Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Ħal Farruġ hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll:
(a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
(b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet?
(ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet?
(d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
(e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?
Tista’ l-Ministru tara li biċċa art ta' kobor sostanzjali fil-Qajjenza, fejn qabel kien lokat il-Gas Depot u li llum hi proprjetà tal-Enemalta, minflok tingħata lill-privat biex tiġi żviluppata f'sitt blokok ta' appartamenti li jwasslu sa’ għoli ta' tmien sulari, tingħata għat-tgawdija tar-residenti tal-Qajjenza u Birżebbuġa f'forma ta' spazju miftuħ?
Iż-Żurrieq – Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv:
(a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali?
(b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta?
(ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess?
(d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati?
(e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati?
(f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru?
(g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament meħtieġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ressaq tliet applikazzjonijiet għall-iskema Community Greening Grant. Matul laqgħa mal-Kunsill, il-periti ta’ Project Green spjegaw liema kriterji ma ntlaħqux biex żewġ applikazzjonijiet ma kinux milqugħa. Fir-rigward tal-applikazzjoni magħżula nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14758.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv:
(a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali?
(b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta?
(ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess?
(d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati?
(e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati?
(f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru?
(g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14759, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba għall-Community Greening Grant, liema proġett ma ssodisfax il-kriterji kollha ta’ din l-iskema.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li juri liema xogħlijiet tal-upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni ser isiru fil-Qrendi u meta? Tista’ tgħid ukoll liema toroq ser ikunu magħluqin minħabba dawn ix-xogħlijiet u minn meta sa meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023, fil-Qrendi saru xogħlijiet fuq livell ta’ vultaġġ medju u 400V sabiex tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fl-istess lokalità. S’issa, din is-sena, għadu mhux ippjanat li se jingħalqu toroq f’din il-lokalità minħabba xi xogħlijiet.
Ħal Kirkop — Upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan, li juri liema xogħlijiet tal-upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni ser isiru f'Ħal Kirkop u meta? Tista’ tgħid ukoll liema toroq ser ikunu magħluqin minħabba dawn ix-xogħlijiet u minn meta sa meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tal-Enemalta, f’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, f’Ħal Kirkop sar xogħol ta’ rinfurzar fuq is-sistema ta’ vultaġġ medju miċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni tal-istess lokalità. Permezz ta’ dan ix-xogħol ta’ rinfurzar, Ħal Kirkop u lokalitajiet oħrajn fil-madwar ser igawdu minn aktar rotot alternattivi, f’każ li tiżviluppa ħsara fuq livell ta’ vultaġġ medju.
Fl-istess rotta qed jinħarġu cables ta’ vultaġġ baxx minn żewġ substations, sabiex tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni fl-istess żoni. Infurmata li matul dan ix-xogħol relatat mas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku ngħalqet parti minn Triq San Pietru u li x-xogħol min-naħa tal-Enemalta jinsab fil-fażi finali tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm charging points għal vetturi elettriċi f'Għawdex u fejn jinsabu? Tista’ tgħid ukoll kemm saru charging points ġodda matul is-sena 2023, fejn saru u kemm hemm charging points ġodda ppjanati li jsiru ġewwa Għawdex matul is-sena 2024 u fejn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara li fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar, ikun hemm dawl adegwat matul it-triq kollha, hekk kif partijiet minn din it-triq jinsabu fi dlam ċappa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Gudja — Ġnien iż-Żgħażagħ – Rapporti ta’ storbju u abbużi
Question
Tista' l-Ministru tara li jiġi mdawwal Ġnien iż-Żgħażagħ, il-Gudja, peress li dan il-ġnien jinsab fid-dlam u qed ikun hemm rappurtat storbju u abbużi, inkluż il-fatt li spiss jinstabu numru ta' siringi fih?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-kontrolli u tindif li jsiru kontinwament minn Project Green, fi Ġnien iż-Żgħażagħ ma kienux irrappurtati l-ebda abbużi f’dan is-sit. Id-dawl huwa meqjus bħala sors ta’ tniġġis f’żoni li huma kkunsidrati bħala ODZ, kif inhu fil-każ ta’ dan il-ġnien, għax iħalli effett negattiv fuq l-ekosistema. L-Aġenzija ser tkun qed tkompli tanalizza jekk dan hux neċessarju għall-użu ta’ dan il-ġnien.
Tista’ l-Ministru tgħid liema żoni tal-kosta ta' Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi ser ikun qiegħed ikopri l-park ġeoloġiku u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra 'site plan' li tindika dawn iż-żoni? Tista’ tgħid ukoll:
(a) Fiex waslu l-istudji biex jiġi stabbilit l-istat preżenti taż-żona u meta dawn l-istudji ser ikunu lesti?
(b) Fiex ser ikunu jikkonsistu l-interventi meħtieġa biex jinħoloq dan il-park ġeoloġiku?
(ċ) X'kobor ta' art ser tkun affetwata bl-interventi proposti?
(d) Min qed jipprepara dawn l-istudji, permezz ta' kollaborazzjoni ma' kunsilli lokali, minn impjegati tal-Project Green jew minn kumpanija/i privata/i?
(e) F'każ li x-xogħol ġie kkummissjonat lill-kumpanija/i privata/i, tista’ tgħid jekk sarx permess ta' direct order jew ta' tender?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal taż-Żurrieq hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll:
(a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
(b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet?
(ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet?
(d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
(e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-Żurrieq hija waħda mil-lokalitajiet li se tibbenefika mill-iskema Community Greening Grant li nediet Project Green. Permezz ta’ proġett propost mill-Kunsill Lokali biex jitwettaq fi Pjazza Karmelitani ser ikunu qed jitħawlu siġar u arbuxelli indiġeni, filwaqt li ser jiġi inkorporat ġibjun taħt l-art biex dawn ikunu jistgħu jissaqqew b’mod sostenibbli. Bħalissa l-applikazzjoni għal dan il-proġett quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tinsab fil-proċess ta’ DNO u għaldaqstant ikun hemm indikazzjoni dwar meta se jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal tal-Imqabba hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll:
(a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
(b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet?
(ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet?
(d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
(e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li qed jiġu kkunsidrati proġetti f’din il-lokalità iżda x-xogħol tal-ippjanar għadu għaddej u mhux konkluż. Għaldaqstant, aktar dettalji ser jingħataw fiż-żmien li ġej.
Żurrieq u Ħal Safi – New Water — Network tad-distribuzzjoni
Question
B'referenza għal-lista ta' toroq li fihom ser jgħaddi n-network tan-New Water fiż-Żurrieq u Ħal Safi (RWPs LOT 1 & RWPs LOT 2) annessi ma’ din il-mistoqsija parlamentari, tista’ l-Ministru tgħid:
(a) Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta ser jitlesta x-xogħol fuq kull triq?
(b) Liema toroq ingħatalhom wiċċ ta' tarmak ġdid u kemm ilu li ngħata dan it-tarmak?
(ċ) X'inhi r-raġuni li n-network tad-distribuzzjoni tan-New Water ma ġiex mgħoddi minn taħt il-wiċċ tat-triq qabel ma ngħata t-tarmak?
(d) Xi spejjeż żejda ser jiġu involuti biex jerġa’ jsir il-wiċċ tat-tarmak mill-ġdid hekk kif jiġi mgħoddi n-network tad-distribuzzjoni tan-New Water?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tad-domanda li dejjem qed tiżdied għall-użu tan-New Water fi Lbiċ ta’ Malta, fl-2023 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kisbet €19.5 miljun minn fond agrikolu tal-Unjoni Ewropea (EAFRD) li ser jintużaw sabiex tkompli testendi n-network għad-distribuzzjoni ta’ dan is-servizz għall-benefiċċju tal-bdiewa li għandhom ir-raba tagħhom f’din in-naħa tal-pajjiż.
Ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn nofs din is-sena, ladarba jitntemm il-proċess tal-evalwazzjoni tal-offerti riċevuti u jiġu ffirmati l-kuntratti, u huwa mmirat li jitlestew lejn tmiem is-sena 2025.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal tal-Qrendi hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll:
(a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
(b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet?
(ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet?
(d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
(e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, grazzi għall-ħidma konġunta bejn Project Green u l-Kunsill Lokali tal-Qrendi, f’Novembru li għadda infetaħ Ġnejnet Nikol Aquilina, fl-inħawi tal-Maqluba. F’din iż-żona ġew installati bankijiet għall-picnics u tħawlu siġar u arbuxelli ġodda biex b’hekk inħoloq spazju ieħor fejn il-pubbliku jista’ jqatta’ ħin ta’ rikreazzjoni fi spazju miftuħ. Preżentament, għall-istess lokalità, qed jiġu kkunsidrati proġetti oħrajn li d-dettalji dwarhom jitħabbru ladarba jitlesta x-xogħol preparatorju.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Ħal Kirkop hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll:
(a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
(b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet?
(ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet?
(d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
(e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li Project Green tinsab f’diskussjonijiet dwar il-possibiltà li sit li bħalissa m’għandu l-ebda użu fiċ-ċentru urban ta’ Ħal Kirkop jiġi riġenerat fi spazju aħdar għall-użu tal-komunità.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – Nefqa fuq rigali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtha li minnhom tixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li m’hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – Direct Orders
Question
Tista' l-Ministru tipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tagħha fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament tgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — CT2247/2023
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti u għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ is-sejħa li ħareġ reċentement il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża CT2247/2023 - SERVICES - FRAMEWORK AGREEMENT FOR THE UPKEEP IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER OF VARIOUS WATER RESERVOIR SITES IN MALTA AND GOZO USED BY THE WATER SERVICES CORPORATION? Tista’ tgħid ukoll min kien jagħmel dan ix-xogħol li hemm mitlub f'din is-sejħa f'dawn l-aħħar xhur u f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sejħa tikkonsisti f’xogħol ta’ manutenzjoni ta’ diversi siti ta’ ġibjuni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha mferrxin madwar Malta u Għawdex. Sal-lum dan ix-xogħol kien isir mill-Korporazzjoni nnifisha, fejn ix-xogħol ma jiqafx biss mal-manutenzjoni ta’ dawn l-imsemmija siti iżda jkopri wkoll numru kbir ta’ siti oħrajn li tamministra. Il-Korporazzjoni temmen bi sħiħ fiż-żamma ta’ dawn il-ġibjuni iżda preżentament mhux possibbli li dan ix-xogħol jitwettaq minnha stess minħabba li qed tiffoka u tinvesti dejjem aktar fuq l-operatur ewlieni tagħha li kulma jmur dejjem jikber. Inħasset il-ħtieġa li tinħareġ din is-sejħa pubblika bil-għan ewlieni li l-Korporazzjoni tkompli tinvesti fiż-żamma ta’ dawn l-assi tagħha, bl-aħjar mod possibbli.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13732 u tipprovdi lista tal-proġetti li saru minn Project Green flimkien man-nefqa kapitali ta’ kull proġett u d-data li fiha ġie inawgurat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-Leġiżlatura tlestew jew jinsabu għaddejjin xogħlijiet fuq bosta proġetti ambjentali u interventi oħra ta’ afforestazzjoni, tħaddir urban u l-ħolqien ta’ spazji miftuħa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata bil-proġetti li wettqu jew qegħdin iwettqu Project Green, Ambjent Malta u Greenserv u li flimkien se jiswew aktar minn €93 miljun. Dawn minbarra bosta proġetti oħrajn li għadhom fi stadju bikri ta’ ppjanar u/jew studji.
Ta’ Ċenċ — Xogħlijiet mill-Water Services Corporation
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12420 rigward fiex jikkonsistu u ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet li nbdew iktar minn xahrejn ilu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex fejn ġie imwieġeb li 'dan il-proġett huwa maħsub biex jintegra ż-żewġ ġibjuni prinċipali t’Għawdex. L-għan ewlieni tiegħu huwa sabiex il-konsumatur igawdi minn kwalità ta’ ilma aħjar, jiġi ffaċilitat it-taħlit tal-ilma fil-ġibjuni, kif ukoll tissaħħaħ il-pressa tal-ilma madwar Għawdex kollu. Dan il-proġett huwa ppjanat li ser jieħu madwar sena biex jitlesa u stmat li se jiswa madwar €500,000.', tista’ l-Ministru tgħid meta u fejn ħarġu s-sejħiet biex isiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa u minn min qed isir ix-xogħol? Tista’ tgħid ukoll għalfejn f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkompliex ix-xogħol fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett, li primarjament huwa maħsub sabiex il-konsumatur ikun moqdi bi kwalità ta’ ilma aħjar, jiġi ffaċilitat it-taħlit tal-ilma fil-ġibjuni u tissaħħaħ il-pressa tal-ilma madwar Għawdex kollu, qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Sannat. Il-kuntrattur li qed iwettaq ix-xogħol huwa Gatt Construction Ltd, l-istess offerent li ntgħażel permezz ta’ sejħa pubblika maħruġa mill-Kunsill Lokali u li kienet tittratta twettiq ta’ xogħlijiet fit-toroq f’Sannat. Infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma vverifikat li l-għażla tal-offerent saret skont il-prinċipju ta’ governanza tajba. Wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett, ix-xogħlijiet se jissuktaw wara li jinħarġu l-permessi meħtieġa, li għalihom diġà ddaħħlu l-applikazzjonijiet, għall-fażi li jmiss.