Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18452 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal clearance mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li għadhom ma ġewx deċiżi fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li ilhom aktar minn sentejn, ilhom bejn sena u nofs u sentejn, ilhom bejn sena u sena u nofs, ilhom bejn sitt xhur u sena, ilhom bejn tliet xhur u sitt xhur u li ilhom tliet xhur li ġew sottomessi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni disponnibli hija biss għal applikazzjonijiet għal clearance li jaqgħu taħt Regolament 4 u Regolament 6 tal-LS 623.06.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni, kif ukoll in-numru ta’ clearances maħruġa mill-Awtorità mill-2022.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Jannar sas-16 t’April 2024, ma saret l-ebda nefqa fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru kif ukoll mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jippreżenta lista u pjanti tat-toroq u żoni li huma affetwati bid-direttiva ta' SEVESO III fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li s-siti li jaqgħu taħt id-Direttiva SEVESO III, għandhom Consultation Zones li jiddeterminaw xi żvilupp jista' jsir madwarhom. Dawn huma rregolati mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u jinstabu fil-Map Server tal-PA taħt "Planning/Constraints/Seveso Zones".
Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Għawdex — Qorti - Persuni responsabbli mis-sistemi tal-IT u video conferencing
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Qorti ta' Għawdex m’hemmx persuna responsabbli mis-sistemi tal-IT u video conferencing tant li kull darba li qed ikun hemm problema l-Qorti jkollha tieqaf jew tipposponi? Jista’ jgħid ukoll meta se jara li jkun hemm persuna kwalifikata u responsabbli minn dan?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitwazzjoni li jkun hemm xi ħadd appositu dedikat fuq is-sit ta’Għawdex ħa tkun risolta fil-futur qarib.
Għawdex — Sistema ta’ Maġistrati li jaħdmu biss fuq l-Inkjesti
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sistema ta' Maġistrati li jaħdmu biss fuq l-Inkjesti ma tapplikax għall-Inkjesti f'Għawdex u l-Maġistrati li jaħdmu f'Għawdex qed ikollhom jagħmlu dawn l-Inkjesti minkejja li huma mgħobbija b’xogħol ieħor?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dmirijiet tal-Ġudikanti u l-assenjazzjonijiet tal-kawżi hija prerogattiva tal-Prim Imħallef. Sadanittant, ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li fiż-żmien li ġej ser tkun qed titnieda konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fis-settur tal-inkjesti.
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena bħala laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa jien attendejt għal Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussel. Appart minn hekk f’Ġunju ser nattendi l-Justice and Home Affairs Council li ser isir ġewwa l-Lussemburgu.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-2023 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema ċitazzjonijiet qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema ċitazzjonijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Control of Major Accident Hazards (COMAH) Regulations u taħt liema klassi jaqa' kull wieħed minnhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siti li jaqgħu taħt il-Control of Major Accident Hazards (COMAH) Regulations huma ppublikati fuq il-website tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. https://www.ohsa.mt/sites/default/files/2024-04/COMAH-Sites-Mar2024.pdf
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16781 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid min kien l-Occupational Health and Safety (OHS) Project Supervisor tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul dawn l-aħħar għaxar snin sarux xi tibdiliet fil-Geological Maps tal-Gżejjer Maltin? Jekk kien hemm xi tibdil, jista’ jgħid għal liema raġuni sar dan it-tibdil, fuq liema parametri u min għamlu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Jannar sat-8 t’April 2024, ma saret l-ebda nefqa fuq programmi tar-radju mill-Ministeru kif ukoll mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx timeframes ta' meta jingħalqu inkjesti maġisterjali li jtulu, partikolarment dawk relatati ma' ħasil ta' flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Artikolu 550A (1) jistabilixxi li l-proċess verbal għandu jsir fi żmien sittin ġurnata u fin-nuqqas ta’ dan il-Maġistrat jagħmel rapport bil-miktub fejn jindika r-raġunijiet għad-dewmien.
Ta min jinnota li dan il-Gvern dejjem tenna li kull inkjesta għandha tingħalaq fi żmien raġonevoli, u għaldaqstant skatta l-proċess għar-riforma fil-kamp tal-inkjesti fejn fl-aħħar xhur permezz ta’ żieda fil-Ġudikatura, ġew assenjati 4 Maġistrati ffokati fuq inkjesti maġisterjali biss u fiż-żmien li ġej il-Ministeru ser ikun qed iniedi għall-konsultazzjoni r-riforma leġiżlattiva u amministrattiva fil-kamp tal-inkjest maġisterjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16780 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid xi kwalifiki kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-pożizzjoni ta’ ‘Site Surveying’ mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament huwa ngaġġat bħala Principal Officer mis-Servizz Pubbliku mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà’ fuq il-Post tax-Xogħol. Xogħolu jirrikjedi li jmur fuq l-indirizzi notifikati, fejn qed issir żvilupp tal-kostruzzjoni u jivverifika, jekk f’dawn l-indirizzi hemmx attività mill-ħaddiema għaddejja fuq il-lant tax-xogħol. Dan iwassal sabiex l-Ispetturi ta’l-Awtorità, mingħajr ħela ta’ ħin u riżorsi, jagħmlu spezzjonijiet fuq l-lantijiet fejn ix-xogħol ikun verament għaddej u l-ħaddiema jkunu preżenti. Din is-sistema tevita ħela ta’ ħin u riżorsi mit-tim ta’ Health and Safety Officers li jmorru f’indirizzi fejn ma jkunx hemm attività. Dan ix-xogħol jirrikjedi liċenzja tas-sewqan, abilta’ ta l-użu tat-teknoloġija, u li jsir rappurtaġġ bl-Ingliż u l-Malti. Il-persuna għandu tlieta u tletin (33) sena esperjenza f’pożizzjonijiet diversi fis-servizz pubbliku u jissodisfa il-kompetenzi meħtieġa minnu mill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17642 u ċjoè: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-data li turi għaliex fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) m’għandux jibqa' juri l-Lista ta' Bennejja Liċenzjati, liema prassi mhix applikata f'ċirkostanzi oħra simili?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kap 623 sa ftit xhur ilu ma kienx jipprovdi li l-lista tal-Bennejja Liċenzjati tkun pubblika. Bl-emendi li saru fl-2023 ġie ntrodott l-artikolu 33(2) tal-Kap 623, fejn ġie ntrodott l-obbligu li r-reġistru tad-detenturi ta’ liċenzja maħruġa taħt l-Att għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Awtorità. Fid-dawl ta’ dan l-Awtorita’ għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-data sabiex l-istess lista tiġi ppublikata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18338 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17750, peress illi f’din it-tweġiba ma hemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kulma ġie nieqes mill-istrong room tal-Qorti ta’ Malta mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jagħti lista sħiħa ta’ dawn l-oġġetti li ġew nieqsa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17750 u 18338.