Legislature:
Category:
Reset
Active:

KNZ — Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-fondi mogħtija lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) fil-baġit għas-Sena 2025 ma żdiedux? Jista’ jgħid ukoll jekk jaħsibx li dawn il-fondi humiex biżżejjed għal din il-Kummissjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-fondi jiġu mogħtija skont it-talba u l-konsiderazzjoni li wieħed jagħmel wara t-talba.

Sports Scholarship Scheme – Fondi

Question

Fid-dawl li fis-sena 2023 intefqu €316,983 għal-Line Item 5630 Sports Scholarship Scheme u mill-2024 bdew jiġu allokati €200,000, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx allokati aktar fondi għas-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-allokazzjoni tal-fondi isiru skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi li jkun hemm.

Digital Literacy Development — Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-fondi għal-Line Item 5708 - Digital Literacy Development minn €518,000 fl-2024 ġie mnaqqas għal €125,000 fl-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-allokazzjoni tal-fondi isiru skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi li jkun hemm.

In-Naxxar — Skola Primarja - Indafa u żamma ta’ madwar l-iskola

Question

Fid-dawl tal-fatt li qed jinġabar ħafna ħmieġ madwar il-binja tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid min suppost qed jieħu ħsieb l-indafa u ż-żamma ta’ madwar l-iskola, mill-kanċell ’l ġewwa, sakemm titwaqqa’ u tinbena l-Iskola Primarja tan-Naxxar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni hu responsabbli miż-żamma u l-indafa mill-kanċell il-ġewwa.

CDAU – Tlestija tal-Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22398 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentament m’hemmx każijiet pendenti. Madanakollu, kif l-Onor. Interpellanta taf, dan il-proċess hu wieħed kontinwu u għalhekk jista’ jgħati l-każ li minn żmien għal żmien ikun hemm każijiet pendenti li jkun jeħtieġ li ssir evalwazzjoni bir-reqqa qabel ma tittieħed deċiżjoni.

Skejjel sekondarji tal-Istat — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema tal-Physics nieqsa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, u jelenka f'liema skejjel hemm anqas għalliema minn kemm hemm bżonn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx għalliema nieqsa.

MCAST – studenti tat-tieni sena li rriżenjaw minn korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24938 u jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu jinsabu fit-tieni sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MCAST ser tippubblika rapport komprensiv aktar tard matul din is-sena.

MCAST – studenti tal-ewwel sena li rriżenjaw minn korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24937 u jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu għadhom fl-ewwel sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25297.

Core Curriculum Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni għall-istudenti tal-Core Curriculum Programme (CCP) classes waqt l-eżamijiet annwali? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li qed tingħata gwida lill-kapijiet tal-iskejjel biex dawn l-istudenti ma jattendux l-iskola fil-perjodu tal-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ma ngħatat l-ebda struzzjoni lill-kapijiet tal-iskejjel biex dawn l-istudenti ma jattendux l-iskola matul il-perjodu tal-eżamijiet. Dawn l-istudenti jibqgħu jattendu l-iskola u jkollhom il-programm tagħhom kif ġie ppjanat.

LSEs Għawdxin

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25768, jista' l-Ministru jgħid xi jrid ifisser bi ‘grad’ u ‘seniority’? Jista' jispeċifika jekk hux jintgħażlu skont ir-ranking order jew il-‘grad’ u s-‘seniority’?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bi 'grad' jew 'seniority', qed infissru li l-LSEs ikunu fil-pussess ta' kwalifiċi f'MQF level 6 jew Diploma f'MQF level 5 jew Ċertifikar f'MQF level 5.

Istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li jinsabu f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja? Jista’ jaqsam l-istatistika għal dawn l-aħħar għaxar snin, li tirrifletti l-ġeneru tal-istudenti u maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika hemm total ta' 23,625 student fl-iskejjel post-sekondarji.

Istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja — Studenti bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome li jinsabu f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja u jaqsam l-istatistika għal dawn l-aħħar għaxar snin, li tirrifletti l-ġeneru tal-istudenti u maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għas-sena skolastika 2024/2025 kien hemm total ta' 11-il student bil-kundizzjoni ta' down syndrome fl-iskejjel post-sekondarji.

Studenti bid-Down Syndrome — Appoġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri hemm bħalissa biex jiġu appoġġjati studenti bid-Down Syndrome?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm diversi miżuri li jagħtu sapport ħolistiku lill-istudenti bid-Down syndrome fl-iskejjel sabiex jiżguraw sistema ta’ politika edukattiva u inklussiva li tintegra lill-istudenti kollha fil-klassijiet tal-mainstream fejn u meta dan huwa possibli. Minn età bikrija għandna s-servizz għall-intervent bikri mit-twelid sal-età ta’ ħames snin fejn l-evalwazzjoni hija kontinwa u s-sapport isir fid-djar/Ċentri tal-Kura tat-Tfal, sapport fil-klassijiet tal-Kinder 1 u 2. Għandhom s-sapport fit-tranżizzjonijiet bejn id-dar u ċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal, bejn iċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal u l-Kindergarten, u bejn il-Kindergarten u l-Year 1 bejn il-Year 6 u l-Year 7, bejn il-Year 8 u l-Year 9 u bejn il-Year 11 għal postijiet sekondarji. L-istudenti bid-Down syndrome għandhom ukoll is-sapport ta’ Learning Support Educator fl-iskejjel rispettivi fejn flimkien mal-Kap tad-Dipartiment tal-Inklużjoni, s- Senior Leadership Team u l-għalliema rispettivi tagħhom jsir l-iżvilupp ta’ Tiswir ta’ Pjanijiet t’Azzjoni (MAPs) kif ukoll isir l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet Edukattivi Individwali (IEPs) fl-iskejjel biex jiġu identifikati l-miri għal dawn l-istudenti.

Ħal Tarxien — Skola tal-Primarja l-antika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26273 jista’ l-Ministru jagħti tweġiba aktar dettaljata u jgħid ukoll jekk l-Iskola tal-Primarja l-antika f’Ħal Tarxien kollha hijiex qed tiġi utilizzata jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskola qed tintuża bħala induction hub.

AIMS — Tender tal-Uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26074 u jgħid għaliex it-tender relatat mal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ġie estiż fl-ewwel ftit jiem ta' Jannar meta t-tender kellu jagħlaq fis-7 ta' Jannar, qabel ma skadiet id-deadline tat-tfiegħ tat-tenders u għaliex ġie estiż b'xahar? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda l-konfini tal-uffiċini u għaliex limitat biss għal distanza speċifika ta' 1 km mill-Iskola Maria Assumpta, Ħamrun?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dan il-proċess ġew segwiti r-regolamenti tal-Public Procurement.

Innovazzjoni u riċerka — Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm investa l-Gvern fuq innovazzjoni u riċerka, mill-2012 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Financial Year Total Expenditure Research and Innovation 2024 €25,097,195 2023 €21,833,511 2022 €13,310,153 2017 €6,503,365 2016 €5,590,400 2015 €4,485,712 2014 €3,977,494 2013 €2,448,829 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-2012 u bejn l-2018 u l-2021 ir-riċerka u l-innovazzjoni ma kinitx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Birkirkara — Skola Primarja – Xogħol ta’ rinnovar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27185 dwar l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ rinnovar ser isir u jipprovdi iktar informazzjoni? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab pubblika kif qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27943 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27424, dwar rapport ta’ re-audit li ntalab mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar l-edukazzjoni inklużiva, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li titlesta l-evalwazzjoni ta’ dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sar pjan t'azzjoni filwaqt li bdiet l-implimentazzjoni li qed timxi id f'id mat-tielet pilastru tal-istrateġija tal-Edukazzjoni.