Corporate Tax — Kumpaniji reġistrati f’Malta li ħallsu iktar minn € 500,000
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta li fis-snin 2021, 2022 u 2023 ħallsu iktar minn € 500,000 f’corporate tax?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella hawn taħt:
SenaNumru ta’ Kumpaniji
2021564
2022513
2023297*
* Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li ddikjaraw profitt ta' iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun fis-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpanniji li ddikjaraw profitt wara t-taxxa għas-sena 2023 hu kif jidher fit-tabella li ġejja:
Sena
Profitt ta’ iktar minn €100,000
Profitt ta’ aktar minn €500,000
Profitt ta’ iktar minn €1 Miljun
2023
2,960
824
1,743
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-Segretrjat tal-Ministeru għall-Finanzi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Eurovision Song Festival Song Festival — Reklami
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami waqt il-Malta Eurovision Song Festival li jaqgħu taħt il-Ministeru u d-dekasteru tiegħu u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu m’ghamlu ebda reklam waqt il-Malta Eurovision Song Festival.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time xi mkien ieħor?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25596.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-multi maħruġa mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mis-sena 2019 sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari qed tiġi murija fit-tabella t’hawn taħt. Din l-istatistika tinkludu l-multi kollha li nħarġu mill-Korp.
Sena
(b’meta ġew imposti)
Numru ta’ multi maħruġa matul is-sena indikata
Total ta’ multi miġbura - €
2024
84
437,476
2023
144
1,407,475
2022
145
3,557,701
2021
176
1,184,317
2020
170
2,103,277
2019
20
37,050
Tajjeb jiġi rimarkat li l-ammonti tal-multi miġbura fis-snin indikati, għal xi snin minnhom jinkludu rkupru ta’ multi li ma’ ġewx imposti fl-istess sena. Dan jista’ jseħħ għal numru ta’ raġunijiet iżda primarjament iseħħ minħabba li multi b’valur li jeċċedi l-ħamest’elef ewro jistgħu jiġu appellati quddiem l-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri).
Naturalment, l-obbligu tal-ħlas tal-multa in kwistjoni jiġi sospiż sakemm ikun hemm sentenza finali mill-istess qorti. Il-Qorti tal-Appell għandna s-setgħa li tħassar, tvarja jew tikkonferma l-multa hekk kif imposta mill-FIAU u għaldaqstant dan jista’ ukoll ikollu impatt fuq l-ammonti tal-multi miġbura.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż legali li għamlet il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mis-sena 2019 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena u kif intgħażlu tali rappreżentanti legali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal kull kawża li ffaċjat l-FIAU fil-Qrati Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li tneħħew jew irriżenjaw mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li qed iservu f’entità oħra fi ħdan il-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll min huma u għaliex tali pożizzjoni hija tenibbli ġaladarba tneħħew jew irriżenjaw mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna waħda biss irrizenjat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), u qed isservi f’entità oħra fi ħdan il-Ministeru.
Il-persuna in kwistjoni kienet diġà impjegata fl-entità qabel ma nħatret fuq il-Bord tal-FIAU, u wara r-rizenja tagħha mill-Bord kompliet fl-istess impjieg.
FIAU u MFSA — Kawżi kostituzzjonali mitlufa - Ħatra ta’ kumitat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk appuntax kumitat sabiex jippjana triq ’il quddiem fl-eventwalità li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) jitilfu l-kawżi kostituzzjonali li qed jiffaċċjaw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ghall-Finanzi ma appunta ebda kumitat kif imsemmi fil-mistoqsija, izda nista nikkonferma li l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) appuntat Advisory Board sabiex jezamina l-liġijiet relevanti, jagħmel riċerka u analizi inkluz dwar deċizjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jikkonsulta ma’ stakeholders, u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif il-proċessi u l-proċeduri taz-zewġ Awtoritajiet (MFSA u FIAU) jistghu jissaħħu sabiex ikun hemm aktar trasparenza u element akbar ta ekwita' fit-tħaddim ta' dawn il-proċessi.
Ninsab infurmat li matul il-ħidma tiegħu l-Advisory Board ħa konjizzjoni wkoll ta’ zewġ deċizjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali li ingħataw f’Novembru li għadda fejn il-Qorti ikkonfermat li l-imposizzjoni ta’ multi mill-FIAU ma tmurx kontra l-Kostituzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas żejjed l-Ex CEO tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-istess MFSA? Jista’ jgħid ukoll jekk traddewx xi flus lura? Jekk iva, meta traddew lura u x’wassal biex sar dan il-ħlas ta’ flus żejda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFSA la ħallset zejjed u lanqas irċeviet pagamenti mingħand l-eks Kap Ezekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA). Dan peress li l-ammonti ġew imnaqqsa kontra xulxin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ġiet akkużata bi ksur tal-protezzjoni tad-data (breach ta’ data protection) u liema kienu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawza u li ġew imwieġba, diġa tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
KM Malta Airlines – Miri u sitwazzjoni finanzjarja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26542 fejn ġie mwieġeb li “la darba tagħlaq is-sena finanzjarja u jsiru l-verifiki tal-kotba, l-kumpanija tkun qed tippubblika l-accounts tagħha skont kif jistipulaw ir-regoli.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miri ta’ profit humiex mistennija jintlaħqu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26542.
Apparti mill-Air Malta u l-KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid jekk, il-konsulenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jew kumpaniji relatati; kif ukoll id-diretturi u persuni assoċjati magħhom, ġewx imqabbda mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jipprovdi d-dettalji tal-entità u l-ammont ta' flus mħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25132.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienet irreġistrata li kellha diżabilità fl-aħħar ta' Diċembru 2024 skont id-data li għandha JobsPlus u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ta’ leaks lill-media minn subject persons fl-2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ir-rapporti, x’investigazzjonijiet saru u x’passi ttieħdu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fis-snin 2019, 2020, 2021, 2023 u 2024 offriet settlement lil subject persons imbagħad dawn ġew irtirati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru settlements ma’ kumpaniji mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali kumpaniji? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x’kienu dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.