Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni
Question
Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li s-sejħa għall-offerti tal-ex Drydocks ilhom li għalqu, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni? Jista' jgħid jekk saritx xi shortlist? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel xi revalwazzjoni mill-ġdid tal-evalwazzjoni li huwa stess għamel qabel ma ħareġ it-talba għall-offerti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għall-offerti għalqet fit-12 ta’ Frar, 2009. Immedjatament beda l-proċess ta’ evalwazzjoni fuq l-14 l-applikazzjonijiet li ntbagħtu għal erba’ faċilitajiet.
Dan il-proċess għadu għaddej u għad ma saret l-ebda ‘shortlist’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Kemm minnhom ma ħallusuhiex fl-2008? F’liema ammonti? Hemm minn ilu aktar minn sentejn u tliet snin? Meta jiġri dan, l-impjegati huma koperti jekk ikunu jridu jitolbu xi benefiċċju?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur? Kemm-il kawża ġiet deċiża matul dawn it-tliet snin mit-Tribunal tal-Konsumatur sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur hemm 308 każ pendenti. Fosthom hemm 131 kawża li ġew diferiti u 177 qegħdin fil-proċess tas-smiegħ.
L-ammont ta’ sentenzi mogħtija mit-Tribunal bejn is-sena 2006 sat-18 ta’ Marzu, 2009 huwa kif ġej:
Sena Sentenzi
2006 227
2007 270
2008 222
2009 93
Dipartiment tal-Affarijiet tal-Konsumatur — każijiet reġistrati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie reġistrat mad-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Konsumatur matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Kemm minn dawn il-każijiet ġew riżolti permezz tal-intervent tad-dipartiment konċernat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew riferuti lit-Tribunal tal-Konsumatur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond Artiklu 23 (4) (a) ta’ l-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, qabel ma każ jidher quddiem it-Tribunal, il-konsumatur irid jirreferi l-każ lid-Direttur sabiex jippruva jwassal lill-partijiet fi ftehim. Għalhekk fid-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur, tad-Divżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ġew irreġistrati dawn l-ilmenti:
Sena
Każijiet
2006 829
2007 965
2008 1,587
Permezz tal-medjazzjoni tad-Dipartiment bejn il-konsumatur u l-kummerċjant, ġew riżolti dawn il-każijiet:
Sena Każijiet
2006 262
2007 318
2008 468
Meta ma jintlaħaqx ftehim bejn il-konsumatur u l-kummerċjant fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta l-konsumatur ikun irrrefera l-każ lid-Direttur, il-konsumatur jista’ jagħżel li jressaq it-talba quddiem it-Tribunal. Matul l-aħħar tliet snin ġew imressqa dawn il-każijiet quddiem it-Tribunal:
Sena Każijiet
2006 404
2007 457
2008 694
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawza tad-dewmien għall-fidi taċ-ċens tal-persuna li dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament? Jista' jgħid kemm ġew mifdija ċnus f'dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa kapitali f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid in-nefqa kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali mill-istess Fond kull sena mill-1999 sal-2008? Jista’ jgħid ukoll in-nefqa kapitali f’Għawdex ta’ fondi Ewropej kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej matul l-istess snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — Approvazzjonijiet lill-Ministeru għal Għawdex
Question
No question text.
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja tat-talba tal-Ministeru għal Għawdex u l-approvazzjoni maħruġa minn dan il-Ministeru mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tenħtieġ numru ta’ riżorsi umani sabiex tinġabar. Għaldaqstant nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku, u jien ma nsib l-ebda diffikultà li ngħaddilu l-informazzjoni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3996.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4525 u 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3996.
Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilmenti li d-Diviżjoni irċeviet għal ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni huma ta’ tmintax fl-2007 u tnax fl-2008. Kull ilment li jiġi sottomess jiġi investigat.
Id-deċiżjonijiet mehuda fis-sena 2007 kienu ħamsa:
F’żewġ ċirkustanzi rigward l-Artikoli 5 u 9 instab li kien hemm ksur tal-Att fis-settur tal-
vending machines
mentri f’settur konċernanti il-
yacht marinas
ma nstabx li kien hemm tali ksur. Min-naħa l-oħra f’każ wieħed instab li kien hemm abbuż ta’ dominanza taħt Artikolu 9 fis-settur tad-dqiq mentri f’żewġ setturi oħra, cioe’ dak tat-trasport u fl-ivjaġġar, l-uffiċċju ma sabx ksur ta’ dan l-artikolu.
Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet mehuda fis-sena 2008 kienu tlieta: f’żewġ ċirkustanzi l-uffiċċju ma sabx li kien hemm ksur tal-liġi a bażi ta’ Artikolu 9 fis-settur tal-provvista ta’
ticketing services
u
spare parts
; u fit-tieni lok l-uffiċċju ma sabx li kienx hemm la ftehim ipprojbit u lanqas abbuż ta’ dominanza fil-qasam tal-kommunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-intrapriżi f'Għawdex li fis-snin 2007 u 2008 flimkien mal-Malta Enterprise ingħataw assistenza finanzjarja taħt il-fondi tal-Unjoni Ewropea għan-negozji żgħar u self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-snin 2007 u 2008 intrapriża waħda Għawdxija ingħatat assistenza finanzjarja taħt l-iskema “ERDF Eco-Innovation Actions Grant Scheme” ikkofinanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Din l-intrapriża bbenefikat minn €31,088.
Fis-snin 2005 u 2006, wieħed u għoxrin intrapriżi Għawdxin ibbenefikaw minn €96,422 taħt l-iskemi “ERDF Market Entry Grant Scheme” u “ERDF Operations Upgrade Grant Scheme” ikkofinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — tħaddim tas-servizzi finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex ikompli jsir magħruf il-qafas li għandha Malta għat-tħaddim tas-servizzi finanzjarji ma' operaturi internazzjonali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji hija responsabbli mill-iżvilupp tal-qafas legali u regolatorju għat-tħaddim tas-servizzi finanzjari. F’dan ir-rigward l-Awtorita’ tħaddan strateġija ta’ komunikazzjoni li, tiffoka fost oħrajn, fuq l-operaturi internazzjonali. Din hija intiża biex tgħin kemm fl-iżvilupp ta’ dan il-qafas skont il-ħtiġijiet tas-suq, kif ukoll fil-komunikazzjoni tal-qafas innifsu u tal-iżviluppi li qed isiru kontinwament fi ħdanu. Din l-istrateġija titħaddem permezz ta’ seminars u laqgħat oħra ta’ natura informattiva u teknika mal-operaturi konċernati, kif ukoll ma’ membri tal-media speċjalizzata. Fost għodda oħra li jintużaw hemm pubblikazzjonijiet apposta, website fejn wieħed jista’ jsib informazzjoni dettaljata jew jistaqsi għal informazzjoni speċifika u newsletter publikata u ċirkolata kull xahar. Id-domanda parlamentari qiegħda tistaqsi speċifikament fuq l-MFSA imma tajjeb li wieħed jiftakar ukoll ir-rwol ta’ Finance Malta li huwa aktar iffokat fuq ir-reklamar u l-promozzjoni tal-aspetti ġenerali ta’ Malta bħala ċentru finanzjaru.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi xogħlijiet maħsuba li jsiru għar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex fl-2009-2010? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn ix-xogħlijet? Kemm hija stmata l-ispiża kull sena għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tenders għal xogħolijiet relatati mar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex ser jinħarġu din is-sena u x-xogħolijiet jibdew isiru fl-2010. Il-valur tax-xogħolijiet iqarreb l’€1.6 miljun, VAT eskluż, u ser jiġu ffinanzjati mill-‘ERDF 2007–2013 Program’. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
· titjieb tal-infrastruttura tat-toroq
· titjieb tas-servizzi ġenerali
· titjieb fid-dawl tat-toroq
· ġbir ta’ ilma tax-xita
· rinnovazzjoni u tisbieh tal-partijiet komuni.
· Żvilupp ta’ ċentru tal-amministrazzjoni li ser jinkludi
Childcare Facility
B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjonjiet għall-fidi ta’ ċnus ta’ proprjetajiet residenzjali li kien jirċievi l-Uffiċċju Konġunt kienu jinżammu f’ordni kronoloġiku u f’din l-ordni l-applikanti kienu jiġu mgħarrfa bil-prezz tal-fidi. Il-kuntratti kienu jiġu ppublikati hekk kif kull każ partikolari kien ikun iffinalizzat.
Sa llum saru 1,712 –il kuntratt taħt din l-iskema u sabiex wieħed jagħti d-dettalji mitluba fit-tieni parti tad-domanda, wieħed ikollu jiċċekkja dawn il-
files
wieħed wieħed. It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’hiex f’pożizzjoni li tagħti l-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant, peress illi jinħtieġ ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?