Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-teħid tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-bdil tal-policy għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa mill-Bord tal-Ippjanar fl-2015 kienx hemm membri fi ħdan il-bord li ddikjaraw kunflitt ta' interess?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qed niġi infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li waqt id-delebirazzjoni u deċiżjoni tal-applikazzjoni l-PC application 46/13 dwar il-bdil tal-policy għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa mill-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ma kien hemm l-ebda membru li ddikjara kunflitt ta’ interess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-teħid tad-deċiżjoni mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-approvazzjoni tal-permess fl-applikazzjoni PA /05909/17 kienx hemm membri mill-Bord li ddikjaraw kunflitt ta’ interess qabel ma’ ttieħed il-vot fuq l-applikazzjoni indikata?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qed niġi infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li waqt id-delebirazzjoni u deċiżjoni tal-applikazzjoni PA 5909/17 mill-Bord tal-Ippjanar, ma kien hemm l-ebda membru li ddikjara kunflitt ta’ interess.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni (sena) li jkun beda jopera l-waste to energy plant fil-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-parir li ghandi huwa li l-impjant ta’ Waste to Energy ghandu jkun operabbli lejn s-sena 2027. Dan dejjem salv xi imprevist li jista’ joħloq dewmien.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni (sena) li l-Miżbla fil-Magħtab/Għallis timtela kollha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat mill-Wasteserv li l-aħħar ċellola fil-landill tal-Għallis isservi sa Q2 2021. Il-Gvern flimkien mal-Wasteserv qiegħed jaħdem għal pjan fit-tul għall-immanniġġar tal-iskart. Qed naħdmu fuq pjan biex il-pajjiż ikollu spazju biżżejjed għaż-żmien li ħej, l-impjanti li pajjiżna għandu bżonn u t-tħaddim tas-sistemi reduce, reuse u recycle.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent, il-vetturi general use użati mis-Segretarjat tiegħi huma tnejn li jaħdmu bl-elettriku, filwaqt li vettura oħra li taħdem bl-elettriku hija allokata fis-Segretarjat Permanenti. Fejn jikkonċerna l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi bdiet tħejji dokument ta’ tender li għandu jwassal sabiex disgħa u tmenin fil-mija (89%) tal-flotta tagħha tkun taħdem bl-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex iż-żona li hemm protetta f’Xrobb l-Għaġin f'Delimara jsirulha x-xogħlijiet neċessarji li hemm bżonn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiddentifika eżattament liema huma x-xogħlijiet necessarji li hemm bżonn isiru. Jekk qed jirreferi għal ħajt li jdawwar ż-żona protteta ġewwa Xrobb l-Ghagin, ninfurmah li s-sejħa għall-offerti ġiet konkluża u bħalissa għaddej l-perjodu ta’ appell fejn eventwalment wara jkun jista jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fuq dan il-ħajt.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhu qed jipprovdi l-ebda tip ta’ konsulenza lill-entitajiet tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Iżvilupp u l-Ippjanar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-snin 2017, 2018 u 2019, l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw b’mod separat offra servizz ta’ awditjar lill-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. Dan kien servizz li jirrigwardja awditjar jew ċertifikazzjoni ta’ rapporti annwali dwar diversi faċilitajiet tal-kumpanija. Barra minn hekk, bejn Lulju 2017 u Jannar 2020, l-istess individwu serva wkoll bħala membru fuq il-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Wasteserve — uffiċjali li kellhom il-kuntratt imġedded
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-uffiċjali tal-WasteServ li kellhom il-kuntratt tagħhom imġedded wara l-1 ta’ Novembru 2019 u d-dati rispettivi?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’żieda għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13100, ninsab infurmat li l-uniku uffiċjal tal-WasteServ li kellu l-kuntratt tiegħu mġedded kien dak tas-CEO.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’policies hemm fis-seħħ mill-Awtorità tal-Ambjent għar-rigward ta’ ħsejjes u inkonvenjenzi li jinqalgħu lill-ġirien minħabba l-istallazzjoni ta’ apparat marbut ma’ air conditioning jew fridges industrijali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsejjeż tat-tip li qed jirreferi għalihom, jiġiefieri għal storbju fil-viċinat (‘neighbourhood noise’), ma jaqgħux fil-kwadru tar-regoli amministrati mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi li r-responsabbiltà tagħha hija biss għal ħsejjes fl-ambjent (‘environment noise’). Madakollu il-ministeru tieghi kien qed jipprepara ligi ad hoc fuq sorbju fil-vicinat (‘neighbourhood noise’) u din ser tinhareg ghall-konsultazzjoni pubblika fil-gimghat li gejjin.
Awtorità tal-Ippjanar – policies rigward ħsejjes u inkonvenjenzi minn stalazzjoni ta’ air conditioning jew fridges industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’policies hemm fis-seħħ mill-Awtorita tal-Ippjanar għar-rigward ta’ ħsejjes u inkonvenjenzi li jinqalgħu lill-ġirien minħabba l-istallazzjoni ta’ apparat marbut ma’ air conditioning jew fridges industrijali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar l-Ippjanar ghandha zewg policies relatati mal-kwistjoni. Id-dokument ta’ politika DC2015 fih zewg provvedimenti. Dak f’G47 jitlob li air conditioning units ma jitpoggewx fejn jistghu ikunu ta’ inkonvenjent, specjalment bil-lejl, u allura m’ghandhomx jitpoggew fejn kmamar tas-sodda u titlob ukoll li chillers ma jitpoggewx fuq bjut. Min-naha l-ohra dak f’P38 ta’ l-istess document jitlob ukoll li ghal uzijiet kummercjali f’basements, air conditioning units u fridges m’ghandhomx ikunu ta’ inkonvenjent lill-girien.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li l-Ministru preċedenti kien għamel dwar l-użu tal-barrieri bil-ħsieb li dawn il-barrieri jintużaw għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-istudju in kwistjoni fil-fatt qed isir mill-ERA u beda f’Settembru 2019 bil-mira ewlenija tkun li tinġabar informazzjoni dwar kull barriera sabiex isservi bħala parti mill-bażi ta’ proposta għall-konsiderazzjoni tal-Gvern dwar il-kwistjoni tal-materjal tal-kostruzzjoni. Din il-materja għadha għall-konsiderazzjonijiet tal-Kabinett u għalhekk mhuxf’pożizzjoni li nagħti aktar dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fiż-żona tax-Xemxija? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess żona fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor Interpellant li qed nuri hawn taht n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fix-Xemxija. Il-figuri juru wkoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess ka¿ijiet.
Xemxija
Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ 80
Ka¿ijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li ser jibda x-xogħol 43
Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol 52
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ ¿vilupp, fejn il-kunsill lokali mi¿mum fis-sistema jinkludi dak ta’ San Pawl il-Baħar u fejn l-indirizz tas-sit fl-applikazzjoni jinkludi il-kelma “Xemxija” fejn id-deċi¿joni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess fil-perjodu msemmi. In-numru ta’ spezjonijiet huwa dak mi¿mum fis-sistema u ma jinkludix spezjonijiet li setgħu saru frott ta’ lment mill-pubbliku (li ma jin¿ammux fis-sistema f’mod li jkunu jistgħu jiġu relatati mal-ka¿ijiet hawn fuq imsemmija).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalità tan-Naxxar? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13292, hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fin-Naxxar. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet.
Naxxar
Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ
963
Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol
578
Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol
554
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinkludi dak tan-Naxxar fejn id-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess fil-perjodu msemmi. In-numru ta’ spezjonijiet huwa dak miżmum fis-sistema u ma jinkludix spezjonijiet li setgħu saru frott ta’ lment mill-pubbliku (li ma jinżammux fis-sistema f’mod li jkunu jistgħu jiġu relatati mal-każijiet hawn fuq imsemmija)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalità tal-Mellieħa/Manikata? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13293, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fil-Kunsill tal-Mellieħa, li jinkludi l-lokalitajiet tal-Manikata. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet f’kull lokalità.
Mellieħa
Manikata
Lokalitajiet oħra
Total
Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ
38
801
839
Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol
21
465
486
Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol
14
596
610
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinkludi dak tal-Mellieħa u fejn l-indirizz tas-sit fl-applikazzjoni jinkludi il-lokalità tal-Manikata, fl-istess kunsill, fejn id-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess fil-perjodu msemmi. In-numru ta’ spezjonijiet huwa dak miżmum fis-sistema u ma jinkludix spezjonijiet li setgħu saru frott ta’ lment mill-pubbliku (li ma jinżammux fis-sistema f’mod li jkunu jistgħu jiġu relatati mal-każijiet hawn fuq imsemmija).
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati fil-Qawra u Buġibba
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fiż-żoni tal-Qawra u Buġibba? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13294, hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar, li jinkludi l-lokalitajiet tal- Qawra u Buġibba. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet f’kull lokalità.
Buġġiba/Qawra
Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ
308
Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol
164
Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol
202
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati f’San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13295, hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet f’kull lokalità.
San Pawl il-Baħar
Buġġiba/Qawra
Xemxija
Lokalitajiet oħra
Total
Applikazzjonijeit approvati bil-permess maħruġ
308
80
1,089
1,477
Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol
164
43
629
836
Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol
202
52
1,038
1.292
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-onorarja li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta kien ipoġġi fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-onorarja li ħa l-individwu bħala rappreżentant tal-Gvern fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-4 ta’ Lulju 2017 sal-25 ta’ Frar 2020 tammonta għal €14,440.
Jista' l-Ministru jagħti d-data meta bejn Novembru 2019 u l-14 ta’ Frar 2020 l-kuntratt ta’ CEO tal-Wasteserve ġie estiż jew iffirmat mill-ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-kuntratt tas-CEO kien jiskadi fis-7 ta’ Jannar 2020 u, peress li ma kienx ingħata minn qabel, u kif meħtieġ, avviż li ma kienx ser jiġġedded, il-kuntratt ġie awtonatikament imġedded għal tliet snin oħra b’effett mill-ġurnata ta’ wara.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12650 u jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2020, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar twaqqaf is-servizz ta’ konsulenza li kienu jagħtu ħames konsulenti. Dawn il-kuntratti twaqqfu għax minħabba l-bidla fil-Ministeri u l-portafolli rispettivi, is-servizzi tagħhom ma kinux aktar meħtieġa. Bl-istess mod, kien hemm tliet (3) membri tas-segretarjat, li kienu ngaġġati fuq position of trust, u sitt (6) Policy Consultants li lkoll kienu jagħtu servizz lill-predeċessur tiegħi u li issa assumew dmirijiet f’Ministeru ġdid.
Sadanittant, fl-Awtorità tal-Ippjanar, fit-13 ta’ Jannar 2020, ġie tterminat kuntratt ta’ konsulenza legali, filwaqt li fir-rigward ta’ konsulenza legali oħra nħarġet notifika ta’ waqfien sabiex il-kuntratt pre¿enti jitwaqqaf fl-14 t’Awwissu 2020.