Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju fuq l-għalf għan-nagħaġ u mogħoż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għalf għan-nagħaġ u mogħoż bħal pellets high milk, xgħir u maize, hux ser ikun issussidjat mill-Gvern?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ilu mill-2022 jissussidja l-importazzjoni tal-għalf tal-annimali intiż għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem bl-Iskema ta’ Sussidju Temporanja għall-Istabilizzazzjoni tal-Prezzijiet. Permezz ta’ dan, il-prezzijiet fis-suq lokali għar-raħħala nżammu stabbli skont dawk ta’ Marzu 2022. Pellets għan-nagħaġ u l-mogħoż (immirati għal stadji/etajiet diversi waqt it-trobbija tal-annimal), xgħir u qamħirrun huma fost il-prodotti li huma ssussidjati. Hekk kif ġie imħabbar fil-Baġit, din l-Iskema ser tkompli anke fis-sena 2024.

Dgħajjes li kellhom il-kwoti tat-tonn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn dawk id-dgħajjes li kellhom il-kwoti tat-tonn mill-2013 sal-2023, sena b'sena; i. kemm kellhom friża u magna tas-silġ fuq id-dgħajsa u kemm kellhom kwota; ii. kemm kellhom friża biss fuq id-dgħajsa u kemm kellhom kwota; u iii. ma kellhomx friża fuq id-dgħajsa u kemm kellhom kwota?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.

Il-Gudja — Palm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fil-Gudja matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli minħabba li l-post li qed jirreferi għalih f’din il-mistoqsija parlamentari m’għandux siti magħżula (designated sites) skont l-Avviż tal-Gvern 513 tal-2021. Barra minn hekk, il-pubbliku ġenerali mhux obbligat jirrapporta lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti meta siġra tal-palm tkun ser titneħħa, kemm minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-bumunqar aħmar tal-palm. It-tħawwil mill-ġdid ta' siġar tal-palm ġodda mhuwiex fil-kompetenza tad-dekasteru tiegħi, u għaldaqstant m' hemm l-ebda rekords disponibbli. Inżid ukoll li fi Frar tal-2021, ħarġet ‘Expression of Interest donation of Palm Trees from PPD and Fisheries Directorate’, fejn ingħataw l-ammont ta’ 475 siġra tal-palm skont it-tabella segwenti. Kunsill Lokali: Numru ta' Siġar tal-Palm mogħtija: Ħamrun 25 San Pawl il-Baħar 95 Furjana 25 Raħal Ġdid 25 Santa Lucia 25 Marsaxlokk 25 Żabbar 25 Kalkara 25 Xgħajra 25 Żebbuġ 10 Attard 25 Mġarr Malta 15 Ix-Xagħra Għawdex 25 Santa Venera 25 Birżebbuġa 25 Marsaskala 30 Gudja 25 TOTAL: 475

Raħal Ġdid — Palm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Raħal Ġdid matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bhala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16929.

Fgura — Palm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fil-Fgura matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16929.

Ħal Tarxien — Palm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Ħal Tarxien matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16929.

Kwota għall-qbid tal-alongi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kwota tal-qbid tal-alongi mis-sajjieda dilettanti kenitx stabbilita mill-ICAT? Jekk fin-negattiv, min stabbilixxa din il-kwota?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwota tal-qbid tal-alongi mis-sajjieda dilettanti ġiet stabbilita mill-ICCAT, u barra minn hekk ġiet affermata mill-Unjoni Ewropea fir-rakkomandazzjonijiet u r-regolamenti rispettivi.

Qbid ta’ lampuki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu lampuki, settur settur u sena b'sena mill-2009 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ lampuki maqbuda mis-sena 2009 sas-sena 2023 huwa kif jidher fit-tabelli hawn taħt. Ninfurmah ukoll li l-istaġun jiftaħ fil-15 t’Awwissu ta’ kull sena. Rkaptu 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 Kanizzati 320129.5 kgs 381541.5 kgs 169540.05 kgs 174796.18 kgs 369128 kgs 195994.25 kgs 321371.2 kgs Rkaptu ieħor 2844.4 kgs 4379.4 kgs 874.35 kgs 577.4 kgs 1944.6 kgs 1722.35 kgs 9017.25 kgs Total 322973.9 kgs 385920.9 kgs 170414.4 kgs 175373.58 kgs 371072.6 kgs 197716.6 kgs 330388.45 kgs Rkaptu 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 Kanizzati 231040.45 kgs 229509.12 kgs 400722.8 kgs 404536.13 kgs 351094.89 kgs 212006.45 kgs 517220.68 kgs 266945.1 kgs Rkaptu ieħor 3935.05 kgs 11380.31 kgs 6093.98 kgs 2661.93 kgs 5657.7 kgs 7265.22 kgs 4524.35 kgs 7786.4 kgs Total 234975.5 kgs 240889.43 kgs 406816.78 kgs 407198.06 kgs 356752.59 kgs 219271.67 kgs 521745.03 kgs 274731.5 kgs

Mażżri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kuntrarjament għal li jsir f'każ ta' dgħajjes MFA u MFB, meta tinbiegħ dgħajsa MFC, S u Valletta, għaliex il-mażżra ('mooring') trid tiġi rritornata lura għand Transport Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sajjieda Maltin u sajjieda minn pajjiżi tal-EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kontrolli meta sajjied li ġej minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea jiġi jbiegħ il-ħut hawn Malta? F'każ li sajjied Malti jmur ibiegħ il-ħut f'pajjiż tal-EU, jista’ l-Ministru jgħid jekk japplikawx l-istess kontrolli? Jista’ jgħid ukoll jekk sajjieda Maltin humiex qed jaħdmu fuq 'level playingfield' ma’ sajjieda ta' pajjiżi oħra tal-EU?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, Malta saret tagħmel parti sħiħa mis-suq komuni. Għaldaqstant, l-awtoritajiet ikkonċernati fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma jistgħux jagħmlu differenza bejn bejjiegħ minn Stat Membru tal-UE u ieħor minn Malta, diment li jkollhom il-permessi neċessarji sabiex jagħmlu bejgħ. Din tapplika kemm għal dawk li jiġu Malta, kif ukoll għal dawk il-Maltin li jmorru f’pajjizi oħra membri tal-UE. Is-sajjieda Maltin u s-sajjieda ta’ pajjiżi oħra tal-UE huma suġġetti għall-istess sett ta’ regoli b’mod identiku, għaldaqstant b’mod awtomatiku qed jaħdmu fuq level playing field.

Għawdex – Irziezet tan-nagħaġ u mogħoż reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irziezet tan-nagħaġ u/jew mogħoż reġistrati f'Għawdex? Jista' jagħti kemm hemm minn dawn l-irziezet f'kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' nagħaġ u/jew mogħoż li kull wieħed minn dawn l-irziezet qed iżomm u kemm hu l-massimu li jista' jżomm?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti, ngħarrfu li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja m’għandux informazzjoni dwar in-numru massimu li kull razzett jista’ jżomm. LOKALITÀ IRZIEZET TAL-MOGĦOŻ IRZIEZET TAN-NAGĦAĠ NU MRU TA' MOGĦOŻ NUMRU TA' NAGĦAĠ FONTANA 9 8 24 128 GĦAJNSIELEM 11 26 190 557 GĦARB 10 26 24 290 GĦASRI 6 9 37 88 KERĊEM 14 26 98 385 MARSALFORN 2 0 8 0 MUNXAR 10 9 31 99 NADUR 38 67 136 713 QALA 15 23 103 185 SAN LAWRENZ 4 7 32 60 SANNAT 19 28 116 236 VICTORIA 24 36 178 533 XAGĦRA 28 54 182 431 XEWKIJA 47 60 413 530 ŻEBBUĠ 4 13 10 162 Total 241 392 1,582 4,397

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16396.

‘Support for Investment in Agricultural Holdings' — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-benefiċjarji tal-applikazzjonijiet ta' Call 18 għall-fondi tal-Miżura 4.1 – ‘Support for Investment in Agricultural Holdings' li għalqu fl-4 ta' Settembru 2023 ser jiffirmaw il-kuntratti mal-Managing Authority tal-Funds and Programmes Division?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. DIPARTIMENT/ENTITÀ ISEM TAL-PROGRAMM STAZZJON TELEVI Ż IV DATA INTERVISTA (IVA/LE) NEFQA Direttorat tas-Sistemi tal-Ikel Bżulija ONE It-23 ta' Jannar 2024 fis-19:15 u 23:25 b’ripetizzjoni fl-24 ta' Jannar 2024 fid-09:45 Iva €500.00 Strateġija u Sapport – Programm Edukattiv Let’s Talk Farming Għaddi s’Hawn TVM 6 slots bejn Jannar – Marzu 2024 Iva €1416.00 Strateġija u Sapport – Programm Edukattiv Let’s Talk Farming Ġimgħa b’Ġimgħa NET 6 slots bejn Frar – Mejju 2024 Iva €1,062.00 Strateġija u Sapport -– Programm Edukattiv FLiving Show FLiving 26/01/2024 Iva €1,500 Strateġija u Sapport – Programm Edukattiv Let’s Talk Farming TVAM TVM 15/02/2024 Iva €170 Malta Food Agency TVAM TVM 04/01/2024 Iva €170 Malta Food Agency Niskata TVM 05/01/2024 Iva €667 Malta Food Agency Bejnietna NET 10/01/2024 Iva €80 Malta Food Agency NET NET 21/01/2024 Iva €80 Ċentru Nazzjonali tal-Vitikultura u l-Oenoloġija TVAM TVM 18/01/2024 Iva €170 Direttorat tal-Agrikoltura Bejnietna NET 10/01/2024 Iva €80 Direttorat tal-Agrikoltura Niskata TVM 19/01/2024 Iva €667 Riżorsi Agrikoli Malta TVAM TVM 01/02/2024 Iva €170 Riżorsi Agrikoli Malta Niskata TVM 16/02/2024 Iva €667 Biċċerija Pubblika Niskata TVM 05/02/2024 Iva €667 Biċċerija Pubblika TVAM TVM 29/02/2024 Iva €170

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata? Jista’ jgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

ICCAT — Konsulenti Maltin fl-SCRS

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15682, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-persuni li huma ingaġġati bħala konsulenti mill-Ministeru u/jew id-Dipartiment tas-Sajd assenjati fl-Istanding Committee Research and Statistics (SCRS) tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) li joħorġu r-rakkomandazzjonijiet għall-ħut u l-mammiferi? Xi kwalifiki għandhom u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom u perkaċċi oħra għal dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda persuna ingaġġata bħala konsulent mill-Ministeru u/jew mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura li hi assenjata fl-Istanding Committee Research u Statistics (SCRS) tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas).

Kwoti għall-qbid tat-tonn – Kriterji għat-tqassim

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15687, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li ser jiġu wżati biex titqassam il-kwota tat-tonn u liema kategoriji ta' sajjieda ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-kwoti għall-istaġun 2024? Peress li fit-tweġiba ntqal li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed jiddiskuti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li propju minħabba l-fatt li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, ma jkunx f’loku li nipprovdi kriterji meta dawn jistgħu jinbidlu. Id-diskussjonijiet qed isiru mal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd bħalma jsir kull sena.

Bord tas-Sajd

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15694, jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Bord tas-Sajd, u jagħti d-dettalji relattivi għal kull membru li ġie maħtur u jgħid x'inhuma l-kwalifiki ta' kull membru relatat mas-settur tas-sajd peress li l-Gazzetta tal-Gvern li saret referenza għaliha ma jkollhiex l-informazzjoni kollha mitluba?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-pubblikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-ħatra tal-Bordijiet ikun hemm il-lista sħiħa ta’ minn min huwa kompost kull Bord. Ninfurmah ukoll li ċ-Chairperson, kif ukoll kull membru tal-Bord jiġu maħtura skont it-termini tas-subartikolu 5(2) tal-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd, speċifikament: "5. (1) Qiegħed hawnhekk jitwaqqaf bord li jkun magħruf bħala l-Bord dwar is-Sajd. (2) Il-Bord ikun magħmul mid-Direttur, ex officio bħala Chairman u mill-membri li ġejjin maħtura mill-Ministru – (a) membru mid-Dipartiment tas-Sajd, wara konsultazzjoni mad-Direttur, li jkun deputat chairman; (b) membru wieħed minn fost u nominat mid-detenturi ta’ liċenzja tas-sajd; (ċ) membru minn fost u nominat mill-Federazzjoni tas-Sajjieda Dilettanti; (d) membru minn fost u nominat minn pitkali tal-pixkerija; (e) membru minn fost u nominat minn bejjiegħa tal-ħut bl-imnut; (f) seba’ membri oħra minn fost persuni li jkollhom interess fi ħwejjeġ jew li jkollhom tagħrif dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-sajd jew mal-industrija tas-sajd, li erbgħa minnhom ikunu nominati minn ko-operattivi ta’ sajjieda reġistrati skont l-Att dwar is-Soċjetajiet Ko-operattivi; (g) membru wieħed mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi nominat mill-Ministru responsabbli għall-ambjent; (h) membru mill-Forzi Armati ta’ Malta nominat mill-Ministru responsabbli għall-armata.".