Jista' l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċji l-ġodda għal min jikri proprjetà residenzjali? Min huwa ntitolat għal tali benefiċċju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha erba’ skemi li permezz tagħhom tipprovdi għajnuna lil min jikri proprjetà residenzjali ;
· Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi perikolużi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn Inkwilini jew Ċenswalisti.
L-Iskema tipprovdi sussidju sa massimu ta’ €8,000 biex tgħin inkwilini/ċenswalisti jeliminaw strutturi perikolużi fir-residenza tagħhom mikrija jew mogħtija lilhom b’ ċens mill-privat qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.
· Skema għall-Persuni b’Diżabilità.
Din l-iskema tipprovdi għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll teknika lil persuni b’diżabilità sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi mikrija jew okkupati minnhom. L-għotja tingħata skont kif indikat hawn taħt:-
Ø Xogħlijiet ta’ alterazzjoni, sa massimu ta’ €3,500.
Ø Stairlift sa massimu €5,000.
Ø Lift f’appartamenti mikrija mill-privat fejn tingħata għajnuna skont l-ammont relatat mas-sehem tal-applikant b’għotja sa massimu ta’ €5,000.
· Benefiċċju tal-kera f’Residenzi Privati.
Din l-iskema tipprovdi benefiċċju fuq il-kera mħallsa mill-applikanti għall-postijiet mikrija bħala r-residenza ordinarja. Mill-ewwel ta’ Jannar 2019, din l-iskema kienet riveduta u minn massimu ta’ €2000, issa hemm żieda sostanzjali li tlaħħaq sa massimu ta’ €5,000. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kien hemm reviżjoni wkoll fil-kriterji tal-eleġibilita`, sabiex dan il-benefiċċju jirrifletti s-sitwazzjoni preżenti f’dan il-qasam. Grazzi għal din ir-reviżjoni li għamilna, aktar applikanti ser ikunu eleġibbli għal dan il-benefiċċju.
L-Awtorità tad-Djar għandha ukoll skema oħra li huma eliġibbli għaliha kemm l-inkwilini kif ukoll is-sidien. Din hija skema li toffri ;
· Sussidju fuq xogħlijiet ta’ Irranġar u Titjib f’Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini.
Din l-iskema tipprovdi sussidju sa massimu ta’ €7,000 sabiex isiru xogħlijiet ta’ irranġar u titjib f’residenzi mikrija lill-inkwilini kemm dawk mikrija mill-privat kif ukoll dawk mikrija mingħand il-Gvern.
L-Awtorita` tad-Djar toffri wkoll skemi speċifiċi għal sidien illi għandhom proprjetà għall-kiri ;
· Skema Nikru Biex Nassistu.
Skema biex tilqa’ proposti mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta li jixtiequ jikruha lill-Awtorità tad-Djar għall-iskop ta’ akkomodazzjoni soċjali. L-għan ta’ din l-iskema huwa li jinkoraġġixxi sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u privati b’1, 2 jew 3 ikmamar tas-sodda fi stat ta’
finished,
ġebel u saqaf
u fuq il-pjanta biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Min-naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lill-persuni li huma eleġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
· Skema Ta’ Restawr ta’ Djar Battala Għall-Kiri.
Skema biex tilqa’ talbiet mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u ta’ livell mhux aċċetabbli, sabiex jinvestu fir-restawr tal-proprjeta’ tagħhom. Dawn jingħataw għotja sa massimu ta’ €25,000. Wara li x-xogħlijiet ikunu tlestew din tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Minn naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lill-persuni li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
Dokument bil-kriterji kollha tal-eleġibilita` għal kull skema imsemmija, qiegħed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8771 u 8565 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew 'il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, illum hemm 115-il mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew 'il fuq. In-numru ta’ nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew 'il fuq, li kien hemm ħdax il- sena ilu fl-2008, fl-entitajiet taħt dan id-dekasteru kien ta’ 26 mara.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet għat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – użu ta’ private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin 2017, 2018 u 2019, sal-ġurnata li qed inwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, jien m’għamilt l-ebda użu minn private jet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6705 u 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati? Kemm minnhom jaħdmu? Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta’ income? Kif inhi komposta l-familja tagħhom? Kemm għandhom tfal? Kemm hawn single mothers li huma f’riskju ta’ faqar (jew qegħdin fil-faqar)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — spezzjonijiet fi Djar tal-Anzjani
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8659, jista’ l-Ministru jindika r-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali u lil liema Dar Residenzjali tal-Anzjani għamlet dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi aċċertat li s-servizzi mogħtija minn dawn id-Djar Residenzjali jkunu ta’ kwalità għolja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fid-djar tal-anzjani li ġew spezzjonati, l-Awtorità ta’ Standards fil-Ħarsien Soċjali, identifikat numru ta’ nuqqasijiet u għamlet ukoll diversi rakomandazzjonijiet. L-aktar komuni kienu ;
· Rigward l-ħtieġa ta’ rinovar. Dawn id-djar intalbu jipprovdu lill-Awtorità l-programm tagħhom illi jispjega x’inhuma l-pjanijiet tagħhom għar-rinovar tad-dar u ż-żmien stipulat illi fih ser ikun qiegħed isir u jitlesta’ dan ix-xogħol.
· Osservazzjoni oħra li saret, liema osservazzjoni ukoll kienet waħda komuni, kienet dwar l-attivitajiet soċjali. Id-djar ikkonċernati ntalbu jipprovdu lill-Awtorità b'kopja tal-programm ta’ attivitajiet soċjali li jippromwovu l-anzjanità attiva, li bi ħsiebhom joffru fix-xhur li ġejjin.
· Ġew identifikati wkoll nuqqasijiet fejn tidħol l-mobbiltà u l-integrazzjoni sħiħa tal-anzjani, hekk kif instab illi hemm djar tal-anzjani li mhumiex mgħammra b’faċilità ta' lift. Dawn id-djar intalbu jipprovdu lill-Awtorità l-pjanijiet tagħhom ta’ kif ser ikunu qed iżidu l-aċċessibilita’ fid-djar tal-anzjani inkwistjoni, u t-terminu ta’ żmien li fih ser ikun qiegħed jitlesta dan ix-xogħol.
· Rakkomandazzjoni oħra kienet dwar l-importanza li l-impjegati, jkollhom għarfien tajjeb tal-kultura Maltija.
· Rimarka oħra li ġiet osservata kienet dik tat-temperatura ambjentali tad-djar tal-Anzjani. It-temperatura ġenerali ġewwa d-djar għandha tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti tas-saħħa u s-sigurtà ambjentali tal-post inkwistjoni.
· Saru wkoll kummenti dwar kif m’għandhomx jitħallew oġġetti jew affarijiet illi jistgħu ikunu ta’ periklu għall-anzjani, filwaqt li jiddisponu minn kwalunkwe oġġett li mhux qed ikun ta’ użu jew utilita` ġewwa id-djar tal-anzjani.
· L-importanza li jkun hemm pjan ta' evakwazzjoni f'każ ta' emerġenza ġiet enfasizzata ma’ kull dar tal-anzjani, filwaqt li ġiet enfasizzata ukoll li jkun hemm għarfien dwar il-ħażna tat-tankijiet tal-ossiġnu u l-użu domestiku tal-
heaters
tal-gass fil-binjiet residenzjani tal-anzjani.
· Sar aċċenn ukoll fuq id-dritt tar-residenti għall-privatezza tagħhom kif ukoll għad-dritt li jkun hemm spazju adekwat fejn ir-residenti jkunu jistgħu jieklu u jitkellmu ma’ residenti oħra sħabhom.
Ta' min jirrimarka li għal ċertu osservazzjonijet illi qiegħda tagħmel l-Awtorita` ta’ Standards fil-Ħarsien Soċjali, huwa neċessarju li jkun hemm koordinament mal-OHSA, sabiex mhux biss tindirizza dawn l-osservazzjonijiet, iżda wkoll tieħu parir professjonali speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurta`.
L-Awtorità ta’ Standards fil-Ħarsien Soċjali ser tkun fl-aħħar nett qiegħda tikkollabora mad-djar tal-anzjani sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, u finalment biex l-Awtorita` tara li tittieħed azzjoni fuq il-punti li jkunu tqajmu, fl-interess tal-anzjani residenti fid-djar tal-anzjani.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2566 u jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta’ benefiċjarji li huma mill-faxxa tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f’kull Ċentru ta’ Riżorsi tal-Familja? X’tip ta’ għajnuna regolari qed tingħata lil dawn il-benefiċjarji minn dawn iċ-Ċentri u kemm hija l-ispiża ta’ kull sena biex jitmexxa l-Programm LEAP?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża għal kull sena, minn fondi nazzjonali, fuq l-Programm LEAP hija kif ġej ;
·
2016 - Euro 1,950,000
·
2017 - Euro 1,950,000
·
2018 - Euro 2,250,000
·
2019 - Euro 2,508,000
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ benefiċjarji li ġejjin mill-hekk imsejjħa faxxa ta’ riskju ta’ faqar u l-esklużjoni soċjali, li jiffrekwentaw kull Ċentru ta’ Riżorsi tal-Familja, imqassma skont t-tip ta’ għajnuna, li tingħata lil dawn il-benefiċjarji miċ-Ċentri LEAP, minn kull reġjun.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Courts Section immexxi mill-Aġenzija Appoġġ? X’għandha tagħmel persuna biex titlob għajnuna sabiex tingħata dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-Servizz tal-Qrati tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa mmexxi minn professjonisti speċjalizzati fil-qasam soċjali b’esperjenza fil-qasam tal-Qrati.
Dan is-servizz isegwi digrieti ordnati mill-Qorti tal-Familja biex isir assessjar ta’ sitwazzjonijiet familjari, speċjalment fejn hemm minuri li l-ġenituri tagħhom qegħdin fi proċess ta’ separazzjoni jew medjazzjoni. Il-professjonisti jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Qorti fejn tirrigwarda il-kura u kustodja, l-aċċess u l-benessere soċjali u emozzjonali tal-minuri, skont l-ordni li tkun ingħatat fid-digriet.
Numru ta’ digrieti tal-Qorti tal-Familja jordnaw aċċess b’supervizjoni għal dawk il-ġenituri li uliedhom ma jkunux jgħixu mal-familja. L-Aġenzija Appoġġ tintervjeni f’dawn il-każijiet u toffri servizzi ta’ supervizjoni lil dawn il-minuri sakemm jiġi deċiż aċċess alternattiv mill-Qorti.
Dan is-servizz huwa aċċessibli għal dawk il-ġenituri li jinħarġilhom digriet fejn l-Aġenzija Appoġġ tiġi mitluba tintervjeni. Dan isir permezz ta’ digriet illi joħroġ mill-Qorti tal-Famijla.
Aġenziji u taqsimiet fil-qasam soċjali – lista dettaljata
Question
B’referenza għal-mistoqsija parlamentari 28194 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jelenka lista dettaljata aġġornata tal-indirizzi, eċċ. tal-aġenziji u taqsimiet kollha li hemm fil-qasam socjali li huwa responsabbli minnhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba minnu.
Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta’ Psychology Team
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta’ Psychology Team matul is-sena li għaddiet? Hemm xi lista ta’ stennija għal dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2018, is-Psychological Services fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), illi jiġbor fih tim multi-dixxiplinarju magħmul minn psikoterapisti, terapisti tal-familja, psikologi u counsellors, ħadem ma’ 320 individwu u 180 familja. Is-servizz jaħdem fuq bażi ta’ stennija u bħalissa hemm 15-il familja u 23 individwu jistennew illi jingħataw servizz.
Attwalment qed isir proċess ta’ reklutaġġ biex jimtlew postijiet vakanti ta’ 5 psikologi / psikoterapisti u 2 terapisti tal-familja.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7280, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawk il-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar sabiex kull individwu jkun jista’ japplika għall-post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma s-segwenti :
1) Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea jew stat ta’ refuġjat;
2) F’każ ta’ separazzjoni, is-separazzjoni għandha tkun finalizzata;
3) Id-dħul ma jridx jeċċedi €10,000 għal persuna waħedha jew €12,000 + €700 għal kull wild taħt it-tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa;
4) F’każ ta’ aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta’ koppja miżżewġa;
5) L-assi tal-applikant m’għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni;
6) Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar;
7) Applikanti li jgħixu fil-kera privata, irid ikollhom titlu legali, jiġifieri irċevuta tal-kera dettaljata u kuntratt tal-kera validu.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara ż-żewġ każijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fejn dawn il-persuni ma jistgħux jibqgħu aktar jgħixu weħidhom fid-dar tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità qed isegwi mill-qrib dawn iż-żewġ każijiet u diġa sar kuntatt mal-persuni kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità maqsuma f’age groups ta’ taħt it-18-il sena, bejn 18 u 65 sena u ’l fuq minn 65 sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità maqsuma fl-age groups illi qed ikunu indikati minnu, hija kif ġej :
Age Group
Numru ta’ Persuni b’Diżabilita’
0 – 17
1,117
18 – 65
7,573
66 +
10,261
Ministeru għal Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Persuni b’diżabilità impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti/aġenziji/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3303, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ ġie organizzat fiċ-Ċentri LEAP f’dawn l-aħħar sentejn immirati lejn dawk f’riskju ta’ faqar sabiex dawn jakkwistaw ħiliet u għarfien dwar suġġetti bħal suġġett finanzjarju u dieta sana? Fejn u meta saru dan it-taħriġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar sentejn, l-2017 u l-2018, saru diversi inizjattivi immirati lejn dawk il-persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar, sabiex dawn jakkwistaw l-ħiliet u l-għarfien neċessarju għall-ħajja. Il-lista ta’ hawn taħt turi laqgħat organizzati fil-kommunità miċ-Ċentri LEAP. Minkejja dawn il-laqgħat, iċ-Ċentri LEAP jaħdmu wkoll mal-familji fil-bżonn permezz ta’ interventi informali, kif ukoll permezz tat-tqassmim tal-ikel provdut mill-iskema FEAD (ko-finanzjat mill-UE) u l-programm SFFD (iffinanzjat mill-fondi nazzjonali).
Suġġett tal-Laqgħa
Organizzat mir-Reġjun tal-LEAP
Data
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
07/03/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
14/03/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
21/03/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Punent (Qormi)
22/03/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
28/03/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Punent (Qormi)
29/03/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
04/04/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Gozo
10/04/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
11/04/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Xlokk (Cottonera)
13/04/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Xlokk (Cottonera)
20/04/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
25/04/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
02/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Nofsinhar
04/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
09/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
16/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Xlokk (Cottonera)
22/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
23/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Xlokk (Cottonera)
25/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin
Punent (Qormi)
25/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
30/05/2017
Kors ta' Food handling
Punent (Qormi)
30/05/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
08/08/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr
Punent (Qormi)
07/12/2017
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
09/02/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
16/02/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
23/02/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
02/03/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin
Tramuntana (Belt)
09/03/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
16/03/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
13/04/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
20/04/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
26/04/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
02/05/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
07/05/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
14/05/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
21/05/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
28/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Punent (Qormi)
04/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
04/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
09/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin
Majistral (Qawra)
04/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin
Majistral (Qawra)
05/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin
Majistral (Qawra)
06/06/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
04/06/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
11/06/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
18/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Majistral (Qawra)
14/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Majistral (Qawra)
21/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Majistral (Qawra)
28/06/2018
Għaqal id-dar Ħajja Aħjar
Majistral (Qawra)
25/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
10/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
17/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
24/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
25/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
30/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
01/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
06/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
14/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
21/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Tramuntana (Belt)
28/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom
Punent (Qormi)
02/05/2018 - 20/05/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Majistral (Qawra)
05/07/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar
Majistral (Qawra)
12/07/2018
Kors ta' Food handling
Punent (Qormi)
10/07/2018 - 12/07/2018
Kors ta' Food handling
Punent (Qormi)
25/06/2018 - 27/06/2018
Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin
Tramuntana (Belt)
28/11/2018
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8565 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut ta’ din l-interpellanza, jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, mill-Ordni Permanenti 27, peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li, s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna, mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Inżid illi min-naħa tiegħi bħala Ministru, m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/
parties
, eċċ. li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut ta’ din l-interpellanza, jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, mill-Ordni Permanenti 27, peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li, s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna, mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut ta’ din l-interpellanza, jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, mill-Ordni Permanenti 27, peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li, s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna, mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Inżid illi, min-naħa tiegħi bħala Segretarju Parlamentari, m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/
parties
, eċċ. li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
374
143
32
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
178
19
71
Pensjoni Mhux Kontributorja
64
26
4
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tal-persuni kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom, ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.