Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ erba’ konvenji tipiċi li ġew iffirmati bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta’ Ta’ Qali u l-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Peress li l-intrapriżi ż-żgħar jibqgħu ċ-ċavetta għas-suċċess ekonomiku ta' Għawdex u potenzjal kbir għall-ħolqien ta' iktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess, jista' l-Ministru jikkonsidra l-introduzzjoni ta' Free Permit Zones li jkunu kumplimentati b'linjin gwida għall-ħolqien ta' intrapriżi ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu, u jispeċifika x’qed jifhem eżattament b’free permit zones.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Malta Enterprise — Market Entry and Internationalisation u Operations Management and Upgrade
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar erba' snin l-Malta Enterprise ivvutat flus għall-intraprizi Għawdxin taħt l-iskema l-Market Entry and Internationalisation u Operations Management and Upgrade? Kemm kien l-ammont li kopriet l-Unjoni Ewropea għall-istess għan taħt il-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt.
Scheme
No. of Gozo Beneficiaries
Claimed Value (€)
ERDF Contribution (58%)
ERDF Operations Upgrade Grant Scheme
18
89,411.41
51,858.62
ERDF Market Entry Grant Scheme
3
7,011.41
4,066.62
Total
21
96,422.82
55,925.24
Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5091, 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus fil-Fond għall-Kawzi Ġusti fl-1 ta’Jannar 2008? Kemm daħlu flus fil-fond matul l-2008 u minn fejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-1 ta’ Jannar 2008 kien hemm €295,954.68.
Matul l-2008 il-Fond kellu dħul ta’ : €925,109.61 mill-Gaming Tax ; €722,250.14 minn Unclaimed Prizes u ta’ €8,763.26 mill-Interessi ġenerali fuq il-kont.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 5674 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Jista' jgħid dawn il-flus fuq liema proġetti ġew u kemm nistgħu nibqgħu nirċievu l-istess għajnuna? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kontribuzzjoni li Malta għamlet lejn l-Unjoni Ewropea u kif kienu maqsumin dawn il-kontribuzzjonijiet? Jista' jgħid jekk konniex eleġibbli għal xi fondi u minħabba xi raġuni dawn il-fondi tlifnihom? X'kienet ir-raġuni li minħabba fiha tlifna l-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6504, 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6693 u jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6693.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6698 u jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5745 li oriġinarjament tlabt lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu u jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba matul l-2008, il-pulizija kienet mitluba biex tgħin uffiċjali tad-dwana li kienu qabdu materjal suspettuż at point of entry fl-airport jew portijiet Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2008 kien hemm 14 il-okkażjoni fejn uffiċjali tad-Dwana talbu l-assistenza tal-Pulizija minħabba li kien hemm materjal suspettuż. Fi 13 il-każ il-materjal suspettuż irriżulta li kien droga filwaqt li fl’okkażjoni l-oħra il-materjal kien logħob tan-nar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jistgħu l-persuni li għandhom xi attività artiġjanali fil-Crafts Village ta' Ta' Qali, fil-fatt itejbu l-inħawi ta' madwarhom? Jista' jindika jekk hemmx deċiżjonijiet finali min-naħa tal-Gvern, għal dawn l-inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi bħalissa jinsab f’kuntatt dirett ma’ rappreżentanti ta’ l-artiġjani li bħalissa qed joperaw f’dan il-villaġġ. F’dawn l-aħħar jiem, kien hemm inpenn konkret mill-Gvern li flimkien mal-Malta Industrial Parks, beda jwettaq xogħol ta’ tindif u tijib fl-inħawi ta’ madwar il-huts li minnhom, persuni qed iwettqu xi attività artiġjanali.
Immedjatament wara li jispiċċa dan il-proċess ta’ tindif, uffiċċjali mill-Malta Industrial Parks ser ikunu qed iżuru lill-istess artiġjani, sabiex magħhom jiġi deċiż il-pass li jmiss sabiex ikompli jsir it-titjib neċessarju għal dan il-villaġġ.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat
Question
Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi
Question
B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.