Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tal-dawl u l-ilma — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati mill-entitajiet li jipprovdu dawn is-servizzi jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

diesel, petrol u żjut — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq diesel, petrol u żjut separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn persuni rreġistrati li jbiegħu prodotti ta’ diesel u petrol u żjut jinkludi wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

oġġetti tal-informatika u computers — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq oġġetti tal-informatika u computers separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn persuni rreġistrati li jbiegħu prodotti ta’ informatika u kompjuters jinkludi wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

Xiri tal-Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm irċieva offerti għax-xiri tal-Malta Shipyards? Mingħand min? B'liema prezzijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox il-Privatisation Unit irċeviet 14 –il proposta: Ship Repair 3 Ship Building 3 Super Yachts 5 Manoel Island Yacht Yard 3 Minħabba raġunijiet kummerċjalment sensittivi, f’dan l-istadju, l-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata.

Taxxa tad-dħul u taxxa tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' ħlasijiet li saru f'taxxa fuq id-dħul u f'taxxa tas-sigurtà soċjali minn ħaddiema, impjegati u self-employed kull sena, bejn is-snin 2000 u 2008 inklużi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnunjiet lil ażjendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali Crafts Village — Fabbriki

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5562, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mas-sidien ta’ artiġjanat li jinsabu jaħdmu f’Ta’ Qali minn Marzu 2008 sa l-aħħar ta’ Frar 2009? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti għalihom kemm min-naħa tal-Gvern u tas-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2008 u Frar 2009 inżamm kuntatt kontinwu bejn il-Ministeru tiegħi u wħud mis-sidien ta’ artiġjanat li jaħdmu fil-villaġġ ta’ Ta’ Qali. Uffiċjalment inżammu żewġ laqgħat bejn xi rappreżentanti tas-sidien u uffiċjali min-naħa tal-Gvern, biż-żewġ laqgħat ikunu immexxijja minni bħala l-Ministru Tal-Finanzi , l-Ekonomija u Investiment L-ewwel laqgħa saret fis-6 ta’ Jannar 2009, filwaqt li t-tieni laqgħa sussegwenti inżammet eżattament xahar wara, jiġifieri fis-6 ta’ Frar 2009.

Grupp imwaqqaf mill-ministeru — għajnuna u kordinazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw parti mill-grupp li twaqqaf dan l-aħħar mill-ministeru biex jagħtu għajnuna u jikkordinaw is-sitwazzjoni lokali fid-dawl ta’ dak li qed jiġri internazzjonalment? Kemm-il darba ltaqgħu b’mod ġenerali u x’deċiżjonijiet ittieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li bħalma diġa ġie mħabbar fil-mezzi tal-aħbarijiet, it-Task Force imwaqqfa mill-Gvern biex tgħin fl-impatt negattiv li jista jkollha is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali fuq l-ekonomija Maltija, hija ffurmata kif ġej: Chairman: Onor. Ministru Tonio Fenech Segretarju Permanenti, MFEI Chairman, Malta Enterprise Chairman, MFSA Kap Eżekuttiv, ETC Kap Eżekuttiv, MTA Direttur Ġenerali, PPCD, OPM Kap tas-Segretarjat, MFEI It-Task Force tintaqa kull ġimgħa b'mod regolari.

Xiri tal-Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6605 u jindika kemm irċieva offerti għax-xiri tal-Malta Shipyards? Mingħand min? B'liema prezzijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6605.

diesel, petrol u żjut — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6600 u jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq diesel, petrol u żjut separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6600.

oġġetti tal-informatika u computers — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6602 u jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq oġġetti tal-informatika u computers separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6602.

Kontijiet tal-dawl u l-ilma — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6599 u jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6599.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6853 u jgħid kemm ġew reġistrati second hand cars importati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kumpanniji — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6264 u 5946 u jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5946.

Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex issir riċerka u jkun stabbilit fil-lokalità tal-Mosta f'dawn l-aħħar 50 sena kemm-il ċimiterju kellu l-gvern fuq l-art tiegħu jew art tal-Knisja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mir-riċerka li saret mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ġie stabbilit li f’dawn l-aħħar 50 sena, il-Gvern kellu ċimiterju wieħed fil-Mosta u li għadu jintuża sallum. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi l-art tal-Gvern fejn jinsab dan iċ-ċimiterju.

Skemi tal-irtirar mit-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-rispost ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (FENECH, TONIO)

Billi l-informazzjoni li qed tintalab hija mifruxa fuq erba’ snin u titlob riċerka estensiva, nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.