Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt sar għall-iskema fejn jiġu rranġati residenzi privati u offruti għal skop ta’ housing soċjali mill-2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2019 sal-lum* l-Awtorità tad-Djar approvat 18-il applikazzjoni ta’ din ix-xorta permezz tal-iskema Restawr ta’ Djar Battala.
*sas-16 ta’ Jannar 2023
Awtorità tad-Djar – Skema Nikru biex Nassistu – numru ta’ applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema “Nikru biex Nassistu” fis-snin 2019, 2020, 2021 u 2022? F’liema lokalitajiet jinsabu u jekk sarux kuntratti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – Skema Nikru biex Nassistu – lift mhux provdut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar krietx appartamenti mis-settur privat fl-iskema “Nikru biex Nassistu”, li ma jkunx provdut lift fil-komun matul is-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm-il appartament inkera sena b’sena u l-lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar kriet 41 appartament li jinsabu f’binja mingħajr lift kif indikat fit-tabella segwenti.
Lokalità
2020
2021
2022
Birżebbuġa
2
0
0
Għajnsielem Għawdex
2
0
0
Mellieħa
0
1
0
Munxar Għawdex (inc Xlendi)
4
0
0
Naxxar
0
0
1
Qala Għawdex
2
0
0
Qormi
0
2
1
Rabat
1
0
0
San Ġwann
0
0
1
Santa Venera
0
6
0
Siġġiewi
1
0
0
Wied il-Għajn
2
4
2
Xagħra Għawdex
1
0
0
Xgħajra
1
0
0
Żebbuġ
0
0
1
Żebbuġ Għawdex (inc Marsalforn)
5
0
0
Żurrieq
0
0
1
Total :
21
13
7
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il akkomodazzjoni soċjali ngħatat minn Ottubru 2021 sa Marzu 2022 u minn April 2022 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu postijiet lill-inkwilini rikonoxxuti u li l-Gvern huwa s-sid tagħhom fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont fit-total tiegħu sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella segwenti :
Sena
Postijiet Mibjugħa
Sussidju Mogħti lill-Inkwilini
Prezz tal-Bejgħ
2021
107
€3,797,502
€4,887,195
2022
107
€4,431,414
€5,127,506
Awtorità tad-Djar – postijiet allokati lil ħaddiema/familjari tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet bħala allokazzjoni tad-djar lil ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar jew inkella lill-familjari tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni rigward familjari tal-istaff ma tinżammx. Żewġ individwi li ġew impjegati mal-Awtorità mill-2017 ’l hawn ġew allokati akkomodazzjoni soċjali.
Awtorità tad-Djar – għajnuna lil shelters tal-vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna tagħti l-Awtorità tad-Djar lil shelters tal-vjolenza domestika li hawn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tikri numru ta’ residenzi lil għaqdiet volontarji li joffru servizz ta’ shelter lil persuni li jkunu sofrew minn vjolenza domestika. Dawn ir-residenzi jinkrew bi prezz sussidjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid xi proċedura ntużat biex jidħlu dawn il-ħaddiema u minn liema lokalitajiet ġejjin, maqsuma lokalità b'lokalità, u bin-numru ta’ ħaddiema ħdejn kull lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul s-sena 2021 ġew ingaġġati 37 impjegat filwaqt li fl-2022 ġew ingaġġati 19-il impjegat. Il-maġġoranza tal-impjegati ġew ingaġġati permess tal-proċedura ‘Directive 7 – Delegation of Authority to effect Recruitment, Promotions and Industrial Relations in Public Sector entities’. Kien hemm ukoll każijiet ta’ detailing u re-deployment.
Dawn huma l-lokalitajiet li minnhom ġejjin l-impjegati ingaġġati: Birżebbuġa, Għaxaq, Dingli, Gudja, Kalkara, Kerċem, Kirkop, Luqa, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Munxar, Naxxar, Pembroke, Paola, Qormi, Qrendi, San Ġwann, Siġġiewi, St.Venera, Tarxien, Żabbar u Żebbuġ.
Persuni b’diżabilità li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-mument kemm hemm persuni b’diżabilità li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali u jekk hemmx minnhom li huma f’shared apartments?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli. L-Awtorità tad-Djar iżżomm informazzjoni kunfidenzjali dwar iċ-ċirkustanzi tal-familja bħal diżabilità fl-istadju tal-applikazzjoni u l-allokazzjoni biss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift ġie installat fil-blokki tal-Gvern, matul is-snin 2020, 2021 u 2022? F’liema lokalitajiet ġew installati dawn il-liftijiet? Kemm hemm minnhom li tpoġġew iżda għadhom ma bdewx jintużaw minħabba li għadhom mhumiex jiffunzjonaw għax mitfija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 79 lift bejn is-snin 2020 - 2022 rispettivament hekk kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Dawn il-liftijiet ġew kollha attivati u mgħoddija lura lir-residenti jiffunzjonaw
2020 (19-il Lift)
2021 (32 Lift)
Birkirkara
1
2022 (28 Lift)
Għaxaq
2
Attard
2
Mosta
2
Gudja
1
Birkirkara
3
Paola
1
Giżra
2
Għaxaq
1
Qormi
1
Kalkara
3
Gudja
1
San Ġwann
7
Marsa
4
Lija
1
Santa Luċija
2
Mosta
1
Paola
1
Santa Venera
1
Qormi
1
Qormi
1
Ta' Xbiex
2
San Ġwann
10
Rabat
5
Valletta
1
Santa Luċija
1
San Ġwann
4
Żabbar
1
Santa Venera
1
Santa Luċija
3
Żurrieq
1
Ta' Xbiex
2
Siġġiewi
2
Victoria (Gozo)
1
Valletta
3
Żabbar
1
Żebbuġ
1
Żebbuġ
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja li jgħixu f’postijiet dilapidati ħadu post alternattiv mis-sena 2021 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari PQ 4226. Ta’ minn jinnota wkoll li l-Awtorità tad-Djar toffri skemi li permezz tagħhom, inkwilin ikun jista’ jagħmel xogħlijiet biex jirranġa l-proprjetà tiegħu u jneħħi xi periklu li jkun hemm.
B'effett minn meta daħlu fis-seħħ l-emendi ġodda tal-kera sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet li fihom l-Awtorità qed tħallas parti mill-kirjiet ta' akkomodazzjonijiet mikrija mingħand il-privat u liema kirjiet kienu daħlu fis-seħħ qabel l-1995? Jista' jgħid s’issa kemm hu l-ammont totali li l-Awtorità tad-Djar qed tħallas fis-sena jew hija tenuta tħallas fis-sena għal dawn il-kirjiet? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kirjiet huma f'Malta u kemm minnhom huma f'Għawdex?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Awtorità tad-Djar — bord tal-allokazzjonijiet - membri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3862, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi u jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Allokazzjonijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tiżvelax l-ismijiet tal-membri tal-Bordtal-Allokazzjonijiet sabiex ma tagħtix lok li terzi persuni jippruvaw jinfluwenzaw l-operat tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet b’allokazzjonijiet minn Jannar 2022? Kemm minn dawn li tqassmu huma units tal-Gvern u f’liema lokalità jinsabu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma mill-iskema li permezz tagħha ġew mikrija mill-privat biex jingħataw b’subletting lill-klijenti tal-Awtorità tad-Djar? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kienu dawn u f’liema lokalitajiet minn Jannar 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella segwenti li tindika l-proprjetajiet mikrija għall-akkomodazzjoni soċjali mqassma bil-lokalità.
Attard
11
Pembroke
6
Birkirkara
111
Qala Għawdex
7
Birgu
6
Qormi
42
Birżebbuġa
5
Qrendi
1
Bormla
14
Rabat
4
Fgura
10
Rabat Għawdex
5
Furjana
7
Raħal Ġdid
18
Fontana Għawdex
1
San Ġwann
17
Għajnsielem Gozo
10
San Ġiljan
5
Għaxaq
1
San Pawl il-Baħar
70
Gudja
2
Sannat Għawdex
1
Gżira
3
Santa Luċija
8
Ħamrun
17
Santa Venera
21
Isla
4
Siġġiewi
21
Kalkara
1
Ta' Xbiex
2
Luqa
3
Tarxien
8
Marsa
7
Valletta
45
Marsaskala
6
Xagħra Għawdex
14
Mellieħa
7
Xgħajra
1
Mġarr
2
Żabbar
11
Mosta
1
Żebbuġ
7
Msida
6
Żebbuġ Għawdex
9
Nadur Għawdex
3
Żejtun
8
Naxxar
3
Żurrieq
13
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tħallas kera l-Awtorità tad-Djar għall-Binja A li għandha l-Awtorità u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-kirja? Jista’ jgħid kemm qed tiswa f’kera annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fir-refurbishment tal-Binja A?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu mal-Awtorità tad-Djar mill-2017 sal-lum? Jista’ jagħti lista tal-kategoriji fejn dawn daħlu jaħdmu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2017 ġew ingaġġati 146 impjegat f’dawn id-Dipartimenti, li wħud minnhom diġà rriżenjaw u ġew sostitwiti minn ħaddiema oħra. L-ammont ta’ nies li spiċċaw għal dan il-perjodu jammonta għal 92. Dawn il-figuri jindikaw id-dipartiment fejn ġew ingaġġati l-ħaddiema.
Uffiċċju tas-CEO – 7
Corporate Services – 19
Estate Management – 26
Social Housing – 7
Schemes – 22
Finance – 18
Technical Services & Operations – 19
Private Residential Leases Unit - 28
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis ta’ fondi fuq line item 5404, Expenditure Reporting Schemes, li minn €1,300,000 niżel għal €1,200,000, jiġifieri tnaqqis fl-iskemi ta’ €100,000? Liema skema ser jitnaqqsulha l-fondi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi line item 5404 jirreferi għall-baġit allokat għall-Iskema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’. It-talbiet kollha permezz ta’ din l-iskema qed jiġu milqugħa, barra minn hekk l-istess familji se jibdew jibbenefikaw ukoll mill-għotja ta’ €10,000 għal first-time buyers. Kumplessivament il-baġit allokat għall-iskemi offruti mill-Awtorità tad-Djar żdied sostanzjalment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3861, jista’ l-Ministru jgħid f’liema binjiet ġewwa Ta’ Giorni housing estate se jkunu dawn is-sitt liftijiet? Ir-residenti huma infurmati b’dan? Jista’ jgħid f’liema xahar ser jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qed tipproċessa talbiet ta’ lifts fi blokok D, E, F, G, H u fil-Binja tal-Meżżanini.