Legislature:
Category:
Reset
Active:

Widien imnaddfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema widien ġew imnaddfa matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017 mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Widien twettaq diversi interventi fil-widien li jinkludu xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni, ħarsien tal-infrastruttura rurali fil-korsi tal-ilma, u kontroll ta’ speċijiet aljeni u invażivi. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet jiġu mwettqa fix-xhur tas-sajf minħabba li fix-xitwa ħafna widien ma jkunux aċċessibli minħabba l-ilma tax-xita. Fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2017 sat- 2 ta’ Ġunju 2017 twettqu numru ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-widien fost l-oħrajn: · Tiswija ta’ trejqa li tintuża mil-bdiewa f’Wied il-Qlejgħa, Rabat, li saritilha ħsara minħabba l-effetti tal-għargħar u offroading ; · Tneħħija ta’ siġar ta’ l-akaċja li qed jostakolaw it-triq ta’ Wied il-Qlejgħa; · Tneħħija ta’ materjal, skart u arbuxelli u siġar invażivi f’Wied is-Sewda, Wied il-Kbir u Wied iċ-Ċawsli, f’Ħal Qormi; · Tneħħija ta’ materjal u siġar invażivi li kibru fil-kanal ta’ taħt ir- roundabout tal-Lowenbrau, Qormi; · Tneħħija ta’ skart u siġar tar-riġnu minn ħdejn it-troll, f’Wied Baqqiegħa, f’Ħaż-Żebbuġ; · Tneħħija ta’ qasab mil-kanal ta’ ħdejn il-Marsa Sports Centre; · Assistenza lil Għaqda tar-Residenti ta’ Santa Marija Estate, Mellieħa, fil-proġett tar-restawr ekoloġiku ta’ Wied Għajn Żejtuna. Xogħlijiet jinkludu tneħħija ta’ materjal u kontrol ta’ arbuxelli invażivi; u · Preparamenti f’Wied Qannotta, Burmarrad, għax-xogħlijiet ta’ tneħħija tal-qasba l-kbira li se jitwettqu fis-sajf. Dawn il-preparamenti jinkludu tneħħija ta’ ħaxix ħażin u xogħlijiet ta’ manutenzjoni fit-trejqa li tagħti għall-wied sa biex jiġi assigurat l-aċċess għat-trakkijiet tal-ġar.

Mellieħa – Triq il-Qortin – siġra antika tal-ħarrub imqaċċta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm permessi approvati mill-awtoritajiet konċernati sabiex "titqaċċat" siġra antika tal-ħarrub fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa proprju nhar l-Erbgħa 28 ta' Ġunju fl-4:30pm kif juri dan ir-ritratt li qed jingħata separatament? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità approvat dawn il-permessi? Dan l-isfreġju sar fuq xogħol ta' Transport Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-siġra inkwistjoni tinsab ġo żona ta’ l-iżvilupp u għaldaqstant ma tirrikjediex permess biex titneħħa jew biex isir intervent fuqha skont ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar, 2011 (L.S. 549.64). Permess tal-ambjent għal interventi fuq din it-tip ta’ siġra huwa rekwiżit bil-liġi msemmijia meta tkun tinsab f’żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) u barra miż-żona tal-Iżvilupp (ODZ).

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.