Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Bini ta’ Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq mill-ġdid u tlestew minn kollox ġewwa Għawdex matul is-sena 2024 mill-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità kienu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 24138 li tinkludi wkolla is-sena 2024.

Il-Qala — Triq l-Indipendenza - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq l-Indipendenza, il-Qala? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq isiru skont il-prijoritajiet li jkunu qed jinbidlu minn żmien għal żmien.

Għajnsielem — Triq ta' Bordin - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq ta' Bordin, Għajnsielem? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Water Services Corporation ħarġet it-tender; WSC/T/120/2024 – Works – Trenching and pipelaying works in an environmentally friendly manner by WSC – Tender for water and new water works at Għajnsielem, Xewkija and Nadur Gozo. Din it-tender tinkludi xogħol fi Triq ta’ Bordin, Għajnsielem.

Ix-Xewkija — Triq it-Torri Gorġun - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq it-Torri Gorġun, ix-Xewkija? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ppjanat li jsir ix-xogħol fi Triq Torri Gorġun, ix-Xewkija sal-parti li hija schemed.

In-Nadur — Triq it-Tiġrija - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq it-Tiġrija (quddiem l-Iskola), in-Nadur? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-twegiba ta’ mistoqsija parlamentari 24153.

Ir-Rabat — Triq il-Kapuċċini - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kappuċċini huwa parti mix-xogħol li bħalissa għaddej fi Triq Ġorġ Pisani, Triq Patri Giaċintu Camenzuli u Triq Marsalforn.

Awtorità tal-Ippjanar — Overtime

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24113 u 24637, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-gradi msemmija fl-istess tweġibiet fejn l-impjegati huma mħallsin tal-overtime u jgħid jekk dan hux skont il-policy, il-ftehim kollettiv jew il-kuntratt ta' impjieg, skont il-każ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fil-gradi kollha msemmija fi tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24113 u 24637 ma jitħallsux tal-overtime. Madankollu, impjegati fi gradi D u E, li jkunu on-call minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, u jkun hemm il-ħtieġa li dawn jattendu għal xi emerġenza li tinqala’, jitħallsu minimu ta’ 4 sigħat bir-rata ta’ overtime kif japplika. Dan skont il-ftehim kollettiv. Ma jsir l-ebda ħlas ieħor ta’ overtime lill-gradi l-oħra msemmija fi tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24113 u 24637.

Is-Salini f’Delimara – Għeluq tal-aċċess għall-pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku għas-Salini ta’ bejn il-Kalanka t-Tawwalija u Għar Bella f'Delimara, minn triq li minn Triq Delimara n-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija kienet tagħti għal din il-parti tas-Salini?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi site plan immarkata bis-sit u/jew coordinates biex b’hekk tkun tista tiġi mwieġba l-mistoqsija.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet li qabżu d-data ta' skadenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni qabżet id-data ta' skadenza kif stipulata bil-liġi u għadha mhux magħluqa min-naħa tad-Direttorat tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar ma jipproċessax applikazzjonijiet għal żvilupp.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu; (b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom? (d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu? (e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza? (f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nagħmilx użu mit-tieni karozza.

PA 07545/23 — Imwejjed u siġġijiet

Question

B’referenza għall-applikazzjoni PA 07545/23 biex ikun hemm imwejjed u siġġijiet fuq ix-xatt tas-sajjieda ġewwa San Ġiljan, fejn din l-applikazzjoni ġiet aċċettata u b’referenza għal Bylaw K.L>B.L 52/2/2008 li tgħid li din iż-żona hija riservata għas-sajjieda u l-inġenji tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid kif din l-applikazzjoni ġiet approvata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni tal-Bord tinsab disponibbli għall-pubbliku fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar https://www.pa.org.mt, qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24591.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement Unit - Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24429 u jipprovdi lista' ta' lmenti li saru mal-Enforcement Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadhom mhux solvuti, maqsuma lokalità b’lokalità u ilhom miftuħin: i. aktar minn ħames snin; ii. bejn sentejn u ħames snin; u iii. inqas minn sentejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Kultivazzjoni tal-Kannabis – Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm diġà ħarġu permessi, lokalità lokalità, għal faċilitajiet għal kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kultivazzjoni tal-Kannabis – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal permessi, lokalità lokalità, għal faċilitajiet għal kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Konsulenti Maltin u barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11808, kif ukoll għal gazzzetti tal-gvern li jiġu ppublikati minn żmien għal żmien li kopji tagħhom diġà ingħataw mal-mistoqsija parlamentari 22723.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – investimenti u proġetti ta’ manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika fl-aħħar ħames snin x'investimenti saru mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, kemm bħala proġetti kif ukoll manutenzjoni, maqsuma sena b'sena u jagħti lista tax-xogħlijiet bl-ispejjeż assoċjati li bbenefikaw lil dan is-settur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards — Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema azzjonijiet tlestew, liema qegħdin fil-proċess li jsiru jew ma nbdewx, mill-Masterplan imsemmi fir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards li jirrigwardjaw il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal xiex qed jirreferi meta jsemmi ‘Masterplan’.