Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — użu sew ta' finanzi mill- għaqda/fondazzjoni jew NGO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jieħu l-Gvern biex jassigura li l-finanzi li jingħataw lil xi għaqda/fondazzjoni jew NGO jintużaw biss għal finijiet tal-ftehim li jkun sar bejn id-dipartiment u l-entità li magħha jkun sar il-ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal xi miżura speċifika tal-budget jew inkella xi forma ta’ għotjiet li jingħataw lil għaqdiet, fondazzjonijiet jew NGOs.

Joint Office — Fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fond għall-Kawzi Ġusti — Għoti ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2008? Lil min? X’kien l-iskop ta’ kull għotja? Kemm kien fadal flus fil-fond fil-31 ta’ Diċembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — depożiti u self mill-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożiti u ta’ self rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpelant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: 31 ta’ Diċembru 2008 - 87,092 kontijiet ta’ depożitu jew tfaddil. Ammonti depożitati: Euro 592,373,000. - 6,284 faċilitajiet ta’ self jew kreditu għal total ta’ Euro 348,075,000.

esportazzjoni ta’ goods

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods) minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Standard item of expenditure — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħidx'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sa l-aħħar ta’ Settembru 2008? Jista’ jgħid meta din in-nefqa daħlet fis-sistema tal-Ministeru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permessi fuq art tal-gvern

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5592, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li kellhom permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-gvern li fil-fatt ġew approvati mid-Dipartiment tal-Artijiet u kemm ġew rifjutati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Airport saċ-Ċirkewwa — Vjaġġi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6485 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontribuzzjoni tat il-Gozo Channel biex jiġi provdut is-servizz indikat f'dik id-domanda? Kemm fil-fatt ġie jiswa f'sussidju s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa l-Airport u lura?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Miżura tal-aħħar baġit — taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6037 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-miżura tal-aħħar baġit li min ikollu t-tfal mill-2007 s'issa mhux se jħallas taxxa għal sena, bdietx tiġi attwata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nisa li kellhom it-tfal mill-2007 lil hawn u bdew (jew komplew) jaħdmu wkoll minn dik id-data lil hawn huma ntitolati għal sena eżenzjoni mit-taxxa. L-ewwel eżenzjonijiet huma applikabbli mis-sena bażi 2008 u għalhekk l-eżenzjoni tintalab fil-prospett tat-taxxa li jintbagħat f’Ġunju li ġej. Id-dettalji dwar din l-iskema jinsabu fuq il-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. L-Avviż Legali relatat qiegħed fil-proċess li jiġi pubblikat.

każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.

Tarzna — kumpanniji li tefgħu offerti għall-partijiet differenti ta' l-istess Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna kienx hemm każi fejn l-istess kumpannija/entità tefgħu offerti għall-partijiet differenti tat-Tarzna? Jekk fl-affermattiv, f'kemm-il każ ġara hekk?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fl-affermattiv, u kien hemm żewġ każi.

European Union Cohesion Fund

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari 5177 u 5791 u jagħti lista tal-pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-European Union Cohesion Fund 2004-2006 u l-European Union Structural Funds 2004-2006 u jgħid: X’kien l-ammont ta’ kull pagament, maqsum f’fondi ta’ Malta u fondi tal-Unjoni Ewropea; Lil min tħallsu u fejn hi r-residenza ta’ min irċieva l-pagament: Malta, Għawdex jew xi pajjiż barrani; Kif kien maqsum kull pagament: xogħlijiet, servizzi, tagħmir, materjal, eċċ. li pprovda min irċieva l-pagament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5177.

Taxxa tad-dħul u taxxa tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti ċ-ċifri ta' ħlasijiet li saru f'taxxa fuq id-dħul u f'taxxa tas-sigurtà soċjli minn ħaddiema, impjegati u self-employed kull sena, bejn is-snin 2000 u 2008 inklużi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-rispost ser tingħata f'xi seduta oħra.

Fond għall-Kawzi Ġusti — Flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus fil-Fond għall-Kawzi Ġusti fl-1 ta’Jannar 2008? Kemm daħlu flus fil-fond matul l-2008 u minn fejn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Twaqqiegħ ta' bini

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5768, filwaqt li napprezza l-kontenut tar-risposta kif mogħtija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li għandhom proprjetà tal-gvern jew imqabbla jew b'ċens validu mingħand il-Gvern, li javżaw lid-Dipartiment ta' l-Artijiet b'dak li jkunu se japplikaw għalih għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-dipartiment jibqa' ma jagħtix risposta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi li ġew impurtati mill-Ingilterra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6486 li oriġinarjament saret lill-Ministu għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li ġew impurtati mill-Ingliterra, kull xahar, sal-lum bejn Lulju 2008 u Jannar 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati second hand carsimportati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel sabiex jirritorna lura f'idejn il-Gvern Malti dik l-art tal-Qawra li l-valur tagħha huwa approssimattivament ta' €23,000,000 li mill-Maltacom għaddiet Tecom Investments?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.

EU Cohesion Fund u l-EU Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5177 dwar pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-EU Cohesion Fund 2004-2006 u l-EU Structural Funds 2004-2006?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5177.