Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Fond għall-Kawzi Ġusti — Għoti ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2008? Lil min? X’kien l-iskop ta’ kull għotja? Kemm kien fadal flus fil-fond fil-31 ta’ Diċembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari numru 5503. Ukoll, ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-bilanċ fil-fond għal-Kawżi Ġusti kien jaqra €145,335.07.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Billi l-proġett tal-Crafts Village ta' Ta' Qali mhux ser jitwettaq, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jimxi 'l quddiem bil-konvenji li ffirma mal-operaturi tal-Ħadd fl-istess Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega ruħu xi jrid jgħid b’ “Operaturi tal-Ħadd”.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permessi fuq art tal-gvern

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5592, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li kellhom permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-gvern li fil-fatt ġew approvati mid-Dipartiment tal-Artijiet u kemm ġew rifjutati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-permessi maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-Gvern huma varji, t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma tikklassifikax dawn il-permessi u anqas iżżomm tali statistika. Għaldaqstant, mhux possibli li tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Membru irid xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu li jagħti d-dettalji sabiex tinġabar din l-informazzjoni.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel sabiex jirritorna lura f'idejn il-Gvern Malti dik l-art tal-Qawra li l-valur tagħha huwa approssimattivament ta' €23,000,000 li mill-Maltacom għaddiet Tecom Investments?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaqgħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-ministru jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin: a) iżżewġu Malti/ija? b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn? ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa? d) iħaddmu n-nies magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li f'pajjiżna għandna sitwazzjoni li prattikament min għandu 18, 19, 20 jew 21 sena ma jistax jikri vettura, anke jekk ikollu l-liċenzja, peress li l-aġenziji tal-assigurazzjoni m'humiex lesti jassigurawhom, jaħseb il-Ministru li din hi sitwazzjoni inġusta? X'se jagħmel dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-suq Malti ta’ l-assigurazzjoni huwa wieħed li jimxi fuq il-prinċipju ta’ suq liberu. Għalhekk l-għażla ta’ liema tip ta’ riskji jiġu assigurati huwa tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni u mhux imposta minn ebda liġi. Id-deċiżjoni biex kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tassigura riskju, hija bbażata fuq fatturi differenti fosthom l-eta’ tas-sewwieq u l-‘claims experience’ in ġenerali tas-sewwieq ta’ eta żgħira. Il-mistoqsija għamlet referenza ukoll għall-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni. Jista’ jagħti l-każ illi waqt li l-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni jkollha r-restrizzjonijiet imposti mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni (“il-Prinċipal tagħha”) ta’ liema tipi ta’ riskji tista’ tassigura, mhux neċessarjament ikun il-każ li l-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tapplika dawn ir-restrizzjonijiet.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6853 u jgħid kemm ġew reġistrati second hand cars importati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6853.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6255 u jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6255.

Differenza fil-prezz tal-mediċini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6688 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5995, jista' l-Ministru jagħti lista tal-179 mediċinali li nstab li l-prezz f'pajjiżna kien ogħla mill-medja tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, bil-prezz f'pajjiżna u l-medja fl-Unjoni Ewropea f'kull każ? Liema kienu s-60 prodott li traħħsu u x'kien il-prezz qabel u wara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gambling Outlets

Question

Fid-dawl ta’ dak li rrizulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' l-Ministru jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali? Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le? Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom? Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha? X’tifhem il-LGA meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu? Billi intqal li l-LGA qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes? Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà? Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel? Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

bonds, equities u collective investment schemes — azzjoni rimedjali

Question

Filwaqt li napprezza li kull investiment li jagħmel f’bonds, equities, collective investment schemes eċċ., kull individwu jkun għamel dan għar-riskju finali tiegħu, jaħseb il-Ministru li billi ħafna nies allegatament ġew misled minn ċerti banek ewlenin minħabba l-hard sell u mis-selling tactics tagħhom, għandu jinħareġ avviż biex dawk l-investituri li jħossu li għandhom kawża verament ġusta fejn jidhrilhom li ġew serjament ingannati mis-salespeople u wealth management officials ta’ ċerti banek għandhom jiġu mistiedna jiktbu lill-Awtorità ta' Malta għas-Servizi Finanzjarji għal azzjoni rimedjali? Dan billi kulma jmur jidher li n-numru ta’ nies li ngidmu huwa akbar milli wieħed jimmaġina u billi l-mod kif inbiegħu ċerti bonds f’ċerti każi huwa wieħed tal-mistħija. Dan qed ngħidu l-aktar fir-rigward ta’ familji ta’ mezzi finanzjarji mezzani jew limitati inkluż pensjonanti, li xi snin ilu kienu ġew inkoraġġuti b’qawwa kbira biex jinvestu l-flus tagħhom f’dawn it-tip ta’ bonds aktar milli f’mezzi oħrajn aktar konvenzjonali u anqas riskjużi? Dan mhux qed nagħmlu biex inkun allarmista, iżda fl-interess ta’dawk iċ-ċittadini li minħabba fil-mezzi limitati tagħhom ma jifilħux għal daqqa bħal din?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf flill-Onor. Interpellant illi meta wieħed jinvesti, dan ikun qed jagħmlu għat-tul u bil-premessa li l-valur ta’ l-investiment jista’ jitla u anke jinżel fil-valur matul iż-żmien. Il-fatt li ħafna investituri raw il-valur ta’ l-investimenti tagħhom jinżel f’dawn l-aħħar ġimgħat ma jfissirx li l-investiment mhu se jirpilja qatt jew inkella li l-intermedjarju finanzjarju li kien ipproponielhom l-investiment għandu jiġi attribwit xi ħtija. Mill-investigazzjoni li saru s’issa ta’ każijiet sottomessi lill-Awtorità, ma jirriżultax li dawk li kienu qed ibiegħu prodotti finanzjarji lill-investituri lokali għamlu dan b’xi ksur ta’ xi regolament jew liġi. Għad hemm każijiet li għad iridu jiġu mistħarrġa għax kull każ jitqies skond il-merti tiegħu. Madankollu, jekk jirriżulta li saret pressjoni mhux mitluba biex wassal l-investitur jixtri prodott finanzjarju mhux tajjeb ghaċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet tiegħu, l-MFSA tieħu kull azzjoni kontra dak l-intermedjarju skond il-poteri li ttiha l-liġi. Jekk investitur jħoss li l-investiment li għandu illum niżel fil-valur għax qed jissuspetta li l-intermedjarju finanzjarju tiegħu tah parir ħażin jew inkella li l-prodott finanzjarju kellu jkun xort’oħra, l-ewwel li għandu jagħmel hu li jiddiskuti dan ma’ l-intermedjarju. Jekk wara li jsir dan, l-investitur jibqa’ ma jkunx sodisfatt, l-investitur għandu jikteb formalment lill-intermedjarju u jitlobu jinvestiga l-ilment tiegħu, inkluż jagħtih kopji ta’ dokumentazzjoni li setgħet imtliet u ġiet iffirmata fiż-żmien li kien sar l-investiment. L-intermedjarju huwa obbligat bir-regolamenti ta’ l-Awtorità li jikteb lill-investitur fi żmien xahrejn u jinfurmah li jekk jibqa’ mhux kuntent bir-risposta li jkun ħa, jkun jista’ jressaq l-ilment tiegħu lill-Manager għall-Ilmenti tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni legali li l-investitur jista’ jieħu kontra l-intermedjarju.

Bejgħ ta' proprjetà — dħul ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern f'taxxa, bħala riżultat tal-bejgħ tal-proprjetà f'Jannar u Frar ta' 2006, 2007, 2008 u 2009? Fl-istess perijodi, x'kien il-valur tal-proprjetà li ġiet dikjarata fil-kuntratti tal-bejgħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.

taxxi fuq qliegħ kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jikkompara dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali Jannar 2008 ma' Jannar 2009? Qiegħed jara nuqqas mid-dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali fl-2009 meta kkomparat ma' l-2007 u l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Jannar 2008 € 4,546,541 Jannar 2009 € 3,809,765 Għadu kmieni wisq biex tipprevedi x’ser inkun l-andament matul is-sena 2009. Li hu żgur hu, li l-kriżi finanzjarja madwar id-dinja mhux ser tgħin biex ikun hemm żieda immedjata fil-bejgħ tal-propjeta.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.