malta f’paġni 63 u 64, fejn indika l-isfidi u r-restrizzjonijiet tal-UE, iżda ma joffri l-ebda soluzzjonijiet, għaldaqstant jista’ l-Ministru jindika: 1. X'inhu l-kalendarju (data) mistenni għall-impjegati tal-Air Malta biex verament ikunu jafu fejn qegħdin? 2. F'termini assoluti, x'se tiswa din il-problema tal-Air Malta biex tnaqqas il-ħaddiema? 3. Jista’ joffri viżibilità ta’ x’inhi l-viżjoni tal-Gvern biex jiżgura li Malta tibqa’ jkollha l-linja tal-ajru tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ladarba jkun intlaħaq ftehim mal-Kummissjoni Ewropea, il-partijiet kollha involuti jkunu mgħarrfa bit-triq ’il quddiem.

Lukanda Selmun Palace

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2078, jista' l-Ministru jgħid x'sar progress s'issa? Jista' jgħid x'ħa jsir mill-Palazz? Jista' jgħid jekk il-pubbliku hux se jkollu aċċess għall-Palazz?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2078.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — infiq f'reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2757 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lill-Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-2017 sal-lum tħallsu €129,497.21 lil Media Link għal reklamar.

Azjendi li jimpjegaw persuni b’diżabilità — għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'għajnuna speċifika tingħata lil dawk l-azjendi li jimpjegaw persuni b'diżabilità magħhom? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li din l-għajnuna li tingħata tkompli tiżdied u fil-każ kif? Jista' jgħid kemm kien hemm azjendi li ddeċidew li minflok jimpjegaw persuni b'diżabilità, iħallsu l-ħlasijiet li tistabilixxi l-liġi f'dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħala għajnuna lil dawk l-azjendi li jimpjegaw persuni b’dizabilità fis-settur privat jinkludu; 1. L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta’ €158.20 fil-ġimgħa għal tliet snin, għal kull persuna b'dizabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-każ ta’ impjieg part-time jingħata sussidju prorata. Ir-rata tas-sussidju tiżdied kull sena sabiex tinkorpora iż-żieda tal-għoli tal-ħajja. 2. Jirċievu inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’dizabilità diġà impjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja. 3. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’dizabilità. Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘job carving’ lil min iħaddem billi tassistih joħloq xogħol addattat għall-persuni b’dizabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘job coach’ skont il-ħtieġa biex il-persuna b’diżabilità titgħallem ix-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol. Sal-lum m’hemmx pjanat tibdil fl-għajnuna li tingħata preżentament. Fir-rigward tal-azjendi li ddeċidew li minflok jimpjegaw persuni b'dizabilità, iħallsu l-ħlasijiet li tistabbilixxi l-liġi f'dawn iċ-ċirkostanzi, sa tmiem is-sena 2021 kien hemm 633 azjenda mhux konformi, filwaqt li sal-aħħar ta’ Settembru 2022 kien hemm 728 azjenda mhux konformi.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2601 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dwana – Direttur Ġenerali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2861, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jintemm il-proċess tal-għażla għad-Direttur Ġenerali (Dwana), u jgħid in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu għal din il-pożizzjoni? Mill-applikazzjonijiet kollha li daħlu, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn, huma persuni li diġà jaħdmu fid-Dwana?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-proċess qiegħed fil-fazi konklussiva.

Miżura ta’ €300 lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għall-attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżura ta’ €300 fis-sena għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali hix se tkun għal kull wild?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dettalji dwar mizuri speċifiċi tal-budget ikunu stabbiliti permezz tal-att dwar l-implimentazzjoni tal-mizuri tal-budget, hekk kif approvat mill-Parlament. Il-mizura li ssir referenza għaliha tirrigwarda provvediment li bħalissa japplika kif ġej, għal kull wild: (i) sa massimu ta’ €100 tnaqqis mid-dħul taxxabbli għar-rigward ta’ spejjez konnessi ma’ attivitajiet sportivi (Art 14E tal-ITA), u (ii) sa massimu ta’ €100 tnaqqis mid-dħul taxxabbli għar-rigward ta’ spejjez konnessi ma’ attivitajiet artistiċi jew kulturali (Art 14G tal-ITA).

Lukanda Selmun Palace

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 419 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk/meta jinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għalih jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninsab infurmat li l-proċess rigward il-Lukanda Selmun Palace għadu għaddej.